Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0068

    Kawża T-68/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Ottubru 2014 – Soliver vs Il-Kummissjoni [ “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ftehimiet ta’ qsim ta’ swieq u ta’ skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Ksur uniku u kontinwat — Parteċipazzjoni fil-ksur” ]

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2014 – Soliver vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-68/09) (1)

    ([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ftehimiet ta’ qsim ta’ swieq u ta’ skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Ksur uniku u kontinwat - Parteċipazzjoni fil-ksur”])

    2014/C 421/36

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Soliver NV (Roulers, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams, J. Bocken u T. Baumé, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, M. Kellerbauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 863 finali, tal-11 ta’ Frar 2009, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta minn din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 1(d) u l-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 863 finali, tal-11 ta’ Frar 2009, huma annullati, sa fejn, minn naħa, ġiet ikkonstatata l-parteċipazzjoni ta’ Soliver NV, mid-19 ta’ Novembru 2001 sal-11 ta’ Marzu 2003, f’akkordju illeċitu fis-suq tal-ħġieġ tal-vetturi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u fejn, min-naħa l-oħra, ġiet imposta fuqha multa ta’ EUR 4 3 96  000 f’dan ir-rigward.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 90, 18.04.2009.


    Top