EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0525

Kawża T-525/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2013 — Poste Italiane vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Remunerazzjoni ta’ fondi li joriġinaw mill-kontijiet kurrenti tal-posta u mqiegħda fit-Teżor Taljan — Deċiżjoni li tiddikjara l-għanjuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ” )

ĠU C 313, 26.10.2013, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Poste Italiane vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-525/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Remunerazzjoni ta’ fondi li joriġinaw mill-kontijiet kurrenti tal-posta u mqiegħda fit-Teżor Taljan - Deċiżjoni li tiddikjara l-għanjuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ)

2013/C 313/29

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Poste Italiane SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Fratini, A. Sandulli u F. Filpo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/178/KE, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-istat li implimentat l-Italja biex tirremunera l-kontijiet kurrenti li Poste Italiane għandha mat-Teżor (C 42/06 (ex NN 52/06)) (ĠU 2009, L 64, p. 4).

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/178/KE, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-istat li implimentat l-Italja biex tirremunera l-kontijiet kurrenti li Poste Italiane għandha mat-Teżor (C 42/06 (ex NN 52/06)), hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Poste Italiane.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


Top