Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0921

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/921 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix

    C/2016/3532

    ĠU L 154, 11.6.2016, p. 3–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/06/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/921/oj

    11.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 154/3


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/921

    tal-10 ta' Ġunju 2016

    li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-7 ta' Awwissu 2014 il-gvern Russu introduċa projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja, fosthom il-frott u l-ħaxix. Din il-projbizzjoni ħolqot theddida serja ta' xkiel fis-suq ikkawżati minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet minħabba l-fatt li suq importanti tal-esportazzjoni ma baqax disponibbli. Fl-24 ta' Ġunju 2015 din il-projbizzjoni ġiet estiża sa Awwissu 2016. F'Jannar 2016, il-projbizzjoni ġiet estiża għat-Turkija wkoll. It-Turkija kienet tesporta kwantitajiet kbar ħafna ta' frott u ħaxix lejn ir-Russja. Bl-estensjoni tal-projbizzjoni, hemm ir-riskju li l-prodotti li joriġinaw mit-Turkija jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni jew lejn swieq ta' pajjiżi terzi u b'hekk jikkompetu ma' prodotti tal-Unjoni. Dan huwa l-każ b'mod partikolari f'xi Stati Membri li għandhom livell baxx ta' organizzazzjoni tas-settur. F'ċirkustanzi bħal dawn, it-theddid ta' xkiel fis-swieq tal-Unjoni għadu reali u jenħtieġ li jiġu adottati u implimentati miżuri adegwati sakemm il-projbizzjoni Russa tibqa' fis-seħħ.

    (2)

    Dik it-theddida ta' xkiel fis-swieq hija ta' rilevanza partikolari għas-settur tal-frott u l-ħaxix meta kwantitajiet kbar ta' prodotti li jistgħu jitħassru kienu jiġu esportati lejn ir-Russja. Kien diffiċli li l-produzzjoni kollha tiġi diretta mill-ġdid lejn destinazzjonijiet oħra. L-inċertezza fir-rigward tat-tiġdid tal-projbizzjoni tista' taffettwa b'mod negattiv il-bidu tal-istaġun għal ħafna prodotti ta' dak is-settur.

    (3)

    Għalhekk, jidher li l-miżuri normali disponibbli fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw is-sitwazzjoni li qed tippersisti fis-suq.

    (4)

    Sabiex jiġi evitat xkiel sever u mtawwal fis-suq, ir-Regolamenti ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 (2), (UE) Nru 932/2014 (3), (UE) Nru 1031/2014 (4) u (UE) 2015/1369 (5) stipulaw l-ammonti massimi ta' appoġġ għall-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u tal-ħsad bikri, ikkalkulati abbażi tal-esportazzjonijiet tradizzjonali lejn ir-Russja. Peress li t-theddida ta' tfixkil fis-suq tkompli tippersisti, il-miżuri introdotti inizjalment b'dawk ir-Regolamenti jenħtieġ li jiġu adattati.

    (5)

    Għalhekk il-miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għandhom jiġu estiżi għal sena oħra, jew sakemm is-sitwazzjoni tal-kummerċ bejn l-Unjoni u r-Russja tinbidel, għall-prodotti kollha li kienu koperti permezz tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1031/2014. Barra minn hekk, iċ-ċirasa ħelwa u l-kaki għandhom jiżdiedu mal-lista ta' prodotti eliġibbli għall-appoġġ, peress li dawk il-prodotti kienu jiġu esportati lejn ir-Russja minn xi Stati Membri.

    (6)

    L-assistenza finanzjarja temporanja tal-Unjoni għandha tingħata filwaqt li jitqiesu l-kwantitajiet stmati affettwati mill-projbizzjoni. Il-kalkolu ta' dawk il-kwantitajiet għandu jsir għal kull Stat Membru f'konformità mal-livell stabbilit fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2015/1369. Barra minn hekk, il-kwantitajiet għandhom jitnaqqsu b'mod sinifikanti sabiex jitqies il-fatt li l-produtturi kellhom aktar żmien biex jadattaw u jfittxu opportunitajiet ġodda.

    (7)

    Meta l-użu ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ fi ħdan Stat Membru kien baxx ħafna għal prodott partikolari u għaldaqstant l-ispejjeż amministrattivi biex jiġi pprovdut appoġġ ikunu għoljin b'mod sproporzjonat, dak l-Istat Membru għandu jkollu l-opportunità li jagħżel li ma jimplimentax dawn il-miżuri.

