Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1031

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 tad- 29 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix

ĠU L 284, 30.9.2014, pp. 22–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/08/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/1031/oj

30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/22


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1031/2014

tad-29 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Awwissu l-gvern Russu introduċa projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja, inklużi l-frott u l-ħaxix. Din il-projbizzjoni ħolqot theddida serja ta' xkiel fis-suq ikkawżat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet minħabba l-fatt li f'daqqa waħda għeb suq importanti tal-esportazzjoni.

(2)

Din it-theddida ta' xkiel fis-suq hija ta' rilevanza partikolari għas-settur tal-frott u l-ħaxix billi f'dan iż-żmien tas-sena jinqatgħu kwantitajiet kbar ta' prodotti li jistgħu jitħassru.

(3)

Għaldaqstant, jidher li l-miżuri normali disponibbli fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw is-sitwazzjoni li tfaċċat fis-suq.

(4)

Sabiex ikun evitat li s-sitwazzjoni eżistenti tas-suq ssir xkiel tas-suq aktar gravi u fit-tul, ġiet adottat ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 (2). Dan ippreveda għal ammonti massimi ta' appoġġ għal operazzjonijiet ta' irtirar, nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri. Madanakollu, huma meħtieġa miżuri ta' appoġġ oħra. Għaldaqstant, il-mekkaniżmu introdott f'dak ir-regolament għandu jiġi ssupplimentat b'miżuri fil-forma ta' appoġġ addizzjonali mmirat għal ċertu kwantitajiet ta' prodotti, ikkalkulat abbażi tal-esportazzjonijiet tradizzjonali lejn ir-Russja.

(5)

Għandhom jiġu adottati aktar miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għat-tadam, iz-zunnarija, il-kaboċċi, il-bżar ħelu, il-pastard u l-brokkoli bir-ras, il-ħjar ul-gherkins, il-faqqiegħ, it-tuffieħ, il-lanġas, l-għanbaqar, il-frott bla għadma, l-għeneb frisk tal-mejda, il-frott tal-kiwi, il-larinġ ħelu, il-klementin u l-mandolin.

(6)

Filwaqt li jitqiesu l-kwantitajiet stmati affettwati mill-projbizzjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata skont il-kwantitajiet ta' prodotti inkwistjoni. Il-kalkolu ta' dawk il-kwantitajiet għandu jsir għal kull Stat Membru skont il-livell tal-esportazzjonijiet tiegħu lejn ir-Russja tal-prodotti kkonċernati għat-tliet snin preċedenti u filwaqt li jitnaqqsu l-kwantitajiet li diġà ġew notifikati skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 932/2014.

(7)

Huwa mistenni li prodotti koperti permezz ta' dan ir-Regolament, illi kieku kienu jiġu esportati lejn ir-Russja, se jitmexxew lejn is-swieq ta' Stati Membri oħra. Produtturi tal-istess prodotti f'dawn l-Istati Membri, li tradizzjonalment ma jesportawx il-prodotti tagħhom lejn ir-Russja, jistgħu minħabba dan jaffaċċjaw xkiel sinifikanti tas-suq u tnaqqis fil-prezzijiet.

(8)

Għaldaqstant, biex ikun stabbilizzat aktar is-suq, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun disponibbli wkoll għal produtturi fl-Istati Membri kollha fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-prodotti koperti b'dan ir-Regolament, iżda l-kwantità involuta ma għandhiex taqbeż it-3 000 tunnellata għal kull Stat Membru.

(9)

L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jiddeċidu li ma jużawx il-kwantità ta' 3 000 tunnellata. Meta jagħmlu dan, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fil-ħin biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċidi dwar allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet li ma jkunux intużaw.

(10)

L-irtirar mis suq, in-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri huma miżuri effettivi ta' mmaniġġjar tal-kriżi fil-każ ta' eċċess ta' frott u ħaxix minħabba ċirkostanzi temporanji u imprevedibbli. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jallokaw il-kwantitajiet disponibbli għalihom għal waħda jew aktar minn dawn il-miżuri sabiex isir l-aktar użu effiċjenti tal-ammonti disponibbli.

