EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0399

Kawża C-399/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 7 ta’ Ottubru 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Rikors għal annullament — Azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 218(9) TFUE — Determinazzjoni tal-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea f’organu stabbilit minn ftehim internazzjonali — Ftehim internazzjonali li ma hijiex parti kontraenti fih l-Unjoni Ewropea — Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed (OIV) — Kunċett ta’ “atti li għandhom effetti legali”  — Riżoluzzjonijiet tal-OIV

ĠU C 421, 24.11.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ottubru 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-399/12) (1)

(Rikors għal annullament - Azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 218(9) TFUE - Determinazzjoni tal-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea f’organu stabbilit minn ftehim internazzjonali - Ftehim internazzjonali li ma hijiex parti kontraenti fih l-Unjoni Ewropea - Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed (OIV) - Kunċett ta’ “atti li għandhom effetti legali” - Riżoluzzjonijiet tal-OIV)

2014/C 421/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, B. Beutler u N. Graf Vitzthum, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, E. Ruffer u D. Hadroušek, aġenti), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: P. Frantzen, aġent), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, B. Koopman u J. Langer, aġenti), ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: J. Holmes, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sitbon u J.-P. Hix, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, B. Schima u B. Eggers, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 343, 10.11.2012.


Top