    (8)

    Huwa mistenni li l-prodotti koperti permezz ta' dan ir-Regolament, li kieku kienu jiġu esportati lejn ir-Russja, diġà tmexxew jew se jitmexxew lejn is-swieq ta' Stati Membri oħra. B'hekk, il-produtturi tal-istess prodotti f'dawk l-Istati Membri li tradizzjonalment ma jesportawx il-prodotti tagħhom lejn ir-Russja jistgħu jaffaċċjaw xkiel sinifikanti fis-suq u tnaqqis fil-prezzijiet. Għaldaqstant, biex is-suq ikun stabbilizzat aktar, l-assistenza finanzjarja temporanja tal-Unjoni għandha tkun disponibbli wkoll għal produtturi fl-Istati Membri kollha fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-prodotti koperti b'dan ir-Regolament, iżda l-kwantità involuta ma għandhiex taqbeż it-3 000 tunnellata għal kull Stat Membru.

    (9)

    L-Istati Membri għandhom jibqgħu jkunu ħielsa li jiddeċiedu li ma jużawx il-kwantità ta' 3 000 tunnellata. Meta jagħmlu dan, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fil-ħin biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi dwar il-possibbiltà ta' allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet li ma jkunux intużaw.

    (10)

    L-irtirar mis suq, in-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri huma miżuri effettivi ta' mmaniġġjar tal-kriżi fil-każ li jkun hemm eċċess ta' frott u ta' ħaxix minħabba ċirkustanzi temporanji u imprevedibbli. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jallokaw il-kwantitajiet disponibbli għalihom għal waħda jew aktar minn dawk il-miżuri sabiex isir l-aktar użu effiċjenti tal-ammonti disponibbli.

    (11)

    Bħalma huwa stipulat fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 932/2014, għandha titneħħa b'mod temporanju r-restrizzjoni eżistenti ta' 5 % bħala proporzjon tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-irtirar mis-suq appoġġat. Għaldaqstant, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata anki meta l-irtirar jaqbeż il-limitu ta' 5 %.

    (12)

    L-assistenza finanzjarja temporanja tal-Unjoni mogħtija għall-irtirar mis-suq għandha tkun ibbażata fuq l-ammonti rispettivi stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (6) għall-irtirar għad-distribuzzjoni b'xejn u għall-irtirar għal destinazzjonijiet oħra. Għal dawk il-prodotti li għalihom l-ebda ammont ma ġie ffissat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-ammonti massimi għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

    (13)

    Filwaqt li jitqies li l-ammonti għat-tadam stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jirreferu għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni għat-tadam għall-ipproċessar u għat-tadam għall-konsum frisk, huwa xieraq li jiġi ċċarat li għall-iskop ta' dan ir-Regolament, l-ammont massimu applikabbli għat-tadam għall-konsum frisk huwa relatat mal-perjodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju.

    (14)

    Fid-dawl tax-xkiel eċċezzjonali tas-swieq u biex jiġi żgurat li l-produtturi kollha tal-frott u l-ħaxix jirċievu appoġġ mill-Unjoni, l-assistenza finanzjarja temporanja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq għandha tiġi estiża għall-produtturi tal-frott u l-ħaxix li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta.

    (15)

    Sabiex titħeġġeġ id-distribuzzjoni b'xejn ta' frott u ta' ħaxix irtirati mis-suq għal ċertu organizzazzjonijiet, bħall-organizzazzjonijiet tal-karità u l-iskejjel jew destinazzjonijiet oħra ekwivalenti approvati mill-Istati Membri, il-100 % tal-ammonti massimi ffissati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jkun applikabbli wkoll għall-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr għad-distribuzzjoni b'xejn, għandu jirċievi 50 % tal-ammonti massimi fissi. F'dan il-kuntest, il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom jissodisfaw kundizzjonijiet identiċi jew simili għal dawk tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Għaldaqstant, bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, dawn għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

    (16)

    L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi bażiċi tas-settur tal-frott u l-ħaxix u huma l-aktar entitajiet adattati biex jiżguraw li l-assistenza finanzjarja temporanja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq tingħata lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Huma għandhom jiżguraw li din l-assistenza tingħata lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta permezz tal-konklużjoni ta' kuntratt. Billi l-Istati Membri ma għandhomx l-istess livell ta' organizzazzjoni min-naħa tal-forniment tas-suq tal-frott u l-ħaxix, huwa xieraq li l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri titħalla tagħti l-appoġġ direttament lill-produtturi meta dan ikun iġġustifikat kif jixraq.

