This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0434
Case C-434/12: Reference for a preliminary ruling from the Administrativen sad Sofia-grad (Bulgaria) lodged on 26 September 2012 — ‘Slancheva sila’ EOOD v Izpalnitelnen direktor na Darzhaven fond ‘Zemedelie’ — Razplashtatelna agentsia
Kawża C-434/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis- 26 ta’ Settembru 2012 — “Slancheva sila” EOOD vs Izpalnitelniat direktor na Darzhaven fond “Zemedelie” — Razplashtatelna agentsia
Kawża C-434/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis- 26 ta’ Settembru 2012 — “Slancheva sila” EOOD vs Izpalnitelniat direktor na Darzhaven fond “Zemedelie” — Razplashtatelna agentsia
ĠU C 366, 24.11.2012, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Settembru 2012 — “Slancheva sila” EOOD vs Izpalnitelniat direktor na Darzhaven fond “Zemedelie” — Razplashtatelna agentsia
(Kawża C-434/12)
2012/C 366/47
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Slancheva sila” EOOD
Konvenuta: Izpalnitelniat direktor na Darzhaven fond “Zemedelie” — Razplashtatelna agentsia
Domandi preliminari
(1) |
Kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “ħolqien artifiċjali ta’ kundizzjonijiet” fis-sens tal-Artikolu 4(8) tar-Regolament Nru 65/2011 (1)? |
(2) |
L-Artikolu 4(8) tar-Regolament Nru 65/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 29, tal-11 ta’ Awwissu 2008, tal-leġiżlazzjoni Bulgara, li jipprovdi li ebda għajnuna finanzjarja ma tingħata lill-kandidati/utenti meta huwa stabbilit li huma ħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna u għalhekk jiksbu vantaġġ li jmur kontra l-għanijiet tal-iskema ta’ appoġġ? |
(3) |
L-Artikolu 4(8) tar-Regolament Nru 65/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-ġurisprudenza Bulgara, li tgħid li hemm ħolqien artifiċjali ta’ kundizzjonijiet sabiex jinkiseb vantaġġ li jmur kontra l-għanijiet tal-iskema ta’ appoġġ meta jkun hemm rabta ġuridika bejn il-kandidati għall-għajnuna? |
(4) |
L-użu minn kandidati differenti, li huma entitajiet legali separati, ta’ art indipendenti fil-qrib li, qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal għajnuna, kienet tikkostitwixxi proprjetà waħda u d-determinazzjoni ta’ rabta effettiva, bħal li l-kandidati għandhom l-istess mandatarji, offerenti, impriżi, sedi u indirizzi postali, jikkostitwixxu “ħolqien artifiċjali ta’ kundizzjonijiet”? |
(5) |
Huwa neċessarju li tiġi kkonstatata koordinazzjoni intenzjonali bejn il-persuni ġuridiċi kandidati u/jew ma’ terzi bil-għan li jinkiseb vantaġġ favur kandidat speċifiku? |
(6) |
X’jikkostitwixxi l-vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 4(8) tar-Regolament Nru 65/2011, b’mod partikolari, dan għandu jiġi intiż li jkopri l-ħolqien ta’ diversi proġetti ta’ investiment iżgħar, bil-għan li kandidat partikolari jikseb l-ammont massimu ta’ finanzjament ta’ EUR 200 000 għal kull proġett, anki jekk dawn ġew ippreżentati minn kandidati differenti? |
(7) |
L-Artikolu 4(8) tar-Regolament Nru 65/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-ġurisprudenza Bulgara, li tgħid li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni huma kkostitwiti minn tliet elementi kumulattivi: 1. l-assenza ta’ awtonomija funzjonali u/jew il-ħolqien artifiċjali ta’ kundizzjonijiet għall-ksib tal-għajnuna, 2. li din is-sitwazzjoni għandha l-għan li jinkiseb vantaġġ, u 3. li dan b’mod mhux konformi mal-għanijiet tal-miżura? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011, tas-27 ta’ Jannar 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU L 25, p. 8).