EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0225

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/225 tas-17 ta' Frar 2016 li jiffissal-volum massimu ta' prodotti għal kull Stat Membru u l-perjodu li fih jistgħu jitressqu applikazzjonijiet għal għajnuna għall-ħżin privat ta' kwantitajiet ta' ċerti ġobnijiet li jifdal u li jibqgħu ma jintużawx, għajr dawk stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/1852

C/2016/0850

ĠU L 41, 18.2.2016, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/225/oj

18.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/225

tas-17 ta' Frar 2016

li jiffissal-volum massimu ta' prodotti għal kull Stat Membru u l-perjodu li fih jistgħu jitressqu applikazzjonijiet għal għajnuna għall-ħżin privat ta' kwantitajiet ta' ċerti ġobnijiet li jifdal u li jibqgħu ma jintużawx, għajr dawk stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/1852

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1852 tal-15 ta' Ottubru 2015 li jiftaħ skema temporanja eċċezzjonali ta' għajnuna għall-ħżin privat ta' ċerti ġobnijiet u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna (2), b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1852 fetaħ skema temporanja eċċezzjonali ta' għajnuna għall-ħżin privat ta' ċerti ġobnijiet u ffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna.

(2)

L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2015/1852 stabbilixxa l-15 ta' Jannar 2016 bħala l-aħħar data għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna.

(3)

L-Irlanda, Franza, l-Italja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni dwar ix-xewqa tagħhom li jkomplu jagħmlu użu mill-iskema tal-għajnuna għall-ħżin privat.

(4)

Wara l-15 ta' Jannar 2016 kien għad fadal kwantità ta' 68 123 tunnellata li ma ntużatx. Għalhekk ikun tajjeb li din il-kwantità tkun disponibbli għal dawk l-Istati Membri li wrew ix-xewqa tagħhom li jkomplu jagħmlu użu mill-iskema tal-għajnuna għall-ħżin privat u li tiġi stabbilita l-kwantità għal kull Stat Membru, dejjem wara li jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet li huma kienu diġà applikaw għalihom sal-15 ta' Jannar 2016.

(5)

Għandu jiġi stabbilit perjodu ġdid għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

(6)

Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/1852 għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-għajnuna għall-ħżin privat għal ċerti ġobnijiet għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-implimentazzjoni tal-iskema stabbilita minn dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Il-volum massimu ta' prodotti għal kull Stat Membru li huwa soġġett għall-iskema temporanja eċċezzjonali tal-għajnuna għall-ħżin privat tal-kwantitajiet ta' ċerti ġobnijiet li jifdal u li jibqgħu ma jintużawx, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2015/1852, huwa stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/1852 għall-implimentazzjoni tal-iskema għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Applikazzjonijiet għall-għajnuna

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jistgħu jitressqu minn dakinhar li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet hija t-30 ta' Settembru 2016.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 271, 16.10.2015, p. 15.


ANNESS

Stat Membru

Kwantitajiet massimi

(tunnellati)

L-Irlanda

4 127

Franza

6 340

L-Italja

27 025

Il-Litwanja

2 616

In-Netherlands

16 526

Il-Finlandja

694

L-Iżvezja

2 126

Ir-Renju Unit

8 669

Total

68 123


Top