Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0326

Kawża C-326/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla Awla) tad- 9 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Rita van Caster, Patrick van Caster vs Finanzamt Essen-Süd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 63 TFUE — Tassazzjoni tad-dħul li jirriżulta minn fondi ta’ investiment — Obbligu ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni minn fond ta’ investiment — Tassazzjoni b’rata fissa tad-dħul li jirriżulta minn fondi ta’ investiment li ma jikkonformawx ruħhom mal-obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni)

ĠU C 439, 8.12.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Rita van Caster, Patrick van Caster vs Finanzamt Essen-Süd

(Kawża C-326/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Tassazzjoni tad-dħul li jirriżulta minn fondi ta’ investiment - Obbligu ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni minn fond ta’ investiment - Tassazzjoni b’rata fissa tad-dħul li jirriżulta minn fondi ta’ investiment li ma jikkonformawx ruħhom mal-obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni))

(2014/C 439/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rita van Caster, Patrick van Caster

Konvenut: Finanzamt Essen-Süd

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li n-nuqqas ta’ osservanza minn fond ta’ investiment mhux residenti tal-obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni prevista minn din il-leġiżlazzjoni, applikabbli mingħajr distinzjoni għall-fondi residenti u mhux residenti, tagħti lok għal tassazzjoni b’rata fissa tad-dħul li l-persuna taxxabbli tirċievi mill-imsemmi fond ta’ investiment, sa fejn l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tippermettix lil din il-persuna taxxabbli tipprovdi elementi jew informazzjoni li jistabbilixxu l-ammont effettiv ta’ dan id-dħul.


(1)  ĠU C 303, 6.10.2012


Top