(11)

Bħal fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 932/2014, għandha titneħħa b'mod temporanju r-restrizzjoni eżistenti ta' 5 % bħala proporzjon tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-irtirar mis-suq appoġġat. Għaldaqstant, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata anki meta l-irtirar jaqbeż il-limitu ta' 5 %.

(12)

L-assistenza finanzjarja mogħtija għall-irtirar mis-suq għandha tkun ibbażata fuq l-ammonti rispettivi stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (3) għall-irtirar għad-distribuzzjoni b'xejn u għall-irtirar għal destinazzjonijiet oħra. Għal dawk il-prodotti li għalihom l-ebda ammont ma ġie ffissat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-ammonti massimi għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(13)

Filwaqt li jitqies li l-ammonti ta' tadam stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jirreferu għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni tat-tadam għall-ipproċessar u tat-tadam għall-konsum frisk, huwa xieraq li jiġi ċċarat li għall-iskop ta' dan ir-Regolament, l-ammont massimu applikabbli għat-tadam għall-konsum frisk huwa relatat mal-perjodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju.

(14)

Fid-dawl tax-xkiel eċċezzjonali tas-suq u biex jiġi żgurat li l-produtturi kollha tal-frott u l-ħaxix jirċievu appoġġ tal-Unjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq għandha tiġi estiża għall-produtturi tal-frott u l-ħaxix li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta.

(15)

Sabiex titħeġġeġ id-distribuzzjoni b'xejn ta' frott u ħaxix irtirati għal ċertu organizzazzjonijiet, bħall-organizzazzjonijiet tal-karità u l-iskejjel u destinazzjonijiet oħra ekwivalenti approvati mill-Istati Membri, il-100 % tal-ammonti massimi ffissati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jkun applikabbli wkoll għall-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-irtirar għal destinazzjonijiet oħra għajr għad-distribuzzjoni b'xejn, għandu jirċievi 50 % tal-ammonti massimi fissi. F'dan il-kuntest, il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom jissodisfaw kundizzjonijiet identiċi jew simili għal dawk tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Għaldaqstant, bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, dawn għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

(16)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi bażiċi tas-settur tal-frott u l-ħaxix u huma l-aktar entitajiet adattati biex jiżguraw li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq titħallas lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Huma għandhom jiżguraw li din l-assistenza titħallas lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta permezz ta' kuntratt konkluż. Billi l-Istati Membri ma għandhomx l-istess grad ta' organizzazzjoni min-naħa tal-forniment tas-suq tal-frott u l-ħaxix, huwa xieraq li l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tħallas l-appoġġ direttament lill-produtturi meta dan huwa ġġustifikat kif jixraq.

(17)

L-ammonti tal-appoġġ għan-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri għandhom ikunu ffissati mill-Istati Membri għal kull ettaru f'livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammonti massimi għall-irtirar mis-suq applikabbli għall-irtirar għal destinazzjonijiet għajr għad-distribuzzjoni b'xejn kif stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għal prodotti li għalihom ma ġie ffissat l-ebda ammont f'dak l-Anness, f'dan ir-Regolament. Għat-tadam għall-konsum frisk, l-ammont li għandu jitqies mill-Istati Membri għandu jkun dak stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju. In-nuqqas ta' ħsad għandu jingħata appoġġ anki meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali.

(18)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonċentraw il-provvista u huma kapaċi jaġixxu aktar malajr minn produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet bħal dawn meta jkollhom ilaħħqu ma' kwantitajiet ikbar b'impatt immedjat fuq is-suq. Għaldaqstant, biex l-implimentazzjoni tal-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ stipulati f'dan ir-Regolament tkun aktar effiċjenti u biex titħaffef l-istabilizzazzjoni tas-suq, huwa xieraq li, fir-rigward ta' produtturi li huma membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, tiżdied l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn, għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri għal 75 % tal-ammonti massimi rilevanti stabbiliti għall-appoġġ għall-irtirar għal destinazzjonijiet oħra.

