EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0326

Kawża T-326/09: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Awwissu 2009 — E vs Il-Parlament

ĠU C 256, 24.10.2009, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/32


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2009 — E vs Il-Parlament

(Kawża T-326/09)

2009/C 256/56

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: E (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bureau tal-Parlament fid-9 ta’ Marzu u t-3 ta’ April 2009 li jemendaw is-sistema ta’ pensjoni addizzjonali volontarja tal-membri tal-Parlament Ewropew, huma annullati;

il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu u tat-3 ta’ April 2009 li jemendaw is-sistema ta’ pensjoni addizzjonali (volontarja) li tinsab fl-Anness VIII tar-regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament Ewropew. L-emendi essenzjalment jirrigwardaw it-tneħħija tal-possibbiltà ta’ irtirar kmieni mix-xogħol, mill-età ta’ 50 sena, u l-possibbiltà li wieħed ikun jista’ jgawdi l-pensjoni taħt forma ta’ kapital, kif ukoll iż-żieda tal-età tal-pensjoni minn 60 għal 63 sena.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-219/09, Balfe et vs Il-Parlament (1).


(1)  ĠU 2009, C 205, p. 39.


Top