IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 22.1.2024
COM(2024) 12 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
L-użu ta' miżuri ta' kriżi adottati skont l-Artikoli 219 sa 222 tar-Regolament dwar l-OKS
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024DC0012
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL The use of crisis measures adopted pursuant to Articles 219 to 222 of the CMO Regulation
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL L-użu ta' miżuri ta' kriżi adottati skont l-Artikoli 219 sa 222 tar-Regolament dwar l-OKS
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL L-użu ta' miżuri ta' kriżi adottati skont l-Artikoli 219 sa 222 tar-Regolament dwar l-OKS
COM/2024/12 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 22.1.2024
COM(2024) 12 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
L-użu ta' miżuri ta' kriżi adottati skont l-Artikoli 219 sa 222 tar-Regolament dwar l-OKS
1.Introduzzjoni
Skont l-Artikolu 225(db) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (ir-Regolament dwar l-OKS) 1 il-Kummissjoni jeħtiġilha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sal-31 ta’ Diċembru 2023, rapport dwar l-użu ta’ miżuri ta’ kriżi, u b’mod partikolari l-miżuri eċċezzjonali adottati skont l-Artikoli 219-222 tar-Regolament dwar l-OKS (OKS).
Dan ir-rapport ikopri r-regolamenti dwar il-miżuri eċċezzjonali adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 219-222 tal-OKS mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-aħħar tal-2023.
L-Anness 1 ta’ dan ir-rapport jipprovdi l-lista tar-regolamenti kollha. L-Anness 2 jipprovdi informazzjoni dwar in-nefqa aggregata annwali tal-UE għal kull miżura sa tmiem is-sena finanzjarja 2023 (il-15 ta’ Ottubru 2023).
2.Tipi ta’ miżuri eċċezzjonali skont ir-Regolament dwar l-OKS
2.1 Introduzzjoni
Il-Parti V, il-Kapitolu I tal-OKS huwa intitolat “Miżuri eċċezzjonali” (l-Artikoli 219 sa 222). L-Artikoli jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri eċċezzjonali tas-suq fil-każ ta’:
-disturb fis-suq (l-Artikolu 219);
-mard tal-annimali, pesti tal-pjanti, u t-telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti (l-Artikolu 220);
-problemi speċifiċi (l-Artikolu 221);
-żbilanċ qawwi fis-swieq (l-Artikolu 222).
Dawn id-dispożizzjonijiet jirriflettu l-ħtieġa – fl-isfond ta’ orjentazzjoni tas-suq skont il-prinċipji tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) – li jiġu indirizzati r-riskji potenzjali, li spiss iseħħu f’daqqa u ma jkunux prevedibbli, li huma dovuti għal ċirkostanzi li jistgħu jinqalgħu b’mod eċċezzjonali fl-iswieq agrikoli bħall-instabbiltà tas-suq, il-volatilità tal-prezzijiet, jew il-konsegwenzi tar-restrizzjonijiet marbuta mas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti.
Għalhekk, il-miżuri eċċezzjonali jistgħu jitqiesu b’rabta mal-għodod ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tar-riskju disponibbli għall-bdiewa tal-UE fil-PAK u fil-politiki nazzjonali.
Il-produzzjoni agrikola hija minnha nnifisha riskjuża. Ir-rendimenti, il-kwalità tal-prodott u l-prezzijiet relatati huma influwenzati minn ħafna fatturi esterni b’impatti fuq perjodu ta’ żmien qasir, bħat-temp u fatturi ambjentali jew sanitarji oħra (bħall-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti). Il-produzzjoni agrikola hija soġġetta wkoll għal riskji li jirriżultaw minn żviluppi fis-swieq agrikoli, tfixkil fil-kummerċ jew avvenimenti ġeopolitiċi. Dawn ir-riskji huma enfasizzati min-natura tad-deċiżjonijiet dwar il-produzzjoni, inklużi l-investimenti, li ta’ spiss ikollhom jittieħdu abbażi ta’ perspettiva fuq perjodu medju u twil. Barra minn hekk, f’xi sistemi tal-produzzjoni (eż. il-produzzjoni tal-annimali) ma jistgħux isiru aġġustamenti ta’ malajr fil-produzzjoni.
Uħud minn dawk ir-riskji jistgħu jiġu kklassifikati bħala normali jew kummerċjabbli, u jistgħu jiġu ġestiti jew fil-farm stess, jew permezz ta’ għodod tas-suq jew strumenti privati għall-kondiviżjoni tar-riskji (bħall-assigurazzjoni). Riskji oħra jistgħu jkunu sistemiċi/katastrofiċi u jwasslu għal kostijiet tant għoljin li l-għodod privati għall-ġestjoni tar-riskju ma jkunux adegwati (pereżempju, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni jistgħu ma jkunux lesti li jipprovdu kopertura bi primjums raġonevoli) 2 . Għalhekk, matul kriżijiet fis-suq, tista’ tkun meħtieġa azzjoni pubblika speċifika u eċċezzjonali.
Il-miżuri eċċezzjonali huma addizzjonali u komplementari kemm għall-miżuri l-oħra ta’ intervent fis-suq previsti skont ir-Regolament dwar l-OKS (b’mod partikolari l-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat (PSA) 3 ) li għandhom l-għan li jistabbilizzaw il-prezzijiet għall-bdiewa, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet permezz ta’ interventi settorjali li jistgħu jiġu pprogrammati fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK (pereżempju fis-settur tal-frott u l-ħxejjex).
Il-miżuri eċċezzjonali huma min-natura tagħhom temporanji u jiġu adottati sal-punt u għaż-żmien meħtieġ biex jiġu indirizzati l-problemi inkwistjoni.
Il-premessi tar-regolamenti tal-Kummissjoni bbażati fuq l-Artikoli 219-222 tal-OKS jiċċaraw ir-raġunament għall-adozzjoni tal-miżura eċċezzjonali, abbażi ta’ valutazzjoni oġġettiva tas-sitwazzjoni tas-suq.
2.2 Aspetti baġitarji
Qabel l-2023, il-miżuri eċċezzjonali li jinvolvu appoġġ finanzjarju setgħu jiġu ffinanzjati billi jiġu mmobilizzati riżorsi finanzjarji taħt ir-“riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu” (l-Artikolu 25 tar-Regolament Orizzontali preċedenti tal-PAK 4 ; l-Artikolu 226 tal-OKS), li kien iffinanzjat bl-applikazzjoni ta’ “dixxiplina finanzjarja”. Dan il-mekkaniżmu ta’ finanzjament kien jimplika li l-attivazzjoni tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fil-pagamenti diretti lill-bdiewa u l-użu tagħha kien jeħtieġ deċiżjoni ta’ trasferiment mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Din ir-riżerva qatt ma kienet intużat sa Marzu 2022, meta ġiet adottata għajnuna eċċezzjonali ta’ aġġustament għall-produtturi affettwati mill-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna. Il-pakkett ta’ appoġġ kien jammonta għal EUR 500 miljun, li EUR 350 miljun minnhom kienu ffinanzjati mir-riżerva għall-kriżijiet tal-2022. Preċedentement, fil-każijiet l-oħra kollha, il-finanzjament għal miżuri eċċezzjonali kien jiġi magħmul disponibbli minn fondi oħra disponibbli taħt is-sublimitu massimu tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), mingħajr l-attivazzjoni tar-riżerva għall-kriżijiet.
Mill-2023, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Orizzontali l-ġdid tal-PAK 5 , ġiet stabbilita riżerva agrikola ta’ mill-inqas EUR 450 miljun u se tiġi stabbilita fil-bidu ta’ kull sena tal-perjodu 2023-2027 6 . Jista’ jiġi stabbilit ammont ogħla fil-baġit tal-UE.
L-ammont għar-riżerva agrikola jiddaħħal direttament fil-baġit tal-UE, u b’hekk il-fondi mir-riżerva jsiru disponibbli direttament. Il-miżuri eċċezzjonali għandhom jiġu ffinanzjati minn din ir-riżerva (flimkien mal-miżuri ta’ intervent fis-suq). Ir-riżerva agrikola tiġi stabbilita billi l-ewwel jintużaw il-fondi disponibbli li jkun fadal mir-riżerva tas-sena ta’ qabel li ma jkunux intużaw u li jkunu ġew riportati, imbagħad il-fondi disponibbli taħt is-sublimitu tal-FAEG u, jekk ikun meħtieġ, u biss bħala l-aħħar għażla, billi tiġi applikata d-dixxiplina finanzjarja.
Il-Kapitolu tar-Regolament dwar l-OKS li jittratta l-miżuri eċċezzjonali jikkonsisti f’erba’ artikoli. Is-subtaqsimiet li ġejjin jiddiskutu kull wieħed minn dawn l-artikoli f’aktar dettall.
2.3 Artikolu 219
L-Artikolu 219 jippermetti lill-Kummissjoni tieħu, permezz ta’ atti delegati, miżuri meħtieġa biex tirreaġixxi b’mod effiċjenti u effettiv għad-disturbi fis-suq, u t-theddid ta’ tali disturbi, fis-setturi agrikoli kollha koperti mill-OKS 7 . Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, l-atti delegati jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura ta’ urġenza (l-Artikolu 228 tal-OKS) u jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jesprimu l-ebda eċċezzjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri bħal dawn jekk iseħħ disturb fis-suq jew ikun hemm theddida tiegħu (b’mod partikolari, iżda mhux esklussivament, minħabba żidiet jew tnaqqis fil-prezzijiet) li x’aktarx li jkompli jew isir agħar. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu adottati meta kwalunkwe miżura oħra disponibbli skont ir-Regolament dwar l-OKS – bħal intervent pubbliku jew PSA – tidher li ma tkunx biżżejjed jew xierqa biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni 8 . Sitwazzjonijiet li jirriżultaw minn provvista żejda (nuqqas ta’ domanda) ikkaratterizzati minn tnaqqis fil-prezzijiet kienu tipikament fil-mira ta’ dawn il-miżuri, iżda l-abbozzar tal-Artikolu jkopri wkoll is-sitwazzjoni opposta ta’ skarsezzi u żidiet fil-prezzijiet.
Dan l-arranġament jirrifletti l-progressjoni gradwali tal-miżuri stabbiliti fl-OKS: l-għodod ta’ intervent fis-suq (intervent pubbliku u PSA) u strumenti oħra disponibbli skont ir-Regolament dwar l-OKS l-ewwel iridu jintwerew li huma insuffiċjenti qabel ma jiġu adottati miżuri eċċezzjonali. F’dan l-ispirtu, kull miżura adottata tiċċara, kif rilevanti, ir-raġuni għaliex l-użu ta’ miżuri disponibbli skont l-OKS ma jkunx indirizza, jew ma kienx ikun biżżejjed biex jindirizza, id-disturb fis-suq.
Il-miżuri inkwistjoni jistgħu, sa fejn u għaż-żmien meħtieġ, jindirizzaw id-disturb fis-suq jew it-theddida tiegħu, jestendu jew jemendaw il-kamp ta’ applikazzjoni, it-tul ta’ żmien jew aspetti oħra ta’ miżuri oħra stabbiliti fir-Regolament dwar l-OKS, u jistgħu jipprevedu wkoll miżuri kompletament ġodda, inkluż il-forniment ta’ għajnuna eċċezzjonali lil settur wieħed jew aktar, u lil pajjiż wieħed jew aktar.
Il-miżuri eċċezzjonali kollha li jagħtu għajnuna eċċezzjonali jiċċaraw l-aspetti li ġejjin.
I)Jistabbilixxu liema pajjiżi huma eliġibbli u l-bażi għall-allokazzjoni tal-pakketti tal-għajnuna bejniethom.
