Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0435

Kawża C-435/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 17 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Centrale Raad van Beroep — il-Pajjiżi l-Baxxi) — J.C. van Ardennen vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Direttiva 80/987/KEE — Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddem — Kumpens għal insolvenza — Ħlas suġġett għall-kundizzjoni ta’ reġistrazzjoni bħala persuna li qed tfittex impjieg)

ĠU C 25, 28.1.2012, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Centrale Raad van Beroep — il-Pajjiżi l-Baxxi) — J.C. van Ardennen vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(Kawża C-435/10) (1)

(Direttiva 80/987/KEE - Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddem - Kumpens għal insolvenza - Ħlas suġġett għall-kundizzjoni ta’ reġistrazzjoni bħala persuna li qed tfittex impjieg)

(2012/C 25/27)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.C. van Ardennen

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Centrale Raad van Beroep — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4, 5 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1 p. 217), kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4 p. 261) — Portata tal-garanzija mogħtija mill-istituzzjoni ta’ garanzija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-ħaddiema jirreġistraw ruħhom b’mod immedjat, qabel ma jitolbu l-ħlas ta’ krediti ta’ paga mhux imħallsa, bħala persuni li qegħdin ifittxu impjieg

Dispożittiv

L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-possibbiltà, għall-ħaddiema li min iħaddimhom huwa insolventi, li d-dritt sħiħ tagħhom għall-ħlas ta’ krediti ta’ paga mhux imħallsa, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikun suġġett għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni bħala persuna li qed tfittex impjieg.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


Top