Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0418

    Kawża T-418/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — De Nicola vs BEI ( “Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Assigurazzjoni għall-mard — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi — Talba għal ħatra ta’ tabib indipendenti — Terminu raġonevoli — Ċaħda ta’ talba għall-proċedura ta’ konċiljazzjoni — Talba għal annullament — Talba għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi — Lis alibi pendens” )

    ĠU C 313, 26.10.2013, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — De Nicola vs BEI

    (Kawża T-418/11 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Assigurazzjoni għall-mard - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi - Talba għal ħatra ta’ tabib indipendenti - Terminu raġonevoli - Ċaħda ta’ talba għall-proċedura ta’ konċiljazzjoni - Talba għal annullament - Talba għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi - Lis alibi pendens)

    2013/C 313/45

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment T. Gilliams u F. Martin, sussegwentement T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Appell kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011, De Nicola vs BEI (F-49/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011, De Nicola vs BEI (F-49/10), hija annullata, sa fejn hija tiċħad it-talbiet ta’ C. De Nicola intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li tiċħad it-talba tiegħu għal ħatra tat-tielet tabib.

    (2)

    Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

    (3)

    Id-deċiżjoni tal-BEI li tiċħad, minħabba tardività, it-talba ta’ C. De Nicola sabiex taħtar it-tielet tabib hija annullata.

    (4)

    C. De Nicola u l-BEI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta kemm mal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll ma’ din l-istanza.


    (1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


    Top