II)Jiċċaraw li d-distribuzzjoni tal-għajnuna mill-Istati Membri għandha timmira lejn dawk il-produtturi l-aktar affettwati mid-disturb fis-suq inkwistjoni. Sabiex itaffu d-disturbi fis-suq, f’loġika ta’ sussidjarjetà, l-Istati Membri spiss ikunu f’pożizzjoni aħjar biex janalizzaw liema bdiewa u setturi jeħtieġ li jiġu appoġġati fis-sitwazzjonijiet differenti tas-suq. Barra minn hekk, l-għajnuna għandha titqassam abbażi ta’ kriterji oġġettivi u b’mod mhux diskriminatorju, filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe kwistjoni tas-suq u tal-kompetizzjoni.
III)Jistabbilixxu jekk l-Istati Membri jistgħux jagħtu appoġġ addizzjonali (pagament supplimentari) taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ oġġettività, nondiskriminazzjoni u nondistorsjoni tal-kompetizzjoni. Tali pagamenti supplimentari, li ma humiex affettwati mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jistgħu jiġu ġġustifikati mill-fatt li l-ammonti allokati lill-Istati Membri benefiċjarji jikkumpensaw biss parzjalment it-telf proprju mġarrab mill-produtturi.
IV)Jiċċaraw kif l-għajnuna eċċezzjonali tirrelata mal-assistenza finanzjarja tal-UE mogħtija taħt strumenti oħra, u jekk hemmx possibbiltà li l-għajnuna eċċezzjonali tiġi akkumulata ma’ tali appoġġ finanzjarju.
V)Jirrikjedu lill-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar: (i) il-kriterji oġġettivi użati biex jiġi mmirat l-appoġġ; (ii) kif evitaw kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni; (iii) l-ammonti totali mħallsa; (iv) in-numru u t-tip ta’ benefiċjarji; u (v) valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri meħuda. Mill-2015, iridu jiġu rrapportati wkoll il-miżuri konkreti meħuda, l-impatti maħsuba, u l-pagamenti supplimentari addizzjonali.
2.4 Artikolu 220
L-Artikolu 220 jippermetti lill-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni u tieħu, fuq talba ta’ Stat Membru u abbażi ta’ valutazzjoni dwar is-sustanza, miżuri eċċezzjonali biex jiġu indirizzati l-impatti fuq is-suq ta’ miżuri meħuda fil-livell nazzjonali biex jiġi miġġieled it-tixrid ta’ mard tal-annimali u pesti tal-pjanti 9 . Il-valutazzjoni tevalwa l-evidenza li l-miżuri tas-saħħa, veterinarji u fitosanitarji ġew adottati malajr mill-Istat Membru kkonċernat biex tiġi eliminata l-marda; jew biex jimmonitorjaw, jikkontrollaw, jeqirdu jew irażżnu l-pest tal-pjanti. Il-miżuri tal-Artikolu 220 jistgħu jindirizzaw ukoll disturb serju fis-suq attribwit direttament għal telf ta’ fiduċja tal-konsumatur minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti.
L-Artikolu 220 jipprovdi bażi legali għall-kumpens lill-produtturi affettwati mill-effetti indiretti tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ jew telf fil-fiduċja tal-konsumaturi li ma humiex eliġibbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE fi ħdan il-miżuri ta’ prevenzjoni u kontroll tas-saħħa u veterinarji previsti fil-leġiżlazzjoni tal-UE 10 . Dan il-kumpens irid jiġi kofinanzjat mill-Istat Membru rilevanti. L-UE tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tal-infiq imġarrab mill-Istati Membri (60 % biex tiġi miġġielda l-marda tal-ilsien u d-dwiefer).
L-Artikolu 220 jelenka s-setturi li għalihom jistgħu jiġu kkumpensati l-impatti tal-miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ.
L-iskemi ta’ appoġġ adottati skont l-Artikolu 220 jirrikjedu li l-Istati Membri jwettqu kontrolli amministrattivi u fuq il-post, u jiddokumentaw kif xieraq dawn il-kontrolli.
2.5 Artikolu 221
L-Artikolu 221 jippermetti lill-Kummissjoni tieħu, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri ta’ emerġenza biex issolvi problemi speċifiċi, jekk il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ miżuri skont l-Artikolu 219 jew l-Artikolu 220 ma jiġux issodisfati.
Dawn il-miżuri ma jeħtiġux disturb eżistenti fis-suq jew theddida tiegħu. Il-“problema speċifika” li għandha tiġi indirizzata tista’ għalhekk tkun tinsab f’raġuni oħra li tipprevjeni li jintlaħqu l-objettivi tal-PAK. Dawn il-miżuri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-OKS biss sa ċertu punt u għal perjodu ta’ żmien li huwa strettament meħtieġ, u fi kwalunkwe każ li ma jaqbiżx it-12-il xahar.
Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, fejn iċ-ċirkostanzi jistgħu jikkawżaw deterjorament rapidu tas-sitwazzjoni li jkun diffiċli li jiġi indirizzat jekk il-miżuri jiġu ttardjati, jistgħu jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni li japplikaw immedjatament (l-Artikolu 229(3) tal-OKS).
2.6 Artikolu 222
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 222 tal-OKS jawtorizza lill-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex teżenta mill-applikazzjoni ta’ ftehimiet u deċiżjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni biex jiġi stabbilizzat is-suq mill-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP) rikonoxxuti, l-assoċjazzjonijiet tal-OP, jew organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti 11 .
Il-miżuri ta’ ġestjoni tal-provvista meħuda mill-operaturi privati huma maħsuba biex jindirizzaw żbilanċi severi fis-suq. Id-dritt tal-kompetizzjoni normalment ma jippermettix tali ftehimiet bejn l-OP peress li dawn għandhom effett restrittiv fuq il-kompetizzjoni.
Dawn il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet għandhom: (i) ikunu validi għal massimu ta’ 6 xhur (iżda jistgħu jiġu estiżi); (ii) ma jimminawx il-funzjonament xieraq tas-suq uniku; (iii) ikollhom l-għan strett li jistabbilizzaw is-settur ikkonċernat; u (iv) jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji speċifiċi ta’ azzjonijiet kollettivi enumerati fl-Artikolu. Sal-2017, dawk il-miżuri setgħu jiġu adottati biss jekk ikunu diġà ġew adottati miżuri tas-suq jew miżuri eċċezzjonali għall-prodotti kkonċernati, bħala mezz tal-aħħar għażla. Minn dak iż-żmien (u wara r-Regolament ta’ Riforma tal-Omnibus 12 ), dawn jistgħu jikkomplementaw l-azzjoni tal-UE skont id-dispożizzjonijiet l-oħra mingħajr ma tapplika tali prekundizzjoni.
Ta’ min isemmi li l-Artikolu 222 ma jimplikax il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament tal-UE.
3.Użu ta’ miżuri eċċezzjonali (skont il-kriżi)
Mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-aħħar tal-2023, ġew adottati 63 miżura eċċezzjonali skont l-Artikoli 219-222 tal-OKS. Il-miżuri huma rrapportati hawn taħt b’rabta mal-kriżi jew is-sitwazzjoni speċifika li wasslet għall-adozzjoni tagħhom 13 .
Il-biċċa l-kbira tal-miżuri ġew adottati skont l-Artikolu 219(32 att), segwiti minn 14-il att skont l-Artikolu 220, 11-il att skont l-Artikolu 221 u sitt atti skont l-Artikolu 222.
Il-miżuri kollha huma mniżżlin fl-Anness 1. L-informazzjoni dwar it-twettiq tal-miżuri sal-15 ta’ Ottubru 2023 hija pprovduta wkoll fl-Anness 2.
3.1 Il-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet, flimkien mal-iżbilanċi fil-provvista u d-domanda
Bħala ritaljazzjoni kontra s-sanzjonijiet imposti mill-UE wara l-annessjoni Russa tal-Krimea fir-rebbiegħa tal-2014, il-gvern Russu introduċa projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli mill-Unjoni Ewropea. Il-projbizzjoni, li daħlet fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 2014, kienet tinkludi prodotti bħall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-prodotti tal-bhejjem, u l-frott u l-ħxejjex friski. Il-projbizzjoni inizjali, li sussegwentement ġiet estiża, kellha implikazzjonijiet sinifikanti għall-esportaturi tal-UE tal-prodotti agrikoli affettwati peress li llimitat l-aċċess tagħhom għas-suq Russu.
3.1.1 Frott u ħxejjex
Il-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet mill-UE kkawżat tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet fis-settur tal-frott u l-ħxejjex tal-UE peress li wieħed mill-akbar swieq tal-esportazzjoni tagħha f’daqqa waħda ma baqax disponibbli u dan irriżulta fi provvista żejda fl-UE.
It-theddida ta’ disturb fis-suq kienet partikolarment urġenti għal dan is-settur peress li dan seħħ b’mod mhux mistenni fi żmien il-ħsad, meta l-bdiewa tħallew bi kwantitajiet kbar ta’ prodotti maħsuda u li jitħassru malajr ħafna u kellhom possibbiltajiet limitati ta’ ħżin. Barra minn hekk, xi varjetajiet ta’ prodotti prinċipalment maħsuba għar-Russja ma sabux swieq ta’ esportazzjoni alternattivi daqstant malajr. Għall-ħawħ u n-nuċiprisk, il-projbizzjoni kkoinċidiet ma’ livell għoli ta’ provvista minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp fl-2014. Peress li l-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex hija imprevedibbli u l-prodotti jitħassru malajr, anke eċċessi żgħar fis-suq jistgħu jfixklu s-suq b’mod sinifikanti.
Sabiex jiġi evitat disturb sever fis-suq u jiġi mmitigat it-tnaqqis fil-prezzijiet, ġew adottati żewġ miżuri. Miżura skont l-Artikolu 219 tal-21 ta’ Awwissu 2014 żiedet il-volumi ta’ ħawħ u nuċiprisk eliġibbli għall-irtirar mis-suq appoġġat għal distribuzzjoni bla ħlas mill-OP 14 . Din ippermettiet ukoll l-għoti ta’ assistenza finanzjarja mill-UE lil produtturi li ma kinux membri ta’ OP u ta’ appoġġ addizzjonali għal attivitajiet ta’ promozzjoni għal OP mill-erba’ pajjiżi produtturi ewlenin, il-Greċja, Spanja, Franza u l-Italja, sa ammont massimu ta’ EUR 3 miljun 15 .
Miżura oħra skont l-Artikolu 219 datata d-29 ta’ Awwissu 2014 espandiet ir-Regolament biex ikopri frott u ħxejjex oħra affettwati mit-telf tas-swieq tal-esportazzjoni. Din allokat EUR 125 miljun (li minnhom EUR 82 miljun kienu għat-tuffieħ u l-lanġas u EUR 43 miljun kienu għal frott u ħxejjex oħra) biex tingħata assistenza finanzjarja għal volumi akbar ta’ rtirar mis-suq, operazzjonijiet ta’ ħsad bikri u ta’ nuqqas ta’ ħsad għaż-żewġ produtturi li kienu membri u li ma kinux membri ta’ OP, sa kwantitajiet speċifiċi ta’ prodotti (elenkati fl-Anness I tiegħu) 16 .
Dawn il-miżuri eċċezzjonali ġew estiżi u ssupplimentati, inkluż biex jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni għal-larinġ, il-klementini, il-mandolin u l-lumi 17 .
F’Jannar 2016, il-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet agrikoli ġiet estiża għal importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli mit-Turkija. Peress li t-Turkija kienet esportatur ewlieni tal-frott u l-ħxejjex lejn ir-Russja, it-theddida ta’ disturb fis-suq fl-UE kienet sinifikanti minħabba l-effetti ta’ devjazzjoni tat-traffiku kummerċjali. F’Ġunju 2016, ġiet introdotta miżura ġdida skont l-Artikolu 219, li adattat il-miżuri eżistenti u espandiet il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom għal prodotti oħra. Il-miżura kienet tinkludi limiti fuq il-kwantità massima fuq prodotti eliġibbli għall-assistenza finanzjarja għal kull Stat Membru produttur 18 . F’Marzu 2017, il-kwantitajiet allokati mhux użati ġew imqassma mill-ġdid fost l-Istati Membri produtturi permezz ta’ att delegat ġdid 19 .