    (17)

    L-ammont tal-appoġġ għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri għandu jkun iffissat mill-Istati Membri għal kull ettaru f'livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammont massimu għall-irtirar mis-suq applikabbli għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr għad-distribuzzjoni b'xejn kif stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għal prodotti li għalihom ma jkun ġie ffissat l-ebda ammont f'dak l-Anness, f'dan ir-Regolament. Għat-tadam għall-konsum frisk, l-ammont li għandu jitqies mill-Istati Membri għandu jkun dak stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju. In-nuqqas ta' ħsad għandu jingħata appoġġ anki meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali.

    (18)

    L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonċentraw il-provvista u huma kapaċi jaġixxu aktar malajr minn produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet bħal dawn meta jkollhom ilaħħqu ma' kwantitajiet ikbar b'impatt immedjat fuq is-suq. Għaldaqstant, biex l-implimentazzjoni tal-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ stipulati f'dan ir-Regolament tkun aktar effiċjenti u biex titħaffef l-istabilizzazzjoni tas-suq, huwa xieraq li, fir-rigward ta' produtturi li huma membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, l-assistenza finanzjarja temporanja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn, għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri tiżdied għal 75 % tal-ammonti massimi rilevanti li ġew stabbiliti għall-appoġġ għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra.

    (19)

    Fir-rigward tal-irtirar mis-suq, l-assistenza finanzjarja temporanja tal-Unjoni għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għandha tiġi estiża għall-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-assistenza finanzjarja għandha tkun 50 % tal-ammonti massimi ta' appoġġ li ġew stabbiliti għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

    (20)

    Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi u l-ħtieġa li jitwettqu kontrolli li huma affidabbli iżda fattibbli, l-assistenza finanzjarja temporanja tal-Unjoni ma għandhiex tingħata lil produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi, għall-ħsad bikri tal-frott u l-ħaxix li l-ħsad normali tagħhom ikun diġà beda, jew għal miżuri ta' nuqqas ta' ħsad meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali. F'dan il-kuntest, il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom ikunu soġġetti, bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

    (21)

    Għall-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi, il-ħlas tal-assistenza finanzjarja temporanja tal-Unjoni għal operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għandu jsir direttament mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Dik l-awtorità kompetenti għandha tħallas l-ammonti rilevanti lill-produtturi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u r-regoli u l-proċeduri nazzjonali rilevanti.

    (22)

    Sabiex jiġi ggarantit li l-assistenza finanzjarja temporanja tal-Unjoni għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix tintuża għall-għanijiet maħsuba u biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom iwettqu livell raġonevoli ta' kontrolli. B'mod partikolari, għandhom jitwettqu kontrolli tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi kif ukoll kontrolli fuq il-post li jkopru ammont raġonevoli ta' prodotti, żoni, organizzazzjonijiet tal-produtturi u produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad għat-tadam jikkonċernaw biss il-varjetajiet maħsubin għall-konsum frisk.

    (23)

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'mod regolari dwar l-operazzjonijiet implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-produtturi li mhumiex membri.

    (24)

    Sabiex jiġi evitat xkiel sever u mtawwal fis-suq u biex tiġi ggarantita l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet b'mod effettiv, jenħtieġ li dawk il-miżuri ta' appoġġ li jinsabu fis-seħħ bħalissa, u li se jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2016 jkomplu għaddejjin mingħajr intoppi. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu u għandu japplika minn dak il-jum jew mill-1 ta' Lulju 2016, skont liema minnhom ikun l-aħħar,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (“l-assistenza finanzjarja”) għal miżuri ta' appoġġ temporanji li jridu jingħataw lil organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix rikonoxxuti skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u lil produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet ta' dan it-tip.

    Dawn il-miżuri ta' appoġġ temporanji għandhom ikopru l-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, tan-nuqqas ta' ħsad u tal-ħsad bikri.

    2.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata fir-rigward tal-prodotti li ġejjin tas-settur tal-frott u l-ħaxix maħsuba għall-konsum frisk:

    (a)

    tadam tal-kodiċi NM 0702 00 00;

    (b)

    karrotti tal-kodiċi NM 0706 10 00;

    (c)

    kaboċċi tal-kodiċi NM 0704 90 10;

    (d)

    bżar ħelu tal-kodiċi NM 0709 60 10;

    (e)

    pastard u brokkli bir-ras tal-kodiċi NM 0704 10 00;

    (f)

    ħjar tal-kodiċi NM 0707 00 05;

    (g)

    gherkins tal-kodiċi NM 0707 00 90;

    (h)

    faqqiegħ tal-ġens Agaricus tal-kodiċi NM 0709 51 00;

    (i)

    tuffieħ tal-kodiċi NM 0808 10;

    (j)

    lanġas tal-kodiċi NM 0808 30;

