Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FN0030

    Kawża F-30/08: Rikors ippreżentat fit- 28 ta' Frar 2008 — Nanopoulos vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 171, 5.7.2008, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 171/50


    Rikors ippreżentat fit-28 ta' Frar 2008 — Nanopoulos vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-30/08)

    (2008/C 171/100)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrent: Photius Nanopoulos (Lussemburgu, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Ordni sabiex il-Kummissjoni tħallas somma lir-rikorrent bħala kumpens għad-danni li sofra bħala riżultat tal-ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu li laqat l-unur u r-reputazzjoni tiegħu.

    Talbiet tar-rikorrent

    tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent, bħala kumpens għall-ħsara morali li sofra, is-somma ta' EUR 850 000, liema somma tinkludi l-kumpens għall-ħsara kkawżata lil saħħtu;

    tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


    Top