Il-monitoraġġ regolari tas-suq tal-UE sussegwentement żvela titjib għall-għelejjel mhux permanenti (il-ħxejjex u xi frott) li wassal għal aġġustament tal-miżuri eżistenti. F’April 2017, miżura skont l-Artikolu 219 naqqset l-għadd ta’ prodotti u l-kwantitajiet massimi eliġibbli għall-appoġġ 20 . Madankollu, minħabba livelli għoljin ta’ produzzjoni u ta’ ħażniet ta’ ħawħ u nuċiprisk f’xi Stati Membri, kif ukoll minħabba l-introduzzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji minn destinazzjonijiet alternattivi ta’ esportazzjoni bħall-Belarussja, f’Settembru 2017 ġiet adottata miżura ġdida skont l-Artikolu 219. Dan l-att il-ġdid żied il-kwantitajiet massimi ta’ ħawħ u nuċiprisk eliġibbli għall-appoġġ għall-Greċja, Spanja u l-Italja 21 .
B’riżultat ta’ dawn il-miżuri kollha, ġie żborżat total finali ta’ aktar minn EUR 500 miljun sal-2018, li ppermetti li jiġu rtirati mis-suq kważi 1,8 miljun tunnellata ta’ frott u ħxejjex friski.
3.1.2 Ħalib u prodotti tal-ħalib
Il-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet mill-UE l-ewwel irriżultat f’theddida ta’ disturb fis-suq, u sussegwentement f’disturb attwali fis-suq għas-suq tal-ħalib, bi tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet. Din is-sitwazzjoni flimkien ma’ ċirkostanzi oħra bħat-tnaqqis fl-ammont ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina (l-akbar suq tal-importazzjonijiet fid-dinja), il-prezzijiet pożittivi u l-kundizzjonijiet tat-temp irriżultat f’żieda fil-provvista globali tal-ħalib. L-effett magħqud ta’ dawn iċ-ċirkostanzi kollha wassal għal żbilanċ madwar id-dinja kollha bejn il-provvista u d-domanda fis-settur tal-ħalib u għal tnaqqis kbir fil-prezz tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, b’effetti sekondarji negattivi fuq is-settur tal-bhejjem.
Sabiex tingħata ċertezza lis-suq, il-perjodu ta’ intervent pubbliku għat-trab tal-ħalib xkumat (SMP) u għall-butir (li normalment ikun mill-1 ta’ Marzu sat-30 ta’ Settembru) ġie estiż diversi drabi permezz ta’ miżuri skont l-Artikolu 219 22 .
Minbarra l-għajnuna għall-ħżin privat standard għall-butir u għall-SMP, ġiet introdotta skema temporanja u eċċezzjonali ta’ għajnuna għall-ħżin privat għat-tipi kollha ta’ ġobon (mhux limitata għal ġobnijiet b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) jew b’denominazzjoni ta’ oriġini (DOP) li huma eliġibbli għall-PSA skont l-OKS) lejn l-aħħar tal-2014 23 u lejn l-aħħar tal-2015 24 .
Bejn l-2014 u l-2017, dawn il-miżuri ġew ikkomplementati minn skemi ta’ appoġġ finanzjarju eċċezzjonali għas-setturi tal-ħalib u ta’ bhejjem oħrajn.
Miżura skont l-Artikolu 219 li tipprovdi għajnuna eċċezzjonali lill-produtturi tal-ħalib fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja għal EUR 28,6 miljun (EUR 6,8 miljun, EUR 7,7 miljun u EUR 14,1-il miljun rispettivament) ġiet adottata f’Novembru 2014. Din il-miżura kellha l-għan li tindirizza l-problemi ta’ likwidità kkawżati mit-telf ta’ sieħeb kummerċjali ewlieni u t-tnaqqis sussegwenti fil-prezzijiet tal-ħalib. It-tliet pajjiżi kienu jiddependu ħafna fuq l-esportazzjonijiet lejn ir-Russja, u s-settur tal-ħalib tagħhom iffoka fuq prodotti mhux koperti minn intervent pubbliku jew minn PSA 25 . F’Diċembru 2014, il-Finlandja ġiet allokata EUR 10,7 miljun għal raġunijiet simili 26 . L-allokazzjoni tal-għajnuna għall-erba’ pajjiżi kienet ibbażata fuq il-livelli tal-produzzjoni tal-ħalib tagħhom taħt il-kwoti nazzjonali.
F’Ottubru 2015, l-iżbilanċ qawwi bejn il-provvista u d-domanda fis-setturi tal-ħalib, tal-prodotti tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal ikkawżat mill-projbizzjoni Russa u l-estensjoni sussegwenti tagħha ġie aggravat minn żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni f’setturi oħra tal-bhejjem minħabba n-nixfa tal-2015 fl-Ewropa. Din il-kombinazzjoni ta’ ċirkostanzi wasslet għall-adozzjoni ta’ miżura tal-Artikolu 219 li tagħti għajnuna eċċezzjonali lill-bdiewa fis-setturi tal-ħalib u ta’ bhejjem oħrajn fl-Istati Membri kollha tal-UE għal ammont globali ta’ EUR 420 miljun 27 . Kien permess appoġġ nazzjonali addizzjonali sa 100 % – mhux soġġett għal proċeduri ta’ għajnuna mill-Istat.
Sussegwentement, f’April 2016 ġew adottati żewġ miżuri skont l-Artikoli 219 u 222 rispettivament. Dawn iż-żewġ miżuri awtorizzaw lill-kooperattivi u lil forom oħra ta’ OP, kemm rikonoxxuti kif ukoll mhux rikonoxxuti, biex jikkonkludu ftehimiet u jieħdu deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-produzzjoni tal-ħalib bil-għan li jiġi stabbilizzat is-suq 28 . Din il-miżura tal-aħħar ġiet estiża f’Settembru minħabba użu baxx tagħha 29 .
F’Settembru 2016, ġew introdotti żewġ miżuri ġodda skont l-Artikolu 219 biex jindirizzaw id-disturbi fis-suq fis-settur tal-ħalib u tal-bhejjem, influwenzati mill-projbizzjoni kontinwa Russa u mill-iżbilanċ persistenti u globali bejn il-provvista u d-domanda, u li pprovdew aktar għajnuna eċċezzjonali lill-bdiewa fis-setturi tal-ħalib u tal-bhejjem.
L-ewwel miżura ppermettiet lill-Istati Membri jagħtu għajnuna bbażata fuq tnaqqis volontarju fil-kunsinni tal-ħalib tal-baqar biex inaqqsu l-volumi tal-produzzjoni u jgħinu lis-settur jistabbilizza ruħu. It-tieni miżura kellha l-għan li tindirizza d-disturbi fis-suq fis-setturi tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal, taċ-ċanga, tal-vitella, tan-nagħaġ u tal-mogħoż. Skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, din: (i) ippermettiet lill-bdiewa jiġu kkumpensati għall-prezzijiet aktar baxxi tal-ħalib; (ii) ippermettiet l-appoġġ għas-setturi taċ-ċanga u l-vitella; u (iii) indirizzat tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’setturi oħra tal-bhejjem. L-att elenka l-attivitajiet li kellhom l-għan li jrawmu s-sostenibbiltà ekonomika u li jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni tas-suq li kienu eliġibbli għall-appoġġ. L-Istati Membri kienu meħtieġa jirrapportaw dwar il-miżuri meħuda u jiġġustifikaw ir-raġunament għall-allokazzjoni tal-għajnuna fis-setturi tal-bhejjem minbarra s-settur tal-ħalib. Ġie allokat ammont ta’ EUR 150 miljun biex jgħin inaqqas il-produzzjoni tal-ħalib, u ġew allokati EUR 350 miljun għall-għajnuna għall-aġġustament fis-setturi tal-bhejjem 30 . Din l-aħħar għajnuna ppermettiet appoġġ nazzjonali addizzjonali ta’ sa 100 %.
3.2 COVID-19
Matul il-pandemija tal-COVID-19, ir-restrizzjonijiet fuq il-movimenti, id-disponibbiltà limitata tal-ħaddiema, u l-għeluq obbligatorju tal-faċilitajiet tal-ospitalità u tal-catering wasslu għal tnaqqis f’daqqa fil-konsum ta’ diversi prodotti agrikoli u alimentari.
3.2.1 Ħalib u prodotti tal-ħalib
Is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ġarrab tnaqqis fid-domanda matul il-lockdowns fl-2020. F’April 2020, inbdew miżuri ta’ intervent fis-suq skont ir-Regolament dwar l-OKS fil-forma ta’ PSA għall-prodotti eliġibbli (il-butir, l-SMP). Billi l-produtturi ma kellhomx il-kapaċità li jiddevjaw il-ħalib nej ipproċessat lejn prodotti li jistgħu jinħażnu u li jeħtieġu inqas xogħol, dawn il-miżuri kienu akkumpanjati minn miżura skont l-Artikolu 219 li tagħti PSA għal ġobnijiet mingħajr ċertifikazzjonijiet ta’ DOP jew ta’ IĠP (li ma humiex eliġibbli għall-PSA skont id-dispożizzjonijiet tal-OKS), fi ħdan volumi massimi predefiniti għal kull Stat Membru 31 .
B’mod parallel, minħabba l-iżbilanċ sever fis-suq bejn id-domanda u l-provvista fis-settur, ġiet adottata wkoll miżura tal-Artikolu 222 li ppermettiet lill-OP jikkonkludu ftehimiet u jieħdu deċiżjonijiet komuni dwar l-ippjanar tal-volumi tagħhom ta’ produzzjoni ta’ ħalib nej qabel il-bidu tal-istaġun ewlieni tal-produzzjoni, sabiex tikkumpensa għat-tnaqqis fil-prezzijiet għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib 32 .
3.2.2 Frott, ħxejjex u nbid
L-għeluq ta’ postijiet importanti għall-bejgħ tal-frott, tal-ħxejjex u tal-inbid (ħwienet, ristoranti), flimkien ma’ nuqqas ta’ ħaddiema, fixkel b’mod sinifikanti s-setturi tal-frott, tal-ħxejjex u tal-inbid fl-UE.
Għas-settur tal-inbid, l-impożizzjoni ta’ tariffi tal-importazzjoni ta’ 25 % (skont il-valur) fuq l-importazzjonijiet tal-inbid tal-UE mill-Istati Uniti f’Ottubru 2019 kien diġà kellha impatt negattiv fuq l-esportazzjonijiet. Dan kien aggravat mill-pandemija, li wasslet għal diffikultajiet finanzjarji għall-produtturi tal-inbid.
F’April 2020, ġiet adottata miżura skont l-Artikolu 219 biex jiġi indirizzat id-disturb fis-suq li jirriżulta mill-COVID-19 fis-setturi tal-frott, tal-ħxejjex u tal-inbid. L-att introduċa derogi mir-regoli eżistenti tal-OKS dwar programmi operazzjonali u ta’ appoġġ 33 .
Għall-frott u l-ħxejjex, il-limiti fuq l-infiq għall-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet fil-programmi operazzjonali tneħħew temporanjament.
Għas-settur tal-inbid, sabiex jitneħħew l-eċċessi mis-suq li kienu qegħdin ibaxxu l-prezzijiet, l-assistenza finanzjarja taħt il-programmi ta’ appoġġ ġiet estiża temporanjament biex tkopri kemm id-distillazzjoni tal-inbid għal skopijiet industrijali jew enerġetiċi kif ukoll l-għajnuna għall-ħżin fi kriżijiet. Il-miżura espandiet ukoll l-appoġġ tal-UE għall-fondi mutwi tal-produtturi u żiedet il-limiti għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE għal diversi miżuri kemm biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji proprji tal-operaturi kif ukoll biex jittejjeb il-fluss tal-flus tagħhom. Il-baġit operazzjonali għall-programmi ta’ appoġġ nazzjonali baqa’ l-istess 34 .