    (k)

    għanbaqar tal-kodiċi NM 0809 40 05;

    (l)

    frott artab tal-kodiċijiet NM 0810 20, 0810 30 u 0810 40;

    (m)

    għeneb tal-mejda tal-kodiċi NM 0806 10 10;

    (n)

    ribes Ċiniż (frott tal-kiwi) tal-kodiċi NM 0810 50 00;

    (o)

    larinġ ħelu tal-kodiċi NM 0805 10 20;

    (p)

    klementina tal-kodiċi NM 0805 20 10;

    (q)

    mandolin (inkluż iċ-ċitru ta' Tanġier u s-satsumas), il-wilking u ibridi taċ-ċitru simili tal-kodiċijiet NM 0805 20 30, 0805 20 50, 0805 20 70 u 0805 20 90.

    (r)

    lumi tal-kodiċi NM 0805 50 10;

    (s)

    ħawħ inkluż nuċiprisk tal-kodiċi NM 0809 30;

    (t)

    ċirasa ħelwa tal-kodiċi NM 0809 29 00;

    (u)

    kaki tal-kodiċi NM 0810 70 00;

    3.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-attivitajiet imwettqa fil-perjodu mill-1 ta' Lulju 2016 jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, liema minnhom tiġi l-aħħar, sad-data li fiha jkunu ġew eżawriti f'kull Stat Membru kkonċernat il-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) jew it-30 ta' Ġunju 2017, liema minnhom tiġi l-ewwel.

    4.   Jekk is-sitwazzjoni tal-importazzjoni ta' ċerti prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja tinbidel qabel it-30 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni tista' temenda jew tħassar dan ir-Regolament kif xieraq.

    Artikolu 2

    Allokazzjoni ta' kwantitajiet massimi lill-Istati Membri

    1.   L-assistenza finanzjarja għall-miżuri ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri għall-kwantitajiet ta' prodotti stabbiliti fl-Anness I.

    L-assistenza finanzjarja għandha tkun disponibbli wkoll għall-Istati Membri kollha għal operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' ħsad bikri jew ta' nuqqas ta' ħsad, fir-rigward ta' prodott wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) kif stabbilit mill-Istat Membru, sakemm il-kwantità addizzjonali involuta ma taqbiżx it-3 000 tunnellata għal kull Stat Membru.

    2.   Fir-rigward tal-kwantitajiet għal kull Stat Membru li ġew imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu għal kull prodott imsemmi fl-Artikolu 1(2):

    (a)

    il-kwantitajiet irtirati mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn;

    (b)

    il-kwantitajiet irtirati mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn;

    (c)

    iż-żona ekwivalenti għall-ħsad bikri jew għan-nuqqas ta' ħsad;

    3.   Meta l-kwantitajiet effettivament irtirati fi Stat Membru bejn it-8 ta' Awwissu 2015 u t-30 ta' Ġunju 2016 skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 għal kategorija ta' prodotti kif definit fl-Anness Ib ta' dak ir-Regolament ikunu inqas minn 5 % tal-kwantitajiet totali allokati lil dak l-Istat Membru għal dik il-kategorija ta' prodotti, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma jużax il-kwantità allokata lilu f'konformità mal-Anness I. F'dak il-każ, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sal-31 ta' Ottubru 2016. Mill-mument tan-notifika, l-operazzjonijiet ta' irtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri li jsiru għal dik il-kategorija ta' prodotti f'dak l-Istat Membru ma għandhomx ikunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja.

    4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jużawx il-kwantità ta' 3 000 tunnellata msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, jew parti minnha, sal-31 ta' Ottubru 2016. Sal-istess data, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwantità li ma tkunx intużat. Mill-mument tan-notifika, l-operazzjonijiet ta' irtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri li jsiru għal dik il-kategorija ta' prodotti f'dak l-Istat Membru ma għandhomx ikunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja, skont dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Allokazzjoni tal-kwantitajiet lill-produtturi

    L-Istati Membri għandhom jallokaw il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi skont is-sistema li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

    Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu sistema differenti għall-allokazzjoni ta' kwantitajiet, sakemm is-sistema stabbilita tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jqisu kemm huma kbar l-effetti tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet fuq il-produtturi inkwistjoni.

    Artikolu 4

    Dispożizzjonijiet komuni għall-miżuri ta' rtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi

    1.   L-appoġġ għall-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri mgħoti skont dan ir-Regolament minn organizzazzjonijiet ta' produtturi għandu jingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi anki jekk il-programmi operazzjonali tagħhom u l-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri ma jipprevedux dawn l-operazzjonijiet.

