Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0565

    Kawża C-565/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hovrätten för västra Sverige – l-Isvezja) – proċeduri kriminali kontra Ove Ahlström, Lennart Kjellberg, Fiskeri Ab Ganthi, Fiskeri Ab Nordic (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Relazzjonijiet barranin — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk — Esklużjoni ta’ kull possibbiltà għall-bastimenti tal-Komunità li jeżerċitaw attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żoni tas-sajd Marokkini abbażi ta’ liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet Marokkini mingħajr l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea)

    ĠU C 439, 8.12.2014, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 439/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hovrätten för västra Sverige – l-Isvezja) – proċeduri kriminali kontra Ove Ahlström, Lennart Kjellberg, Fiskeri Ab Ganthi, Fiskeri Ab Nordic

    (Kawża C-565/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Relazzjonijiet barranin - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk - Esklużjoni ta’ kull possibbiltà għall-bastimenti tal-Komunità li jeżerċitaw attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żoni tas-sajd Marokkini abbażi ta’ liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet Marokkini mingħajr l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea))

    (2014/C 439/18)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Hovrätten för västra Sverige

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Ove Ahlström, Lennart Kjellberg, Fiskeri Ab Ganthi, Fiskeri Ab Nordic

    Dispożittiv

    Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, approvat f’isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006, tat-22 ta’ Mejju 2006, b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jeskludi kwalunkwe possibbiltà għall-bastimenti tal-Komunità li jeżerċitaw attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żoni tas-sajd Marokkini abbażi ta’ liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet Marokkini mingħajr l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 15, 18.01.2014.


    Top