B’mod parallel, ġiet adottata miżura skont l-Artikolu 221 biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema fil-vinji, li estendiet kemm l-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil li kienu se jiskadu fl-2020, kif ukoll l-iskadenza għall-qlugħ tad-dwieli fil-każ ta’ tħawwil mill-ġdid antiċipat 35 .
F’Lulju 2020, ġew introdotti żewġ miżuri ġodda biex jgħinu lis-setturi tal-frott, tal-ħxejjex u tal-inbid ilaħħqu mal-impatti tal-pandemija. L-ewwel miżura skont l-Artikolu 219 introduċiet flessibbiltajiet addizzjonali għall-programmi operazzjonali u ta’ appoġġ fiż-żewġ setturi. Fis-settur tal-inbid, il-produtturi setgħu wkoll, taħt ċerti kundizzjonijiet, jitolbu pagamenti bil-quddiem ugwali għal 100 % tal-appoġġ tal-UE kemm għad-distillazzjoni tal-inbid fi kriżi kif ukoll għall-ħżin tal-inbid fi kriżi, biex itaffu l-fluss tal-flus imnaqqas tagħhom 36 .
It-tieni miżura ġiet introdotta skont l-Artikolu 222, u kellha l-għan li tindirizza l-iżbilanċ sever fis-suq fis-settur tal-inbid, fejn il-konsum u l-esportazzjonijiet kienu qed jonqsu filwaqt li kienu qegħdin jinħażnu volumi kbar ta’ nbid. Dan ippermetta lill-bdiewa, lill-OP rikonoxxuti u lill-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkonkludu ftehimiet u jieħdu deċiżjonijiet komuni dwar il-produzzjoni, it-trasformazzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin u l-attivitajiet ta’ promozzjoni 37 .
B’rikonoxximent tal-fatt li s-sitwazzjoni fis-settur tal-inbid ma kinitx tjiebet minkejja l-miżuri preċedenti, ittieħdu żewġ miżuri skont l-Artikolu 219 f’Jannar u f’Settembru 2021, li estendew id-derogi li kienu ġew adottati qabel u pprevedew aktar flessibbiltà biex tiġi appoġġata l-assigurazzjoni tal-ħsad 38 .
3.2.3 Setturi oħra
Is-setturi tal-patata u tal-pjanti u l-fjuri ħajjin esperjenzaw perjodu ta’ żbilanċ fis-suq matul il-lockdowns tal-COVID-19 minħabba tnaqqis qawwi fid-domanda u fil-prezzijiet, id-disponibbiltà limitata tal-ħaddiema, u l-kostijiet ogħla tat-trasport.
Biex jiġu appoġġati l-produtturi, f’April 2020 ġew adottati żewġ miżuri skont l-Artikolu 222, li ppermettew lill-bdiewa u lill-OP rikonoxxuti jikkonkludu ftehimiet u jieħdu deċiżjonijiet komuni dwar, pereżempju, l-irtirar mis-suq, id-distribuzzjoni b’xejn, il-promozzjoni, u l-ippjanar temporanju tal-produzzjoni 39 .
3.3 Il-gwerra fl-Ukrajna u l-iżviluppi sussegwenti fis-suq
Bħala konsegwenza tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kien hemm theddida akuta ta’ disturb fis-suq tal-UE minħabba żidiet sinifikanti fil-prezzijiet għaċ-ċereali u l-inputs (speċjalment l-enerġija u l-fertilizzanti) u minħabba tfixkil fil-kummerċ. Sabiex jiġi miġġieled dan it-theddid, f’Marzu 2022 ġiet adottata miżura skont l-Artikolu 219 li tipprovdi għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-bdiewa attivi fis-setturi kollha jekk ikunu involuti f’attivitajiet li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-ikel jew jindirizzaw l-iżbilanċi tas-suq. Ġie magħmul disponibbli ammont totali ta’ EUR 500 miljun u dan ġie allokat lill-Istati Membri abbażi tal-limiti massimi tagħhom għall-pagamenti diretti. L-Istati Membri kienu liberi li jagħżlu s-settur(i) benefiċjarju/i biex jappoġġaw lill-produtturi li batew l-aktar. Kien permess ukoll appoġġ nazzjonali addizzjonali ta’ sa 200 % 40 .
F’Lulju 2022 ġiet adottata wkoll miżura skont l-Artikolu 219 biex tappoġġa s-settur tal-frott u l-ħxejjex. Din ippermettiet derogi għal-limiti fuq l-infiq fuq il-miżuri ta’ ġestjoni u ta’ prevenzjoni tal-kriżijiet u żiedet is-sehem tal-assistenza finanzjarja tal-UE għall-fondi operazzjonali nazzjonali fis-settur 41 .
Iż-żieda fl-importazzjonijiet ta’ ċereali u żrieragħ taż-żejt mill-Ukrajna lejn l-Istati Membri qrib il-fruntiera tal-Ukrajna, fejn ġew żviluppati kurituri kummerċjali msejħa “Korsiji ta’ Solidarjetà bejn l-UE u l-Ukrajna”, kellha impatt fuq il-bdiewa lokali. F’ċerti reġjuni tal-UE, l-importazzjonijiet addizzjonali wasslu għal provvista domestika żejda, naqqsu l-prezzijiet lokali, jew għabbew iżżejjed lill-ktajjen loġistiċi. B’rikonoxximent ta’ dawn il-problemi, f’April 2023 ġiet adottata miżura skont l-Artikolu 221. Ġie allokat ammont ta’ EUR 56 miljun biex jappoġġa lill-bdiewa l-aktar affettwati miż-żieda fl-importazzjonijiet ta’ ċereali u żrieragħ taż-żejt mill-Ukrajna fil-Bulgarija, fil-Polonja u fir-Rumanija. Kien permess appoġġ nazzjonali addizzjonali ta’ sa 100 % 42 .
Minħabba l-iskala tal-impatt negattiv taż-żieda fl-importazzjonijiet taċ-ċereali u taż-żrieragħ taż-żejt mill-Ukrajna lejn il-Bulgarija, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja, f’Ġunju 2023 ġiet adottata miżura oħra skont l-Artikolu 221. Din it-tieni miżura espandiet fuq dik preċedenti b’EUR 100 miljun disponibbli biex jappoġġaw lill-bdiewa li jipproduċu ċereali u żrieragħ taż-żejt speċifiċi [l-Anness 1] fil-ħames pajjiżi. Kien permess appoġġ nazzjonali addizzjonali ta’ sa 200 % 43 .
F’nofs l-2023, ġie osservat tnaqqis rapidu fil-prezzijiet għal diversi prodotti agrikoli, fi sfond ta’ kostijiet tal-input għoljin, inflazzjoni kbira fil-prezzijiet tal-ikel u domanda aktar baxxa mill-konsumaturi. Dawn iċ-ċirkostanzi kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq setturi agrikoli differenti fl-UE u ħolqu problemi ta’ likwidità għall-bdiewa, lil hinn minn dawk identifikati fil-ħames Stati Membri tal-ewwel linja li kienu bbenefikaw mill-appoġġ preċedenti.
F’Lulju 2023 ġiet adottata miżura skont l-Artikolu 221 biex jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi osservati f’diversi setturi bħas-setturi tal-annimali, tal-frott u l-ħxejjex, tal-inbid, taċ-ċereali u taż-żrieragħ taż-żejt. Il-miżura pprevediet appoġġ ta’ emerġenza għall-bdiewa fis-setturi agrikoli l-aktar affettwati tat-22 Stat Membru li ma kinux benefiċjarji taż-żewġ miżuri preċedenti tal-Artikolu 221. Ammont totali ta’ EUR 330 miljun ġie magħmul disponibbli. L-Istati Membri kienu meħtieġa jimmiraw lejn bdiewa fl-aktar setturi milquta, u setgħu jagħtu appoġġ lil operazzjonijiet ta’ distillazzjoni fi kriżi għall-inbid lil hinn mill-allokazzjonijiet stabbiliti fil-programmi ta’ appoġġ nazzjonali. Kien permess appoġġ nazzjonali addizzjonali ta’ sa 200 % 44 .
B’mod parallel, biex tiġi miġġielda t-theddida ta’ żbilanċi futuri fis-suq fis-settur tal-inbid bil-wasla tal-ħsad il-ġdid, f’Ġunju 2023 ġiet adottata miżura skont l-Artikolu 219 li tippermetti lill-Istati Membri jiddevjaw parti mir-riżorsi finanzjarji fi ħdan il-programmi ta’ appoġġ nazzjonali tagħhom biex jipprovdu appoġġ imfassal apposta għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom. L-appoġġ għad-distillazzjoni tal-inbid fi kriżi kien permess taħt kundizzjonijiet speċifiċi, flimkien ma’ derogi mid-dispożizzjonijiet tal-OKS u żieda fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE għal tipi differenti ta’ miżuri settorjali 45 .
3.4 Avvenimenti ta’ temp estrem u diżastri naturali
Diġà fl-2015, l-impatti negattivi fuq is-swieq ta’ kundizzjonijiet tat-temp ħżiena kienu ġew rikonoxxuti bħala wieħed mill-fatturi li jikkontribwixxu għall-iżbilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-settur tal-bhejjem minħabba li n-nixfa matul is-sajf tal-2015 wasslet għall-iskarsezza ta’ għelejjel tal-għalf u mergħat 46 .
Wara terremot li laqat liċ-ċentru tal-Italja f’Awwissu 2016, il-miżura skont l-Artikolu 219 li tagħti għajnuna eċċezzjonali ta’ aġġustament lill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem adottata fl-2016 ġiet emendata fl-2017. Biex tgħin tikkumpensa għat-telf imġarrab mill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem fir-reġjuni milquta, l-Italja ngħatat il-permess li tagħti appoġġ nazzjonali addizzjonali ta’ sa 200 % 47 .
Minħabba kundizzjonijiet tat-temp bla preċedent u anormali, jiġifieri xita qawwija fit-tul u għargħar li affettwaw ir-raba’ li jinħadem tagħhom, f’Jannar 2018 ġiet adottata miżura skont l-Artikolu 221 biex tappoġġa lill-bdiewa fil-Litwanja, fil-Latvja, fl-Estonja u fil-Finlandja. Il-miżura kellha l-għan li tikkumpensa lill-bdiewa l-aktar affettwati mix-xita u mill-għargħar, u li esperjenzaw l-akbar telf fir-raba’ li jinħadem tagħhom għaż-żrigħ tax-xitwa u fil-ħsad. L-att iddetermina l-fondi massimi tal-UE disponibbli għal kull pajjiż, għal total ta’ EUR 15-il miljun, filwaqt li l-pajjiżi nfushom iddeterminaw l-għadd ta’ ettari eliġibbli u l-ammont b’rata fissa ta’ għajnuna għal kull ettaru. Ġew permessi żidiet nazzjonali ta’ sa 100 % 48 .
Il-miżura skont l-Artikolu 221 adottata f’nofs Lulju 2023 kellha l-għan ukoll, parzjalment, li tindirizza l-impatti ta’ avvenimenti tat-temp estremament avversi, bħan-nixfa tar-rebbiegħa tal-2023 (partikolarment akuta f’xi reġjuni ta’ Spanja, tal-Portugall u tal-Italja) u l-ħsarat relatati mġarrba mill-produtturi agrikoli 49 .
Dawk l-avvenimenti meteoroloġiċi severi u avversi kellhom impatt negattiv speċifiku fuq il-produtturi tal-frott, tal-ħxejjex u tal-inbid u wasslu għall-adozzjoni ta’ miżura ġdida skont l-Artikolu 221 f’Awwissu 2023. Il-miżura ppermettiet xi flessibbiltajiet u żiedet il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE fl-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali għall-OP u l-assoċjazzjonijiet tal-OP fis-settur tal-frott u l-ħxejjex. Fis-settur tal-inbid, il-miżura estendiet kemm il-validità tal-awtorizzazzjoni għat-tħawwil li tiskadi fl-2023 kif ukoll il-perjodu għall-qlugħ tad-dwieli. Introduċiet wkoll flessibbiltajiet għall-miżuri għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji li kienu ġew implimentati biss parzjalment fl-2023 50 .
