This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TA0208
Joined Cases T-208/11 and T-508/11: Judgment of the General Court of 16 October 2014 — LTTE v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures against certain persons and entities with a view to combating terrorism — Freezing of funds — Applicability of Regulation (EC) No 2580/2001 to situations of armed conflict — Possibility for an authority of a third State to be classified as a competent authority within the meaning of Common Position 2001/931/CFSP — Factual basis of the decisions to freeze funds — Reference to terrorist acts — Need for a decision of a competent authority for the purpose of Common Position 2001/931)
Kawżi magħquda T-208/11 u T-508/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ottubru 2014 – LTTE vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’Sigurtà Komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu — Iffriżar ta’ fondi — Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat — Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terzi li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Bażi fattwali ta’ deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi — Riferiment għal atti terroristiċi — Neċessità għal deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931” )
Kawżi magħquda T-208/11 u T-508/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ottubru 2014 – LTTE vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’Sigurtà Komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu — Iffriżar ta’ fondi — Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat — Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terzi li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Bażi fattwali ta’ deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi — Riferiment għal atti terroristiċi — Neċessità għal deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931” )
ĠU C 421, 24.11.2014, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – LTTE vs Il-Kunsill
(Kawżi magħquda T-208/11 u T-508/11) (1)
((“Politika barranija u ta’Sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat - Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terzi li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Bażi fattwali ta’ deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi - Riferiment għal atti terroristiċi - Neċessità għal deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931”))
2014/C 421/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) (Herning, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. Koppe, A.M. van Eik u T. Buruma, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u E. Finnegan, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: fil-Kawża T 208/11, inizjalment M. Bulterman, N. Noort u C. Schillemans, sussegwentement, kif ukoll fil-Kawża T-508/11, C. Wissels, M. Bulterman u J. Langer, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer, H. Walker u S. Brighouse, sussegwentement S. Behzadi-Spencer, H. Walker u E. Jenkinson, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister) (intervenjenti biss fil-Kawża T-208/11); u Il-Kummissjoni Ewropea, (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre u S. Boelaert, sussegwentement F. Castillo de la Torre u É. Cujo, aġenti)
Suġġett
Inizjalment, fil-Kawża T-208/11, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 83/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 (ĠU L 28, p. 14), u, fil-Kawża T-508/11, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 u (UE) Nru 83/2011 (ĠU L 188, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolamenti ta’ Implementazzjoni (UE) tal-Kunsill Nru 83/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, Nru 1375/2011, tat-22 ta’ Diċembru 2011, Nru 542/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2010, Nru 1169/2012, tal-10 ta’ Diċembru 2012, Nru 714/2013, tal-25 ta’ Lulju 2013, Nru 125/2014, tal-10 ta’ Frar 2014, u Nru 790/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nri 610/2010, 83/2011, 687/2011, 1375/2011, 542/2012, 1169/2012, 714/2013 u 125/2014, huma annullati sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw il-Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE). |
2) |
L-effetti tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 790/2014 jinżammu għal tliet xhur minn meta tingħata din is-sentenza. |
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ LTTE. |
4) |
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |