Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CB0323

    Kawża C-323/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) ta' l- 10 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja) — Termoraggi SpA vs Comune di Monza (Kuntratti pubbliċi — Kuntratt pubbliku għal provvisti u għal servizzi — Għotja mingħajr sejħa għal offerti — Għotja minn kollettività territorjali lil impriża li tagħha żżomm il-kapital)

    ĠU C 171, 5.7.2008, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 171/11


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) ta' l-10 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja) — Termoraggi SpA vs Comune di Monza

    (Kawża C-323/07) (1)

    (Kuntratti pubbliċi - Kuntratt pubbliku għal provvisti u għal servizzi - Għotja mingħajr sejħa għal offerti - Għotja minn kollettività territorjali lil impriża li tagħha żżomm il-kapital)

    (2008/C 171/19)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Termoraggi SpA

    Konvenuta: Comune di Monza

    Fil-preżenza ta': Acqua Gas Azienda Municipale (AGAM)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1) — Kamp ta' applikazzjoni — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jattribwixxu, mingħajr il-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi previsti mid-direttiva, it-tmexxija ta' sistemi ta' tisħin ta' ċertu bini komunali lil impriża muniċipali

    Dispożittiv

    Id-Direttivi tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku, u 93/36/KEE, ta' l-14 ta' Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, ma japplikawx fil-konfront ta' kuntratt pubbliku konkluż bejn kollettività territorjali u persuna legalment distinta minn din il-kollettività fil-każ fejn, fl-istess ħin, il-kollettività territorjali teżerċita fuq il-persuna in kwistjoni kontroll identiku għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u fejn din il-persuna twettaq il-parti l-kbira ta' l-attività tagħha mal-kollettività jew kollettivitajiet li jikkontrollawha.

    L-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/50 japplika biss jekk ikunu jeżistu liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi ppubblikati li jikkonferixxu dritt esklużiv lil min jagħti l-kuntratt li jirrigwarda kuntratt mogħti.


    (1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


    Top