Sussegwentement fl-2023, is-Slovenja esperjenzat għargħar u valangi estremament severi, filwaqt li partijiet mill-Greċja ffaċċaw nirien u għargħar bla preċedent f’Awwissu u f’Settembru 2023. Il-ħsarat sinifikanti kkawżati minn dawk id-diżastri naturali għall-produzzjoni agrikola wasslu għall-adozzjoni ta’ miżura ġdida skont l-Artikolu 221 f’Diċembru 2023, bl-għan li tappoġġa lill-bdiewa milquta. Ammont ta’ EUR 51,7 miljun ġie allokat liż-żewġ pajjiżi, u kien permess pagament supplimentari nazzjonali ta’ sa 200 % 51 .
3.5 Mard tal-annimali
3.5.1 Deni Afrikan tal-ħnieżer
Biex jevitaw it-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ASF) fit-territorji tagħhom, fi Frar 2014 il-Polonja u l-Litwanja adottaw miżuri preventivi li jirrestrinġu l-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam tal-majjal fiż-żoni affettwati. Iż-żewġ pajjiżi sussegwentement nnotifikaw lill-Kummissjoni bi tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet u tfixkil fis-suq f’dawk iż-żoni, ikkawżat minn dawn ir-restrizzjonijiet. B’konsegwenza ta’ dan, f’Marzu u f’April 2014 ġew adottati żewġ miżuri skont l-Artikolu 220, li jawtorizzaw liż-żewġ pajjiżi jipprovdu għajnuna għat-tbiċċir ta’ ċerti annimali f’perjodu definit minn qabel, u taħt kundizzjonijiet speċifiċi 52 .
B’reazzjoni għal tifqigħat ġodda tal-ASF fil-Polonja li rriżultaw f’telf għall-produtturi, f’April 2017 ġiet adottata miżura skont l-Artikolu 220. Il-Polonja tħalliet tagħti għajnuna lill-produtturi għat-tbiċċir ta’ ċerti annimali, taħt kundizzjonijiet speċifiċi 53 . F’Settembru 2017 ingħatat ukoll għajnuna eċċezzjonali taħt kundizzjonijiet simili lil azjendi żgħar tal-ħnieżer b’miżura skont l-Artikolu 221, biex jiġi evitat li dawn l-azjendi żgħar iwaqqfu l-produzzjoni u biex jittaffa l-kost tagħhom biex jikkonformaw mal-miżuri nazzjonali 54 .
3.5.2 Influwenza tat-tjur
Bejn l-2014 u l-2023, seħħew diversi tifqigħat tal-influwenza tat-tjur fl-Ewropa, inkluż fl-Italja, fi Franza u fil-Polonja. Maż-żmien, it-tliet pajjiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-miżuri applikati biex irażżnu u jeqirdu t-tixrid tal-marda wasslu għal telf ta’ introjtu li ma kienx eliġibbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE 55 għall-operaturi fis-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni adottat 11-il miżura skont l-Artikolu 220 bejn Ottubru 2014 u Awwissu 2023, li jipprevedu l-finanzjament parzjali mill-UE għan-nefqa mġarrba mit-tliet pajjiżi biex jiġu appoġġati temporanjament l-operaturi tagħhom li jinsabu fiż-żoni regolati mill-miżuri nazzjonali, għal perjodi speċifiċi ta’ żmien, u soġġett għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet eliġibbli minnhom abbażi ta’ kontrolli ex ante mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-miżuri jistabbilixxu: (i) l-ispeċijiet affettwati; (ii) il-kwantitajiet massimi ta’ prodotti eliġibbli għall-finanzjament; u (iii) l-ammonti b’rata fissa tal-finanzjament parzjali u l-kriterji użati biex jiġu ddeterminati dawk l-ammonti (f’xi każijiet, sa livelli/ammonti massimi fissi ta’ finanzjament parzjali mill-UE). Minn Mejju 2014, l-atti ċċaraw li t-telf imġarrab ma għandux jiġi kkumpensat mill-għajnuna mill-Istat jew mill-assigurazzjoni; u li l-produtturi ma kellhomx jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE għall-istess telf taħt Regolamenti rilevanti oħra tal-UE 56 .
3.6 Oħrajn
Fl-interess tal-istabbiltà tas-suq (jew fil-livell tal-UE jew fis-setturi affettwati), jew biex jiġi evitat tnaqqis rapidu fil-produzzjoni ta’ prodotti speċifiċi, ġew adottati tliet miżuri eċċezzjonali oħra skont l-Artikolu 221 biex jiġu indirizzati problemi speċifiċi.
F’Lulju 2019 ġiet adottata miżura skont l-Artikolu 221 biex tipprovdi għajnuna eċċezzjonali lill-bdiewa fis-settur taċ-ċanga u l-vitella fl-Irlanda. Il-miżura kienet immotivata mill-impatt potenzjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, peress li r-Renju Unit kien suq ta’ esportazzjoni sinifikanti għaċ-ċanga u l-vitella mill-Irlanda. Biex il-bdiewa jiġu appoġġati fl-aġġustament tal-produzzjoni tagħhom u fis-sejba ta’ swieq ġodda, l-Irlanda ġiet allokata total ta’ EUR 50 miljun biex tappoġġa lill-bdiewa. Ġew permessi żidiet nazzjonali ta’ sa 100 % 57 .
F’Jannar 2020 iddaħħlet ġderoga għall-programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid permezz ta’ miżura skont l-Artikolu 221. Il-miżura kellha l-għan li twieġeb għall-impożizzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni mill-Istati Uniti fuq l-inbejjed tal-UE minn ċerti pajjiżi, adottata mill-Istati Uniti bħala kontromiżura għas-sussidji tal-UE lil Airbus u wara deċiżjoni ta’ arbitraġġ tad-WTO. Il-miżura ppermettiet implimentazzjoni aktar flessibbli tal-miżuri ta’ promozzjoni fis-settur tal-inbid u rati ogħla għall-kontribuzzjonijiet tal-UE 58 .
F’Marzu 2020 ġew adottati wkoll derogi għall-programmi operazzjonali fis-settur Taljan tal-frott u l-ħxejjex permezz ta’ miżura tal-Artikolu 221. Il-miżura kellha l-għan li tappoġġa lill-OP affettwati mill-infestazzjoni tal-ispallut kannella rħami f’ċerti reġjuni tal-Italja u tgħinhom ikampaw aħjar bil-pest, peress li ma setgħet tittieħed l-ebda miżura ta’ eradikazzjoni fil-livell tal-UE, skont id-dritt applikabbli tal-UE. Il-limiti għall-assistenza tal-UE għall-miżuri tal-prevenzjoni tal-kriżijiet u tal-ġestjoni tal-kriżijiet żdiedu biex jintlaħqu dawn l-objettivi 59 .
4.Osservazzjonijiet finali
Il-miżuri diskussi f’dan ir-rapport juru li s-sett ta’ għodod legali għall-miżuri eċċezzjonali introdotti mir-riforma tal-2013 jipprovdi flessibbiltà biex jiġu indirizzati diversi tipi ta’ kriżijiet. Għalhekk, dan jikkostitwixxi progress sinifikanti meta mqabbel mas-sitwazzjoni legali li kienet tipprevali qabel.
Fil-livell politiku, il-miżuri eċċezzjonali ġeneralment jaslu tajjeb. Dan huwa kkonfermat mill-appoġġ wiesa’ espress meta jiġu proposti – jew wara l-adozzjoni ta’ – atti relatati fil-livell tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew, kif ukoll fil-proċeduri tal-komitoloġija. L-użu ta’ dawn il-miżuri eċċezzjonali juri solidarjetà mill-UE u mill-Istati Membri tagħha. F’dan il-kuntest, ir-rimarki li ġejjin dwar ir-raġunament għall-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri, it-tfassil tagħhom, u l-aspetti finanzjarji ta’ dawn il-miżuri jistħoqqilhom kunsiderazzjoni.
4.1 Raġunament għall-adozzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali
Ġew adottati miżuri eċċezzjonali biex jiġu indirizzati objettivi ta’ politika ċari, kif muri fil-premessi tal-atti, u biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet eċċezzjonali li setgħu jħallu impatt negattiv fuq is-swieq agrikoli. Dawn il-miżuri ġew implimentati b’konsistenza ma’ dawk l-objettivi ta’ politika. Il-kunċett u l-post tal-miżuri eċċezzjonali fir-Regolament dwar l-OKS jissuġġerixxu li dawn huma mezzi li għandhom jintużaw b’mod eċċezzjonali b’reazzjoni għal sitwazzjonijiet speċifikament diffiċli li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv is-swieq agrikoli.
L-użu tal-miżuri eċċezzjonali juri li dawn intużaw prinċipalment biex jgħinu lill-bdiewa fir-rigward tal-ħsarat li jsofru bħala konsegwenza ta’ disturb fis-suq jew kwistjonijiet relatati mas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti. Għenu wkoll, għalkemm inqas ta’ spiss, lill-bdiewa jindirizzaw l-impatti negattivi ta’ avvenimenti tat-temp estremament avvers fuq ir-redditi ekonomiċi tagħhom. Fil-każ ta’ prezzijiet baxxi, għodod oħrajn li ntużaw jinkludu għajnuna għall-ħżin privat f’tentattiv biex jerġgħu jiżdiedu l-prezzijiet u x-xiri bil-forza b’intervent pubbliku, kif ġara fl-2014-2016 għall-SMP.
4.2 It-tfassil tal-miżuri eċċezzjonali u l-aspetti ta’ implimentazzjoni
L-ispettru ta’ miżuri eċċezzjonali adottati sa issa, u l-varjetà wiesgħa ta’ ċirkostanzi li dawn il-miżuri wieġbu għalihom, juru li d-disturbi tas-suq spiss ikunu ta’ natura multidimensjonali u imprevedibbli u għalhekk jeħtieġu reazzjonijiet ad hoc u mmirati.
B’mod ġenerali, il-miżuri eċċezzjonali wrew li huma effettivi fl-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati biex ilaħħqu mal-kriżijiet 60 . L-użu f’waqtu tal-appoġġ tal-UE jipprovdi sinjal ċar tal-attenzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi, jesprimi s-solidarjetà Ewropea u għandu impatti pożittivi fuq is-sentiment tas-suq fis-settur agrikolu.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) irrakkomandat li l-Kummissjoni tiddefinixxi parametri u kriterji oġġettivi ex ante li jaġixxu bħala limiti biex jiġi ddeterminat meta jirriżulta disturb fis-suq, u jkollha tiġi skattata miżura eċċezzjonali 61 . Madankollu, id-definizzjoni tal-limiti tal-iskattar ex ante hija diffiċli ħafna minħabba l-varjetà ta’ kriżijiet u l-impatti relatati. Din timponi restrizzjonijiet fuq il-miżuri u tista’ tipprevjeni l-proposta ta’ risponsi mfassla apposta għall-varjetà ta’ sitwazzjonijiet li jkunu qegħdin jesperjenzaw is-swieq agrikoli. In-nuqqas ta’ parametri ex ante ma waqqafx lil dawk li jfasslu l-politika milli jfasslu miżuri li huma bbażati fuq valutazzjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni speċifika tas-suq inkwistjoni.
Madankollu, il-QEA semmiet, f’rapporti speċjali 62 , kwistjonijiet relatati ma’ kumpens żejjed possibbli għall-bdiewa li jibbenefikaw mill-miżuri jew ma’ effetti deadweight dovuti parzjalment għall-imġiba ta’ “periklu morali”. Għalkemm dawn ir-riskji ma għandhomx jiġu sottovalutati, il-Kummissjoni qisithom dejjem aktar fit-tfassil tar-regolamenti 63 .