    L-appoġġ imsemmi fil-ewwel subparagrafu ma għandux jitqies għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 55(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw għall-assistenza finanzjarja f'dan ir-Regolament.

    2.   Il-limitu ta' terz tan-nefqa msemmi fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-limitu massimu ta' 25 % għaż-żieda tal-fond operazzjonali msemmi fl-Artikolu 66(3)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw għan-nefqa mġarrba għall-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsar u ta' ħsad bikri skont dan ir-Regolament.

    3.   In-nefqa mġarrba skont l-Artikoli 5 u 7 għandha tifforma parti mill-fond operazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

    4.   Meta r-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun ġie sospiż skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-membri ta' dik l-organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jitqiesu bħala produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-finijiet tal-Artikoli 6 u 8.

    Artikolu 5

    Assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

    1.   Il-limitu ta' 5 % msemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 79(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandux japplika għall-operazzjonijiet f'dan ir-Regolament.

    2.   L-ammonti massimi tal-assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq li jingħataw lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II.

    3.   B'deroga mill-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandha tkun 75 % tal-ammonti massimi tal-appoġġ għal destinazzjonijiet oħra msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq lill-produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

    1.   L-ammonti massimi ta' assistenza finanzjarja mogħtija lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II.

    L-ammonti massimi tal-assistenza finanzjarja mogħtija lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandhom ikunu 50 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness II.

    2.   Il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom jikkonkludu kuntratt ma' organizzazzjoni bħal din għall-kwantità kollha ta' prodotti li jridu jitwasslu. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jaċċettaw it-talbiet raġonevoli kollha minn produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Il-kwantitajiet li jitwasslu minn produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti u mas-superfiċe reġjonali kkonċernati.

    L-assistenza finanzjarja għandha tingħata lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta mill-organizzazzjoni tal-produtturi li magħha jkunu ffirmaw tali kuntratt.

    Dik l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha żżomm l-ammonti li jikkorrispondu għall-ispejjeż reali li tkun ġarrbet biex tirtira l-prodotti rispettivi mis-suq. L-evidenza ta' dawk l-ispejjeż għandha tintwera permezz ta' fatturi.

    3.   Għal raġunijiet iġġustifikati kif suppost, bħal-livell limitat ta' organizzazzjoni tal-produtturi fl-Istat Membru inkwistjoni, u b'mod mhux diskriminatorju, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li produttur li ma jkunx membru ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta jkun jista' jagħmel notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-kwantità li trid titwassal, minflok ma jiffirma l-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 2. Għal notifika bħal din, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 78 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kwantitajiet li jitwasslu minn produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti u mas-superfiċe reġjonali kkonċernati.

    F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tagħti l-assistenza finanzjarja direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.

    4.   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, kif ukoll l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 7

    Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u għal ħsad bikri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

    1.   B'deroga mill-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammonti tal-appoġġ, li jinkludu kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri, għal kull ettaru u f'livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammonti ffissati għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr għad-distribuzzjoni b'xejn kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. L-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li effettivament jinħasdu kmieni.

    B'deroga mill-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri għandha tkun 75 % tal-ammonti stabbiliti mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu.

    2.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-miżuri tan-nuqqas ta' ħsad imsemmija fl-Artikolu 84(1)(b) ta' dak ir-Regolament jistgħu jittieħdu anke meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu normali tal-produzzjoni. F'każijiet bħal dawn, l-ammonti ta' appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitnaqqsu b'mod proporzjonali, filwaqt li titqies il-produzzjoni diġà maħsuda, kif stabbilit abbażi ta' rekords tal-istokkijiet u l-kontijiet finanzjarji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi inkwistjoni.

    Artikolu 8

    Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u għal ħsad bikri lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

    1.   B'deroga mill-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    l-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li effettivament inħasdu kmieni u li għalihom ma jkunx beda l-ħsad normali;

    (b)

    il-miżuri ta' nuqqas ta' ħsad ma għandhomx jittieħdu meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali;

    (c)

    il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad fl-ebda ċirkustanza ma għandhom ikunu applikati t-tnejn għall-istess prodott u fl-istess żona partikolari.

    2.   L-ammonti tal-assistenza finanzjarja għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għandhom ikunu 50 % tal-ammonti ffissati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(1).

    3.   Il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuta għandhom jagħmlu notifika xierqa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet dettaljati adottati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

    4.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tagħti l-assistenza finanzjarja direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.

