EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0299

Kawża T-299/09: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Lulju 2009 — Gühring vs UASI (Taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat)

ĠU C 256, 24.10.2009, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/27


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2009 — Gühring vs UASI (Taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat)

(Kawża T-299/09)

2009/C 256/51

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gühring OHG (Albstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 1330/2008-1);

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Eżaminazzjoni tal-UASI tal-21 ta’ Lulju 2008 li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 6 703 581 tar-rikorrenti;

tiddeċiedi li t-trade mark li hija s-suġġett tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 6 703 581 tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1)

sussidjarjament:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 1330/2008-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark li tikkonsisti fit-taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat għal prodotti fil-klassi 7 (applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 6 703 581)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/1009 peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha karattru distintiv, kif ukoll ksur tar-Regoli tal-Proċedura, jiġifieri l-Artikoli 75 u 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Top