B’mod simili, l-użu ta’ miżuri eċċezzjonali ma għandux jeskludi inċentivi għall-bdiewa biex jimmaniġġaw ir-riskji tagħhom stess billi jirrikorru għal prattiki agronomiċi u tat-trobbija tal-bhejjem sostenibbli, u billi jadottaw għodod u strateġiji xierqa għall-ġestjoni tar-riskju, inklużi dawk li għandhom l-għan biex ikampaw mad-diżastri naturali li l-okkorrenza tagħhom qiegħda tiżdied maż-żmien bit-tibdil fil-klima. Għalkemm l-għan ta’ dan ir-rapport ma huwiex li jivvaluta l-għażliet f’dan ir-rigward (inklużi l-għażliet stabbiliti fir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku u fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri), dan juri l-importanza li tiġi żgurata l-koerenza tal-politika bejn għodod differenti fil-livell nazzjonali u tal-UE fil-futur.
Mill-perspettiva ta’ implimentazzjoni, il-miżuri adottati skont l-Artikolu 222 tal-OKS jippruvaw jew jiksbu effett ta’ mitigazzjoni fuq il-provvista jew jimmaniġġaw il-provvista fl-istadju tal-produzzjoni. Għalkemm b’dan il-mod, miżuri bħal dawn ikollhom l-għan li jipprevjenu l-għoti ta’ kumpens ex post li jkun possibbilment aktar għali fid-dawl ta’ theddid ta’ disturb tas-suq, dawn il-miżuri jistgħu jkunu soġġetti għal kontestazzjonijiet permezz ta’ azzjoni kollettiva. L-esperjenza turi li l-effettività tal-Artikolu 222 tar-Regolament dwar l-OKS, li skontu l-ftehimiet ma humiex obbligatorji għall-partijiet li ma jkunux jixtiequ jipparteċipaw, tista’ tiġi mminata minn tħassib ta’ parassitiżmu potenzjali.
4.3. Aspetti finanzjarji
L-istabbiliment tar-“riżerva għall-agrikoltura” fl-2023, u l-arranġamenti ta’ finanzjament differenzjati tagħha meta mqabbla mar-“riżerva għall-kriżijiet” preċedenti, għamlu d-disponibbiltajiet baġitarji għall-miżuri eċċezzjonali aktar prevedibbli. L-użu tad-“dixxiplina finanzjarja” għall-kostituzzjoni tar-riżerva għall-kriżijiet kien jillimita l-attraenza tar-riżerva għall-kriżijiet, minħabba li l-Istati Membri ma kinux ħerqana li jnaqqsu l-pagamenti diretti lill-bdiewa kollha bħala l-“prezz li jkollu jitħallas” għal miżuri eċċezzjonali. L-enfasi kienet fuq il-mobilizzazzjoni tal-baġit b’mod li ma jaffettwax il-pagamenti diretti. Għal din ir-raġuni, il-miżuri ġew iffinanzjati minn sorsi oħra għajr ir-riżerva għall-kriżijiet kull fejn possibbli. Madankollu, il-pressjoni fuq il-baġit tal-UE kif ukoll il-ħtiġijiet li jikkompetu wasslu għal inċertezza dwar id-disponibbiltà kontinwa ta’ tali sorsi alternattivi għall-finanzjament ta’ miżuri eċċezzjonali. Il-konfigurazzjoni baġitarja attwali tar-riżerva għall-agrikoltura għelbet dawn ir-restrizzjonijiet. Madankollu, minkejja din iż-żieda fil-flessibbiltà, ir-riżerva l-ġdida tibqa’ soġġetta għall-annwalità tal-baġit tal-UE. Meta jitqies id-daqs kbir tal-impatti u l-ħsarat iġġenerati minn kriżi tas-suq jew minn diżastri naturali ta’ skala kbira, ir-riżerva għall-agrikoltura tirrappreżenta, minkejja d-daqs limitat tagħha, wieħed mill-mezzi biex tittaffa s-sitwazzjoni tal-bdiewa.
L-esperjenza miksuba bl-użu tal-miżuri eċċezzjonali, inklużi dawk iffinanzjati taħt ir-riżerva għall-agrikoltura l-ġdida, se tkun strumentali biex jiġu infurmati r-riflessjonijiet ta’ politika futuri. F’dan ir-rigward, l-għażliet biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet potenzjali fit-tfassil u fl-użu ta’ dawn il-miżuri se jiġu eżaminati fit-tħejjija tal-politika agrikola komuni tal-futur għal wara l-2027.
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
Ara r-rapport tat-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli (2018).
L-Artikoli 8 sa 21 tar-Regolament dwar l-OKS.
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.
L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Ara l-Artikolu 1(2) u l-Anness I tal-OKS.
Ir-referenza għan-natura “mhux xierqa” ta’ miżuri oħra tas-suq tal-OKS ġiet introdotta bl-aħħar riforma tal-PAK, ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzati u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262.
Il-pesti tal-pjanti, u r-referenza għall-kontrolli fitosanitarji relatati, ġew introdotti bl-aħħar riforma tal-PAK, ir-Regolament 2021/2117. Il-pesti tal-pjanti jikkonċernaw biss il-frott u l-ħxejjex.
Ara r-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti, u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1. Ir-Regolament tħassar mir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm għas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, u (UE) Nru 652/2014, ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1.
Il-possibbiltajiet għal azzjonijiet kollettivi bħal dawn ġew estiżi għall-bdiewa u għall-assoċjazzjonijiet tagħhom bir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15 (ir-Regolament Omnibus).
Ir-Regolament (UE) 2017/2393.
Ta’ min jinnota li xi atti jikkostitwixxu biss emendi ta’ atti approvati qabel, pereżempju l-estensjoni tad-durata tal-miżuri, u l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom għal benefiċjarji addizzjonali, eċċ.
Il-bażi ġuridika għall-miżuri ta’ ġestjoni tal-kriżijiet (bħall-irtirar mis-suq, il-ħsad bikri u n-nuqqas ta’ ħsad) li jistgħu jiġu appoġġati mill-UE skont il-programmi operazzjonali għall-frott u l-ħxejjex inbidlet maż-żmien, mir-Regolament dwar l-OKS 1308/2013 (l-Artikoli 33-34) għar-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK (ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013, ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1). Mill-2021, il-kamp ta’ applikazzjoni, id-durata u aspetti oħra tal-interventi settorjali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex huma rregolati mir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK (l-Artikolu 42 et seq.).
ĠU L 248, 22.8.2014, p. 1.
ĠU L 259, 30.8.2014, p. 2.
ĠU L 284, 30.9.2014, p. 22; ĠU L 366, 20.12.2014, p. 20; ĠU L 211, 8.8.2015, p. 17.
ĠU L 154, 11.6.2016, p. 3.
ĠU L 58, 4.3.2017, p. 8.
ĠU L 170, 1.7.2017, p. 31.
ĠU L 233, 9.9.2017, p. 1.
ĠU L 265, 5.9.2014, p. 21; ĠU L 360, 17.12.2014, p. 13; ĠU L 242, 18.9.2015, p. 28; ĠU L 242, 9.9.2016, p. 15.
ĠU L 265, 5.9.2014, p. 22, li tħassret ftit wara minħabba li l-iskema dehret li kienet qed tintuża b’mod sproporzjonat mill-produtturi tal-ġobon minn żoni li tradizzjonalment ma kinux jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn ir-Russja (ĠU L 279, 23.9.2014, p. 17).
ĠU L 271, 16.10.2015, p. 15, u sussegwentement emendat biex tagħmel disponibbli kwantitajiet massimi mhux użati ta’ ġobon għal xi Stati Membri (ĠU L 41, 18.2.2016, p. 10).
ĠU L 341, 27.11.2014, p. 3.
ĠU L 366, 20.12.2014, p. 18.
ĠU L 271, 16.10.2015, p. 25.
ĠU L 96, 12.4.2016, p. 18; ĠU L 96, 12.4.2016, p. 20. Il-bażi ġuridika differenti tirrifletti l-fatt li l-Artikolu 222 ikopri biss l-OP rikonoxxuti; sabiex tiġi estiża għall-kooperattivi li ma humiex rikonoxxuti bħala OP, kellha tiġi adottata miżura skont l-Artikolu 219.
ĠU L 242, 9.9.2016, p. 17.
ĠU L 242, 9.9.2016, p. 4; ĠU L 242, 9.9.2016, p. 10.
ĠU L 140, 4.5.2020, p. 1.
ĠU L 140, 4.5.2020, p. 37.
Fl-2020 iż-żewġ programmi kienu għadhom regolati mir-Regolament dwar l-OKS.
ĠU L 140, 4.5.2020, p. 6.
ĠU L 140, 4.5.2020, p. 46.
ĠU L 300, 14.9.2020, p. 26.
ĠU L 215, 7.7.2020, p. 13.
ĠU L 31, 29.1.2021, p. 198; ĠU L 415, 22.11.2021, p. 1.
ĠU L 140, 4.5.2020, p. 13; ĠU L 140, 4.5.2020, p. 17.
ĠU L 96, 24.3.2022, p. 4.
ĠU L 189, 18.7.2022, p. 1.
ĠU L 96, 5.4.2023, p. 80.
ĠU L 168, 3.7.2023, p. 22.
ĠU L 180, 17.7.2023, p. 21.
ĠU L 160, 26.6.2023, p. 12.
Ara hawn fuq, ĠU L 271, 16.10.2015, p. 25.
ĠU L 42, 18.2.2017, p. 7.
ĠU L 19, 24.1.2018, p. 6.
Ara hawn fuq, ĠU L 180, 17.7.2023, p. 21.
ĠU L 199, 9.8.2023, p. 96.
ĠU L, 2023/2820, 18.12.2023, ELI: EUR-Lex - L_202302820 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
ĠU L 95, 29.3.2014, p. 24; ĠU L 125, 26.4.2014, p. 64.
ĠU L 92, 6.4.2017, p. 41.
ĠU L 234, 12.9.2017, p. 1.
Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, imħassar bir-Regolament (UE) 2021/690.
ĠU L 295, 11.10.2014, p. 51; ĠU L 126, 14.5.2016, p. 63; ĠU L 43, 21.2.2017, p. 196; ĠU L 46, 20.2.2018, p. 1; ĠU L 255, 11.10.2018, p. 1; ĠU L 255, 11.10.2018, p. 7; ĠU L 206, 6.8.2019, p. 12; ĠU L 273, 20.8.2020, p. 1; ĠU L 317, 9.12.2022, p. 56; ĠU L 105, 20.4.2023, p. 2; ĠU L 202, 14.8.2023, p. 8.
ĠU L 179, 3.7.2019, p. 20.
ĠU L 27, 31.1.2020, p. 20.
ĠU L 98, 31.3.2020, p. 26.
Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Improving crisis prevention and management criteria and strategies in the agricultural sector – Rapport finali, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2020, https://data.europa.eu/doi/10.2762/650110 .
Ir-Rapport Speċjali tal-QEA 23/2019: Stabbilizzazzjoni tal introjtu tal-bdiewa: sett komprensiv ta’ għodod, iżda l istrumenti ftit li xejn jintużaw u jeħtieġ li jiġi indirizzat il kumpens eċċessiv, https://www.eca.europa.eu/mt/publications?did=52395 u r-Rapport Speċjali tal-QEA 11/2021: Appoġġ eċċezzjonali għall-produtturi tal-ħalib fl-UE fil-perjodu 2014-2016 - Potenzjal għal titjib fl-effiċjenza futura, https://www.eca.europa.eu/mt/publications?did=58807 .
Ir-Rapport Speċjali tal-QEA 23/2019 u r-Rapport Speċjali tal-QEA 11/2021.
