EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0429

Kawża C-429/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 22 ta’ Ottubru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond ta’ Koeżjoni — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi — Adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu stabbilit — Konsegwenzi)

ĠU C 439, 8.12.2014, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-429/13 P) (1)

((Appell - Fond ta’ Koeżjoni - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi - Adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu stabbilit - Konsegwenzi))

(2014/C 439/13)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Conte u A. Tokár, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (T-384/10, EU:T:2013:277) hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4147, tat-30 ta’ Ġunju 2010, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja tal-Fond ta’ Koeżjoni għal dawn il-(gruppi ta’) proġetti li ġejjin: “Il-provvista tal-ilma għaċ-ċentri residenzjali li jinsabu fil-Baċir Idrografiku tax-Xmara Guadiana: Reġjun ta’ Andévalo” (2000.ES.16.C.PE.133), “Tindif u purifikazzjoni tal-Baċir ta’ Guadalquivir: Guadaira, Aljarafe u EE NN PP tal-Guadalquivir” (2000.ES.16.C.PE.066), “Il-provvista ta’ ilma lil sistemi supramuniċipali tal-provinċji ta’ Granada u ta’ Málaga” (2002.ES.16.C.PE.061), hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tar-Renju ta’ Spanja u għall-ispejjeż tagħha, kemm fil-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013


Top