    5.   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 9

    Kontrolli matul l-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, tan-nuqqas ta' ħsad u tal-ħsad bikri

    1.   L-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq imsemmija fl-Artikoli 5 u 6 għandhom ikunu soġġetti għal:

    (a)

    kontrolli tal-ewwel livell skont l-Artikolu 108 tar-Regolament (UE) Nru 543/2011. Madankollu, dawk il-kontrolli għandhom ikopru minn tal-inqas 10 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati mis-suq u minn tal-inqas 10 % tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

    Madankollu, għall-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq imsemmija fl-Artikolu 6(3), il-kontrolli tal-ewwel livell għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati.

    (b)

    kontrolli tat-tieni livell skont l-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 543/2011. Madankollu, il-kontrolli fuq il-post għandhom ikopru minn tal-inqas 40 % tal-entitajiet soġġetti għall-kontrolli tal-ewwel livell, u minn tal-inqas 5 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati.

    2.   L-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikoli 7 u 8 għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 110 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ħlief fir-rigward tar-rekwiżit li ma jkun sar l-ebda ħsad parzjali meta tiġi applikata d-deroga stipulata fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament. Il-kontrolli għandhom ikopru minn tal-inqas 25 % taż-żoni tal-produzzjoni kkonċernati.

    Għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikolu 8, il-kontrolli għandhom ikopru 100 % taż-żoni tal-produzzjoni inkwistjoni.

    3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa ta' kontroll biex jiżguraw li l-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għat-tadam ikopru biss il-varjetajiet maħsuba għall-konsum frisk.

    Artikolu 10

    Applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja u l-ħlas tagħha

    1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikoli 5 u 7 sal-31 ta' Lulju 2017.

    2.   Sal-31 ta' Lulju 2017, il-produtturi li ma jkunux membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta u li ma ffirmawx kuntratt ma' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom japplikaw huma stess għand l-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikoli 6 u 8.

    3.   L-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn li jiġġustifikaw l-ammont tal-assistenza finanzjarja kkonċernata u għandu jkun fihom garanzija bil-miktub li l-applikant ma rċeviex, u mhux se jirċievi darbtejn xi fondi jew kumpens nazzjonali jew mingħand l-Unjoni b'polza tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-assistenza finanzjarja mogħtija skont dan ir-Regolament.

    Artikolu 11

    Notifiki

    1.   Fl-ewwel jum ta' kull xahar sal-1 ta' Ottubru 2017, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott:

    (a)

    il-kwantitajiet irtirati mis-suq għal distribuzzjoni b'xejn;

    (b)

    il-kwantitajiet irtirati mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn;

    (c)

    iż-żona ekwivalenti għall-ħsad bikri jew għan-nuqqas ta' ħsad;

    (d)

    l-ispiża totali mġarrba għall-kwantitajiet u għaż-żoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

    L-operazzjonijiet implimentati biss għandhom jiġu inklużi fin-notifiki.

    Għal dawk in-notifiki, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness III.

    2.   Meta ssir l-ewwel notifika, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti ta' appoġġ stabbiliti minnhom skont l-Artikolu 79(1) jew 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u skont l-Artikoli 5 sa 8 ta' dan ir-Regolament, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness IV.

    Artikolu 12

    Ħlas tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    In-nefqa tal-Istati Membri fir-rigward ta' dawk il-ħlasijiet skont dan ir-Regolament għandha tkun eliġibbli biss għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni jekk tkun tħallset sat-30 ta' Settembru 2017.

    Artikolu 13

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2016 jew mill-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont liema minnhom jiġi l-aħħar.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 tal-21 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk (ĠU L 248, 22.8.2014, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 tad-29 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għal produtturi ta' ċertu frott u ħaxix u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 913/2014 (ĠU L 259, 30.8.2014, p. 2).

    (4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 tad-29 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix (ĠU L 284, 30.9.2014, p. 22).

    (5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1369 tas-7 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 17).

    (6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).


    ANNESS I

    Kwantitajiet massimi ta' prodotti allokati għal kull Stat Membru Kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)

    (tunnellati)

     

    Tuffieħ u lanġas

    Għanbaqar, għeneb tal-mejda u frott tal-kiwi

    Tadam, karotti, bżar ħelu, ħjar u gherkins

    Larinġ, klementin, mandolin u lumi

    Ħawħ u nuċiprisk

    Il-Bulgarija

     

     

     

     

    300

    Il-Belġju

    25 700

     

    5 000

     

     

    Il-Ġermanja

    1 900

     

     

     

     

    Il-Greċja

    800

    4 900

    400

    2 400

    6 300

    Spanja

    2 300

    1 500

    6 900

    16 600

    11 500

    Franza

    3 600

     