Għal eżempji riċenti, ir-Regolament 2023/1225, ir-Regolament 2023/1343 u r-Regolament 2023/1465.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 22.1.2024
COM(2024) 12 final
ANNESSI
tar-
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
L-użu ta’ miżuri ta’ kriżi adottati skont l-Artikoli 219 sa 222 tar-Regolament dwar l-OKS
Anness 1
Lista ta’ atti adottati skont l-Artikoli 219–222 tar-Regolament dwar l-OKS, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Awwissu 2023 1
1.Atti adottati skont l-Artikolu 219 tar-Regolament dwar l-OKS
Sena u xahar |
Att |
Kriżi/raġuni |
Is-settur u l-Istati Membri kkonċernati, jekk applikabbli |
Ammont allokat (f’miljuni ta’ EUR) |
||
1 |
2014 Awwissu |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 tal-21 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk |
Il-kundizzjonijiet tat-temp u l-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-ħawħ u tan-nuċiprisk (EL, ES, FR, IT) |
Mhux fl-att |
|
2 |
2014 Awwissu |
Ir-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 tad-29 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għal produtturi ta’ ċertu frott u ħaxix u li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 913/2014 |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-frott u tal-ħxejjex |
125 |
|
3 |
2014 Settembru |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 tad-29 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott u ħaxix |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-frott u tal-ħxejjex |
Mhux fl-att |
|
4 |
2014 Diċembru |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1371/2014 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott u ħaxix |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-frott u tal-ħxejjex |
Mhux applikabbli |
|
5 |
2015 Awwissu |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1369 tas-7 ta’ Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott u ħaxix |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-frott u tal-ħxejjex |
Mhux applikabbli |
|
6 |
2016 Ġunju |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/921 tal-10 ta’ Ġunju 2016 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott u ħaxix |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-frott u tal-ħxejjex |
Mhux fl-att |
|
7 |
2017 Marzu |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/376 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/921 fir-rigward tar-riallokazzjoni ta’ kwantitajiet mhux użati nnotifikati skont l-Artikolu 2(4) ta’ dak ir-Regolament |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-frott u tal-ħxejjex |
Mhux applikabbli |
|
8 |
2017 April |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1165 tal-20 ta’ April 2017 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċertu frott |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-frott u tal-ħxejjex |
Mhux fl-att |
|
9 |
2017 Settembru |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1533 tat-8 ta’ Settembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1165 fir-rigward tal-miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk fil-Greċja, fi Spanja u fl-Italja |
Il-projbizzjoni Russa / id-disturb serju fis-suq |
Is-settur tal-ħawħ u tan-nuċiprisk (EL, ES, IT) |
Mhux applikabbli |
|
10 |
2014 Settembru |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 949/2014 tal-4 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta’ estensjoni tal-perjodu tal-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2014 |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-prodotti tal-ħalib |
Mhux applikabbli |
|
11 |
2014 Settembru |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 950/2014 tal-4 ta’ Settembru 2014 li jiftaħ skema temporanja eċċezzjonali ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti ġobnijiet u jiffissa bil-quddiem l-ammont ta’ għajnuna |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-ġobon |
Mhux fl-att |
|
12 |
2014 Settembru |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 992/2014 tat-22 ta’ Settembru 2014 li jirrevoka r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 950/2014 |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-ġobon |
Mhux applikabbli |
|
13 |
2014 Novembru |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1263/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 li jistipula għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-produtturi tal-ħalib fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-produtturi tal-ħalib (EE, LT, LV) |
28,6 |
|
14 |
2014 Diċembru |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta’ avvanzar tal-perjodu ta’ intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għall-2015 |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-prodotti tal-ħalib |
Mhux applikabbli |
|
15 |
2014 Diċembru |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1370/2014 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jistipula għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-produtturi tal-ħalib fil-Finlandja |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-produtturi tal-ħalib (FI) |
10,7 |
|
16 |
2015 Settembru |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1549 tas-17 ta’ Settembru 2015 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma tal-estensjoni tal-perjodu ta’ intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għall-2015 u l-avvanzar tal-perjodu ta’ intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2016 |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-prodotti tal-ħalib |
Mhux applikabbli |
|
17 |
2015 Ottubru |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1853 tal-15 ta’ Ottubru 2015 li jipprevedi għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-bdiewa fis-setturi tal-bhejjem |
Il-projbizzjoni Russa |
Is-settur tal-ħalib u s-setturi ta’ bhejjem oħrajn |
420 |
|
18 |
2015 Ottubru |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1852 tal-15 ta’ Ottubru 2015 li jiftaħ skema temporanja eċċezzjonali ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti ġobnijiet u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta’ għajnuna |
Il-projbizzjoni Russa / l-iżbilanċ fis-suq |
Is-settur tal-ġobon |
Mhux fl-att |
|
19 |
2016 Frar |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/225 tas-17 ta’ Frar 2016 li jiffissa l-volum massimu ta’ prodotti għal kull Stat Membru u l-perjodu li fih jistgħu jitressqu applikazzjonijiet għal għajnuna għall-ħżin privat ta’ kwantitajiet ta’ ċerti ġobnijiet li jifdal u li jibqgħu ma jintużawx, għajr dawk stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/1852 |
Il-projbizzjoni Russa / l-iżbilanċ fis-suq |
Is-settur tal-ġobon |
Mhux fl-att |
|
20 |
2016 April |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/558 tal-11 ta’ April 2016 li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet ta’ kooperattivi u ta’ tipi oħra ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib dwar l-ippjanar tal-produzzjoni |
L-iżbilanċ fis-suq |
Is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib |
Mhux applikabbli |
|
21 |
2016 Settembru |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1612 tat-8 ta’ Settembru 2016 biex tiġi pprovduta għajnuna għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib |
L-iżbilanċ fis-suq |
Is-settur tal-ħalib |
150 |
|
22 |
2016 Settembru |
Ir-Regolament (UE) 2016/1613 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1613 tat-8 ta’ Settembru 2016 li jipprovdi għal għajnuna ta’ aġġustament eċċezzjonali lill-produtturi tal-ħalib u lill-bdiewa f’setturi tal-bhejjem oħrajn |
L-iżbilanċ fis-suq |
Is-settur tal-ħalib u s-setturi ta’ bhejjem oħrajn |
350 |
|
23 |
2016 Settembru |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1614 tat-8 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-forma tal-estensjoni tal-perjodu ta’ intervent pubbliku għat-trab tal-ħalib xkumat fl-2016 u li javvanza l-perjodu ta’ intervent pubbliku għat-trab tal-ħalib xkumat fl-2017 u li jidderoga mir-Regolament (UE) 2016/1238 b’rabta mal-applikazzjoni kontinwata tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 fir-rigward tal-għajnuna għall-ħżin privat skont ir-Regolament (UE) Nru 948/2014 u r-Regolament (UE) Nru 1272/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ intervent pubbliku skont dan ir-Regolament |
L-iżbilanċ fis-suq |
Is-settur tal-prodotti tal-ħalib |
Mhux applikabbli |
|
24 |
2017 Frar |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/286 tas-17 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1613 f’dak li għandu x’jaqsam mal-bdiewa li jrabbu l-annimali fir-reġjuni tal-Italja milquta mit-terremoti |
It-terremot fiċ-ċentru tal-Italja |
Is-settur tal-bdiewa li jrabbu l-bhejjem (IT) |
Mhux fl-att |
|
25 |
2020 April |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/591 tat-30 ta’ April 2020 li jiftaħ skema temporanja eċċezzjonali ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti tipi ta’ ġobon u li jiffissa bil-quddiem l-ammont tal-għajnuna |
Il-COVID |
Is-settur tal-ġobon |
Mhux fl-att |
|
26 |
2020 April |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 tat-30 ta’ April 2020 dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha |
Il-COVID |
Is-settur tal-frott u tal-ħxejjex |
Is-settur tal-inbid |
Mhux fl-att |
27 |
2020 Lulju |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1275 tas-6 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha |
Il-COVID |
Is-settur tal-frott u tal-ħxejjex |
Is-settur tal-inbid |
Mhux fl-att |
28 |
2021 Jannar |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/95 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri marbuta magħha |
Il-COVID |
Is-settur tal-inbid |
Mhux fl-att |
|
29 |
2021 Settembru |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2026 tat-13 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 dwar ċerti derogi temporanji tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-perjodu ta’ applikazzjoni |
Il-COVID |
Is-settur tal-inbid |
Mhux applikabbli |
|
30 |
2022 Marzu |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/467 tat-23 ta’ Marzu 2022 li jipprevedi għajnuna ta’ aġġustament eċċezzjonali lill-produtturi fis-setturi agrikoli |
Il-Gwerra fl-Ukrajna |
Is-setturi kollha |
500 |
|
31 |
2022 Lulju |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1225 tat-14 ta’ Lulju 2022 dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex ikkawżat mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja |
Il-Gwerra fl-Ukrajna |
Is-settur tal-frott u tal-ħxejjex |
Mhux applikabbli |
|
32 |
2023 Ġunju |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1225 tat-22 ta’ Ġunju 2023 dwar miżuri temporanji eċċezzjonali li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jindirizzaw id-disturb tas-suq fis-settur tal-inbid f’ċerti Stati Membri u li jidderogaw mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 |
Id-disturb fis-suq |
Is-settur tal-inbid |
Mhux fl-att |
2.Atti adottati skont l-Artikolu 220 tal-OKS
Sena u xahar |
Att |
Kriżi/raġuni |
Is-settur u l-Istati Membri kkonċernati |
Ammont allokat (f’miljuni ta’ EUR) |
|
1 |
2014 Marzu |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 324/2014 tat-28 ta’ Marzu 2014 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-Polonja |
Id-deni tal-ħnieżer Afrikan |
Is-settur tal-laħam tal-majjal (PL) |
Mhux fl-att |
2 |
2014 April |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2014 tal-25 ta’ April 2014 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-Litwanja u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 324/2014 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-Polonja |
Id-deni tal-ħnieżer Afrikan |
Is-settur tal-laħam tal-majjal (LT) |
Mhux fl-att |
3 |
2014 Ottubru |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1071/2014 tal-10 ta’ Ottubru 2014 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja |
L-influwenza tat-tjur |
Is-settur tal-bajd u tal-laħam tal-pollam (IT) |
Mhux fl-att |
4 |
2016 Mejju |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/760 tat-13 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja |
L-influwenza tat-tjur |
Is-settur tal-bajd u tal-laħam tal-pollam (IT) |
Mhux fl-att |
5 |
