Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0093

Kawża F-93/11: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 347, 26.11.2011, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/46


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-93/11)

2011/C 347/87

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-President tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 — Segretarji (AST 1) li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni meħuda fil-15 ta’ Ġunju 2011 li tiċħad lir-rikorrent id-dritt li jieħu sehem fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 — Segretarji fil-grad AST1;

konsegwentement, jiddeċiedi li hemm lok għall-integrazzjoni mill-ġdid tar-rikorrent fil-proċess ta’ reklutaġġ stabbilit mill-imsemmija kompetizzjoni, jekk ikun meħtieġ, billi jiġu organizzati eżamijiet ta’ evalwazzjoni ġodda;

fi kwalunkwe każ, jitlob lill-EPSO jiżvela informazzjoni fil-pussess tiegħu fir-rigward tar-riżultati miksuba mill-kandidati kollha fit-test d);

sussidjarjament, fil-każ fejn it-talba prinċipali ma tintlaqax, quod non, titħallas lir-rikorrent is-somma ffissata b’mod provviżorju u ex aequo et bono ta’ EUR 50 000;

fi kwalunkwe każ, titħallas lir-rikorrent is-somma ffissata b’mod provviżorju u ex aequo et bono ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-danni morali.


Top