    1 000

     

    100

    Il-Kroazja

    600

     

     

    1 000

     

    L-Italja

    5 300

    4 600

    200

    1 000

    2 800

    Ċipru

     

     

     

    3 600

     

    Il-Latvja

    200

     

    400

     

     

    Il-Litwanja

     

     

    900

     

     

    L-Ungerija

     

    100

     

     

     

    In-Netherlands

    6 900

     

    6 800

     

     

    L-Awstrija

    600

     

     

     

     

    Il-Polonja

    88 900

    500

    9 400

     

    600

    Il-Portugall

    1 100

     

     

     

     


    ANNESS II

    Ammonti massimi ta' appoġġ għal irtirar mis-suq Kif imsemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7

    (f'EUR/100 kg)

    Prodott

    Appoġġ massimu

    Distribuzzjoni b'xejn

    Destinazzjonijiet oħra

    Pastard

    15,69

    10,52

    Tadam

    27,45

    18,30

    Tuffieħ

    16,98

    13,22

    Għeneb frisk tal-mejda

    39,16

    26,11

    Nuċiprisk

    26,90

    26,90

    Ħawħ

    26,90

    26,90

    Lanġas

    23,85

    15,90

    Larinġ

    21,00

    21,00

    Mandolin

    19,50

    19,50

    Klementin

    22,16

    19,50

    Satsumas

    19,50

    19,50

    Lumi

    23,99

    19,50

    Karrotti

    12,81

    8,54

    Kaboċċi

    5,81

    3,88

    Bżar ħelu

    44,40

    30,00

    Brokkoli bir-ras

    15,69

    10,52

    Ħjar u gherkins

    24,00

    16,00

    Faqqiegħ

    43,99

    29,33

    Għanbaqar

    34,00

    20,40

    Frott artab

    12,76

    8,50

    Frott tal-kiwi

    29,69

    19,79

    Kaki

    21,02

    14,01

    Ċirasa

    48,14

    32,09


    ANNESS III

    Mudelli għan-notifiki kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)

    NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR MIS-SUQ — DISTRIBUZZJONI B'XEJN

    Stat Membru: …

    Perjodu kopert: …

    Data: …


    Prodott

    Organizzazzjonijiet tal-produtturi

    Produtturi mhux membri

    Kwantitajiet totali

    (t)

    Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (EUR)

    Kwantitajie

    (t)

    Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR)

    Kwantitajiet

    (t)

    Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR)

    irtirar missuq

    trasport

    tqassim u ppakkjar

    TOTAL

    irtirar missuq

    trasport

    tqassim u ppakkjar

    TOTAL

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

    (e) = (b) + (c) + (d)

    (f)

    (g)

    (h)

    (i)

    (j) = (g) + (h) + (i)

    (k) = (a) + (f)

    (l) = (e) + (j)

    Tuffieħ

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Lanġas

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Tuffieħ u Lanġas

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Tadam

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Karrotti

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Bżar ħelu

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ħjar u gherkins

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ħxejjex

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Għanbaqar

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Għeneb frisk tal-mejda

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Frott tal-kiwi

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Frott Ieħor

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Larinġ

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Klementin

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Mandolin

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Lumi

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ċitru

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ħawħ

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nuċiprisk

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Kaboċċi

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Pastard u brokkoli birras

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Faqqiegħ

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Frott artab

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ċirasa

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Kaki

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Oħrajn

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nota: Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

    NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR MIS-SUQ — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

    Stat Membru: …

    Perjodu kopert: …

    Data: …


    Prodott

    Organizzazzjonijiet tal-produtturi

    Produtturi mhux membri

    Kwantitajiet totali

    (t)

    Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (EUR)

    Kwantitajiet

    (t)

    Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (EUR)

    Kwantitajiet

    (t)

    Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (EUR)

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

    (e) = (a) + (c)

    (f) = (b) + (d)

    Tuffieħ

     

     

     

     

     

     

    Lanġas

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Tuffieħ u Lanġas

     

     

     

     

     

     

    Tadam

     

     

     

     

     

     

    Karrotti

     

     

     

     

     

     

    Bżar ħelu

     

     

     

     

     

     

    Ħjar u gherkins

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ħxejjex

     

     

     

     

     

     

    Għanbaqar

     

     

     

     

     

     

    Għeneb frisk tal-mejda

     

     

     

     

     

     

    Frott tal-kiwi

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Frott Ieħor

     

     

     

     

     

     

    Larinġ

     

     

     

     

     

     

    Klementin

     

     

     

     

     

     

    Mandolin

     

     

     

     

     

     