2017 Frar |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/295 tal-20 ta’ Frar 2017 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ tas-suq għas-settur tal-laħam tal-pollam fi Franza |
L-influwenza tat-tjur |
Is-settur tal-laħam tal-pollam (FR) |
40 |
6 |
2017 April |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/647 tal-5 ta’ April 2017 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-Polonja b’rabta ma’ ċerti majjali nisa u majjali oħrajn li nqatlu mill-1 ta’ Awwissu sat-30 ta’ Novembru 2016 |
Id-deni tal-ħnieżer Afrikan |
Is-settur tal-laħam tal-majjal (PL) |
Mhux fl-att |
7 |
2018 Frar |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/252 tad-19 ta’ Frar 2018 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ tas-suq għas-settur tal-pollam fi Franza |
L-influwenza tat-tjur |
Is-settur tal-laħam tal-pollam (FR) |
32,5 |
8 |
2018 Ottubru |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1507 tal-10 ta’ Ottubru 2018 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fil-Polonja |
L-influwenza tat-tjur |
Is-settur tal-bajd u tal-laħam tal-pollam (PL) |
1,4 |
9 |
2018 Ottubru |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1506 tal-10 ta’ Ottubru 2018 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja |
L-influwenza tat-tjur |
Is-settur tal-bajd u tal-laħam tal-pollam (IT) |
11 |
10 |
2019 Awwissu |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1323 tat-2 ta’ Awwissu 2019 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja |
L-influwenza tat-tjur |
Is-settur tal-bajd u tal-laħam tal-pollam (IT) |
32 |
11 |
2020 Awwissu |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1206 tad-19 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1323 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja |
L-influwenza tat-tjur |
Is-settur tal-bajd u tal-laħam tal-pollam (IT) |
Mhux fl-att |
12 |
2022 Diċembru |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2406 tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fil-Polonja |
L-influwenza tat-tjur |
Is-settur tal-bajd u tal-laħam tal-pollam (PL) |
17 |
13 |
2023 April |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/834 tat-18 ta’ April 2023 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja |
L-influwenza tat-tjur |
Is-settur tal-bajd u tal-laħam tal-pollam (IT) |
27,2 |
14 |
2023 Awwissu |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1630 tal-11 ta’ Awwissu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/834 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja |
L-influwenza tat-tjur |
Is-settur tal-bajd u tal-laħam tal-pollam (IT) |
Mhux applikabbli |
3.Atti adottati skont l-Artikolu 221 tal-OKS
Sena u xahar |
Att |
Kriżi/raġuni |
Is-settur u l-Istati Membri kkonċernati, jekk applikabbli |
Ammont allokat (f’miljuni ta’ EUR) |
||
1 |
2017 Settembru |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1536 tal-11 ta’ Settembru 2017 dwar miżura ta’ emerġenza fil-forma ta’ għajnuna lill-irziezet b’mhux aktar minn 50 annimal tal-ispeċi porċina li jinsabu f’ċerti żoni tal-Polonja meta jieqfu jipproduċu l-laħam tal-majjal minħabba rekwiżiti ġodda fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer |
Id-deni tal-ħnieżer Afrikan |
Is-settur tal-laħam tal-majjal (PL) |
9,3 |
|
2 |
2018 Jannar |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/108 tat-23 ta’ Jannar 2018 dwar miżura ta’ emerġenza fil-forma ta’ għajnuna lill-bdiewa minħabba l-għargħar u x-xita qawwija li kien hemm f’ċerti reġjuni tal-Litwanja, tal-Latvja, tal-Estonja u tal-Finlandja |
Ix-xita qawwija u l-għargħar |
Is-settur tal-għelejjel li jinħartu (LT, LV, EE, FI) |
15 |
|
3 |
2019 Lulju |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1132 tat-2 ta’ Lulju 2019 li jipprovdi għajnuna ta’ aġġustament temporanja u eċċezzjonali lill-bdiewa fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella fl-Irlanda |
Il-Brexit |
Is-settur taċ-ċanga u tal-vitella (IE) |
50 |
|
4 |
2020 Jannar |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/132 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi miżura ta’ emerġenza fil-forma ta’ deroga mill-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-miżura ta’ promozzjoni fis-settur tal-inbid |
Id-dazji tal-importazzjoni tal-Istati Uniti fuq l-inbid |
Is-settur tal-inbid |
Mhux applikabbli |
|
5 |
2020 Marzu |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/465 tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar miżuri ta’ emerġenza b’appoġġ għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex fir-reġjuni Taljani tal-Emilia-Romagna, tal-Veneto, tat-Trentino-Alto Adige, tal-Lombardia, tal-Piemonte u tal-Friuli-Venezia Giulia, fid-dawl tal-ħsara kkaġunata lill-produzzjoni tagħhom mill-ispallut kannella rħami tal-Lvant (Halyomorpha halys) |
L-ispallut kannella rħami tal-Lvant |
Is-settur tal-frott u tal-ħxejjex (IT) |
Mhux applikabbli |
|
6 |
2020 April |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/601 tat-30 ta’ April 2020 dwar miżuri ta’ emerġenza li jidderogaw mill-Artikoli 62 u 66 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-validità tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli u l-qlugħ tad-dwieli fil-każ ta’ tħawwil mill-ġdid antiċipat |
Il-COVID |
Is-settur tal-inbid |
Mhux applikabbli |
|
7 |
2023 April |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/739 tal-4 ta’ April 2023 li jipprevedi miżura ta’ appoġġ ta’ emerġenza għas-setturi taċ-ċereali u taż-żrieragħ żejtnin fil-Bulgarija, fil-Polonja u fir-Rumanija |
Il-gwerra fl-Ukrajna u l-funzjonament tal-korsiji ta’ solidarjetà |
Is-settur taċ-ċereali u taż-żrieragħ żejtnin (BG, PL, RO) |
56,3 |
|
8 |
2023 Ġunju |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1343 tat-30 ta’ Ġunju 2023 li jipprevedi miżura ta’ appoġġ ta’ emerġenza għas-setturi taċ-ċereali u taż-żrieragħ żejtnin fil-Bulgarija, fl-Ungerija, fil-Polonja, fir-Rumanija u fis-Slovakkja |
Il-gwerra fl-Ukrajna u l-funzjonament tal-korsiji ta’ solidarjetà |
Is-settur taċ-ċereali u taż-żrieragħ żejtnin (BG, HU, PL, RO, SK) |
100 |
|
9 |
2023 Lulju |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1465 tal-14 ta’ Lulju 2023 li jipprovdi għal appoġġ finanzjarju ta’ emerġenza għas-setturi agrikoli affettwati minn problemi speċifiċi b’impatt fuq il-vijabbiltà ekonomika tal-produtturi agrikoli |
Il-gwerra fl-Ukrajna u ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni u avvenimenti klimatiċi estremament avversi |
Is-setturi kollha (BE, CZ, DK, DE, EE, IE, EL, ES, FR, HR, IT, CY, LV, LT, LU, MT, NL, AT, PT, SI, FI, SE) |
330 |
|
10 |
2023 Awwissu |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1619 tat-8 ta’ Awwissu 2023 dwar miżuri temporanji ta’ emerġenza li jidderoga fir-rigward tas-sena 2023 minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għar-riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-inbid ikkawżati minn avvenimenti meteoroloġiċi avversi |
L-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi |
Is-settur tal-frott u tal-ħxejjex |
Is-settur tal-inbid |
Mhux applikabbli |
11 |
2023 Diċembru |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2820 tal-15 ta’ Diċembru 2023 li jipprevedi appoġġ finanzjarju ta’ emerġenza għas-setturi agrikoli milquta minn diżastri naturali fil-Greċja u fis-Slovenja |
Id-diżastri naturali |
Is-setturi kollha (EL, SI) |
51,7 |
4.Atti adottati skont l-Artikolu 222 tal-OKS
Sena u xahar |
Att |
Kriżi/raġuni |
Is-settur u l-Istati Membri kkonċernati |
Ammont allokat (f’miljuni ta’ EUR) |
|
1 |
2016 April |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/559 tal-11 ta’ April 2016 li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib |
L-iżbilanċ fis-suq |
Is-settur tal-ħalib |
Mhux applikabbli |
2 |
2016 Settembru |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1615 tat-8 ta’ Settembru 2016 li jemenda ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/559 li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib |
L-iżbilanċ fis-suq |
Is-settur tal-ħalib |
Mhux applikabbli |
3 |
2020 April |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/593 tat-30 ta’ April 2020 li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ stabbilizzazzjoni tas-suq fis-settur tal-patata |
Il-COVID |
Is-settur tal-patata |
Mhux applikabbli |
4 |
2020 April |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/594 tat-30 ta’ April 2020 li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ stabbilizzazzjoni tas-suq fis-settur tas-siġar ħajjin u tal-florikultura, tal-basal, tal-għeruq u simili, tal-fjuri maqtugħin u tal-faxxina ornamentali |
Il-COVID |
Is-settur tas-siġar u l-pjanti ħajjin |
Mhux applikabbli |
5 |
2020 April |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/599 tat-30 ta’ April 2020 li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib |
Il-COVID |
Is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib |
Mhux applikabbli |
6 |
2020 Lulju |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/975 tas-6 ta’ Lulju 2020 li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ stabbilizzazzjoni tas-suq fis-settur tal-inbid |
Il-COVID |
Is-settur tal-inbid |
Mhux applikabbli |
Anness 2
Użu ta’ miżuri eċċezzjonali 2014–2023: nefqa aggregata annwali tal-UE għal kull miżura eċċezzjonali sa 15/10/2023, f’EUR
Miżura/i |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
2021 |
2022 |
2023 |
Total |
Miżuri eċċezzjonali tal-Istati Baltiċi (is-settur tal-ħalib) |
|
39 319 175,79 |
1 629,08 |
|
|
|
|
|
|
|
39 320 804,87 |
Tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib (is-settur tal-ħalib) |
|
|
|
108 746 063,18 |
-15 691,51 |
-11 131,87 |
|
|
|
|
108 719 239,80 |
Għajnuna ta’ aġġustament eċċezzjonali (is-settur tal-annimali) |
|
|
12 208 427,77 |
322 898 747,26 |
-211 065,02 |
-613,57 |
-53,67 |
-968,55 |
-998 795,00 |
-213 000 |
333 682 679,22 |
Għajnuna eċċezzjonali temporanja (is-settur tal-ħalib u s-settur tal-annimali) |
3 134,51 |
3 840,01 |
414 666 159,24 |
-106 209,02 |
-130 948,20 |
-538 930,55 |
-117 549,10 |
|
-510 750,00 |
|
413 268 746,89 |
“Mard” eċċezzjonali (l-influwenza tat-tjur u d-deni tal-ħnieżer Afrikan) |
815 639,50 |
4 925 028,34 |
317 217,80 |
29 950 883,72 |
30 068 628,09 |
8 162 951,38 |
13 592 305,69 |
|
0,00 |
30 840 091,12 |
118 672 745,64 |
Miżuri eċċezzjonali fl-Irlanda (is-settur taċ-ċanga) |
|
|
|
|
|
|
49 438 884,68 |
-84 449,74 |
-8 119,17 |
|
49 346 315,77 |
Ħżin privat (is-settur tal-ġobon) |
3 510 493,61 |
3 453 431,25 |
2 629 638,86 |
|
1 239,63 |
188 100,40 |
160 783,53 |
2 687 129 |
|
|
12 630 816,30 |
Il-projbizzjoni Russa (is-settur tal-frott u tal-ħxejjex; Membri tal-OP) |
|
81 171 977,70 |
85 714 978,33 |
42 519 126,76 |
34 416 389,27 |
-3 019,75 |
-133,41 |
-519,74 |
|
|
243 818 799,16 |
Il-projbizzjoni Russa (is-settur tal-frott u tal-ħxejjex; mhux membri) |
|
79 122 104,43 |
128 674 485,62 |
38 995 107,99 |
19 426 633,79 |
-3 163,39 |
|
|
|
|
266 215 168,44 |
Għargħar fl-Istati Baltiċi (is-settur taċ-ċereali) |
|
|
|
|
14 897 956,54 |
-1 292 |
|
|
|
|
14 896 664,12 |
Distillazzjoni ta’ kriżi (is-settur tal-inbid) (il-kriżi tal-Covid) |
|
|
|
|
|
|
250 163 619,85 |
42 813 538,07 |
10,20 |
|
292 977 168,12 |
Distillazzjoni ta’ kriżi (is-settur tal-inbid) (il-kriżi fl-Ukrajna) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
44 319 328,10 |
44 319 328,10 |
Għajnuna għall-ħżin fi kriżi (is-settur tal-inbid) (il-kriżi tal-COVID) |
|
|
|
|
|
|
21 128 999,56 |
20 986 955,20 |
-11 407,99 |
-538 |
42 104 008,54 |
Fondi Reċiproċi (is-settur tal-inbid) (il-kriżi tal-COVID) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0,00 |
Għajnuna ta’ aġġustament eċċezzjonali (is-setturi kollha) |
|
|
|
|
|
|
|
|
492 166 285,09 |
-287 533 |
491 878 751,66 |
Miżura ta’ appoġġ ta’ emerġenza (is-settur taċ-ċereali u taż-żrieragħ żejtnin) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
93 693 314 |
93 693 314,23 |
Appoġġ finanzjarju ta’ emerġenza (is-setturi kollha) |
|
|
|
|
|
|
|
|
9 959 234 |
9 959 234,34 |
|
TOTAL |
4 329 267,62 |
207 995 557,52 |
644 212 536,70 |
543 003 719,89 |
98 453 142,59 |
7 792 900,23 |
334 366 857,13 |
66 401 684,26 |
490 637 223,13 |
178 310 896,13 |
2 575 503 785,20 |
* miżuri relatati mal-COVID |