Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0142

Kawża T-142/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni ( “Sistema lingwistika — Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti — Pubblikazzjoni sħiħa fi tliet lingwi uffiċjali — Informazzjoni dwar l-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali — Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha — Lingwa tal-eżamijiet — Għażla tat-tieni lingwa minn tliet lingwi uffiċjali” )

ĠU C 313, 26.10.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-142/08) (1)

(Sistema lingwistika - Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti - Pubblikazzjoni sħiħa fi tliet lingwi uffiċjali - Informazzjoni dwar l-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali - Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha - Lingwa tal-eżamijiet - Għażla tat-tieni lingwa minn tliet lingwi uffiċjali)

2013/C 313/26

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment F. Díez Moreno, sussegwentement N. Díaz Abad u J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali, minn naħa, EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministratturi (AD 8) u ta’ amministraturi prinċipali (AD 11) fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, u, min-naħa l-oħra, EPSO/AST/45/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 4) fl-istess qasam, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Jannar 2008 (ĠU C 16 A, rispettivament p. 1 u p. 16).

Dispożittiv

(1)

L-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministratturi (AD 8) u ta’ amministraturi prinċipali (AD 11) fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, u EPSO/AST/45/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 4) fl-istess qasam, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Jannar 2008, huma annullati.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 142, 7.6.2008.


Top