    Lumi

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ċitru

     

     

     

     

     

     

    Ħawħ

     

     

     

     

     

     

    Nuċiprisk

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk

     

     

     

     

     

     

    Kaboċċi

     

     

     

     

     

     

    Pastard u brokkoli birras

     

     

     

     

     

     

    Faqqiegħ

     

     

     

     

     

     

    Frott artab

     

     

     

     

     

     

    Ċirasa

     

     

     

     

     

     

    Kaki

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Oħrajn

     

     

     

     

     

     

    TOTAL

     

     

     

     

     

     

    Nota: Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

    NOTIFIKA DWAR IN-NUQQAS TA' ĦSAD U L-ĦSAD BIKRI

    Stat Membru: …

    Perjodu kopert: …

    Data: …


    Prodott

    Organizzazzjonijiet tal-produtturi

    Produtturi mhux membri

    Kwantitajiet totali

    (t)

    Total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

    Żona

    (ha)

    Kwantitajiet

    (t)

    Assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

    Żona

    (ha)

    Kwantitajiet

    (t)

    Assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

    (e)

    (f)

    (g) = (b) + (e)

    (h) = (c) + (f)

    Tuffieħ

     

     

     

     

     

     

     

     

    Lanġas

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Tuffieħ u Lanġas

     

     

     

     

     

     

     

     

    Tadam

     

     

     

     

     

     

     

     

    Karrotti

     

     

     

     

     

     

     

     

    Bżar ħelu

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ħjar u gherkins

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ħxejjex

     

     

     

     

     

     

     

     

    Għanbaqar

     

     

     

     

     

     

     

     

    Għeneb frisk tal-mejda

     

     

     

     

     

     

     

     

    Frott tal-kiwi

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Frott Ieħor

     

     

     

     

     

     

     

     

    Larinġ

     

     

     

     

     

     

     

     

    Klementin

     

     

     

     

     

     

     

     

    Mandolin

     

     

     

     

     

     

     

     

    Lumi

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ċitru

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ħawħ

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nuċiprisk

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk

     

     

     

     

     

     

     

     

    Kaboċċi

     

     

     

     

     

     

     

     

    Pastard u brokkoli birras

     

     

     

     

     

     

     

     

    Faqqiegħ

     

     

     

     

     

     

     

     

    Frott artab

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ċirasa

     

     

     

     

     

     

     

     

    Kaki

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Oħrajn

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nota: Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.


    ANNESS IV

    Mudelli li għandhom jintbagħtu mal-ewwel notifika kif imsemmi fl-Artikolu 11(2)

    IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

    Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament

    Stat Membru: …

    Data: …


    Prodott

    Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

    (f'EUR/100 kg)

    Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

    (f'EUR/100 kg)

    Tuffieħ

     

     

    Lanġas

     

     

    Tadam

     

     

    Karrotti

     

     

    Kaboċċi

     

     

    Bżar ħelu

     

     

    Pastard u brokkoli birras

     

     

    Ħjar u gherkins

     

     

    Faqqiegħ

     

     

    Għanbaqar

     

     

    Frott artab

     

     

    Għeneb frisk tal-mejda

     

     

    Frott tal-kiwi

     

     

    Larinġ

     

     

    Klementin

     

     

    Mandolin

     

     

    Lumi

     

     

    Ħawħ

     

     

    Nuċiprisk

     

     

    Ċirasa

     

     

    Kaki

     

     

    NUQQAS TA' ĦSAD U ĦSAD BIKRI

    Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament

    Stat Membru: …

    Data: …


    Prodott

    Fil-miftuħ

    Serra

    Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

    (EUR/ha)

    Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

    (EUR/ha)

    Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

    (EUR/ha)

    Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

    (EUR/ha)

    Tuffieħ

     

     

     

     

    Lanġas

     

     

     

     

    Tadam

     

     

     

     

    Karrotti

     

     

     

     

    Kaboċċi

     

     

     

     

    Bżar ħelu

     

     

     

     

    Pastard u brokkoli birras

     

     

     

     

    Ħjar u gherkins

     

     

     

     

    Faqqiegħ

     

     

     

     

    Għanbaqar

     

     

     

     

    Frott artab

     

     

     

     

    Għeneb frisk tal-mejda

     

     

     

     

    Frott tal-kiwi

     

     

     

     

    Larinġ

     

     

     

     

    Klementin

     

     

     

     

    Mandolin

     

     

     

     

    Lumi

     

     

     

     

    Ħawħ

     

     

     

     

    Nuċiprisk

     

     

     

     

    Ċirasa

     

     

     

     

    Kaki

     

     

     

     


    Top