(19)

Fir-rigward tal-irtirar, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri għandha tiġi estiża għall-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-assistenza finanzjarja għandha tkun 50 % tal-ammonti massimi ta' appoġġ stabbiliti għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

(20)

Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi u l-ħtieġa li jitwettqu kontrolli li huma affidabbli iżda fattibbli, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex tingħata għal ħsad bikri tal-frott u l-ħaxix li l-ħsad normali tagħhom ikun diġà beda, u għal miżuri ta' nuqqas ta' ħsad l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali għal produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi. F'dan il-kuntest, il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom ikunu soġġetti, bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

(21)

Għall-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi, il-ħlas tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri għandu jsir direttament mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Dik l-awtorità kompetenti għandha tħallas l-ammonti rilevanti lill-produtturi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u r-regoli u l-proċeduri nazzjonali rilevanti.

(22)

Sabiex jiġi garantit li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix tintuża għall-għanijiet maħsuba u biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom iwettqu livell raġonevoli ta' kontrolli. B'mod partikolari, għandhom isiru kontrolli dokumentati, ta' identità u fiżiċi kif ukoll kontrolli fuq il-post li jkopru ammont raġonevoli ta' prodotti, żoni, organizzazzjonijiet tal-produtturi u produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet tal-irtirar, il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad għat-tadam jikkonċernaw biss il-varjetajiet maħsubin għall-konsum frisk.

(23)

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'mod regolari dwar l-operazzjonijiet implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-produtturi li mhumiex membri.

(24)

Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq is-suq u biex jingħata kontribut għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-Suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal miżuri ta' appoġġ eċċezzjonali temporanji tal-Unjoni li jridu jingħataw lil organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix rikonoxxuti skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u lil produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet ta' dan it-tip.

Dawn il-miżuri ta' appoġġ temporanji eċċezzjonali tal-Unjoni għandhom ikopru l-operazzjonijiet ta' irtirar, nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri.

2.   L-appoġġ msemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata fir-rigward tal-prodotti li ġejjin tas-settur tal-frott u l-ħaxix maħsuba għall-konsum frisk:

(a)

it-tadam tal-kodiċi NM 0702 00 00 ;

(b)

iz-zunnarija tal-kodiċi NM 0706 10 00 ;

(c)

il-kaboċċi tal-kodiċi NM 0704 90 10 ;

(d)

il-bżar ħelu tal-kodiċi NM 0709 60 10 ;

(e)

il-pastard u l-brokkoli bir-ras tal-kodiċi NM 0704 10 00 ;

(f)

il-ħjar tal-kodiċi NM 0707 00 05 ;

(g)

il-gherkins tal-kodiċi NM 0707 00 90 ;

(h)

il-faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus tal-kodiċi NM 0709 51 00 ;

(i)

it-tuffieħ tal-kodiċi NM 0808 10 ;

(j)

il-lanġas tal-kodiċi NM 0808 30 ;

(k)

l-għanbaqar tal-kodiċi NM 0809 40 05 ;

(l)

il-frott bla għadma tal-kodiċi NM 0810 20 , 0810 30 u 0810 40 ;

(m)

l-għeneb frisk tal-mejda tal-kodiċi NM 0806 10 10 ;

(n)

il-frott tal-kiwi tal-kodiċi NM 0810 50 00 ;

(o)

il-larinġ ħelu tal-kodiċi NM 0805 10 20 ;

(p)

il-klementin tal-kodiċi NM 0805 20 10 ;

(q)

il-mandolin (inkluż iċ-ċitru ta' Tanġier u s-satsumas), il-wilking u ibridi taċ-ċitru simili tal-kodiċi NM 0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 u 0805 20 90 .

3.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-attivitajiet imwettqa fil-perjodu mit-30 ta' Settembru 2014 sakemm ikunu ġew eżawriti f'kull Stat Membru konċernat il-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) jew il-31 ta' Diċembru 2014, kwalunkwe data tiġi l-ewwel.

Artikolu 2

Allokazzjoni tal-kwantitajiet massimi għall-Istati Membri

1.   L-appoġġ msemmi fl-Artikolu 1(1) għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri b'rabta mal-kwantitajiet ta' prodotti stabbiliti fl-Anness I.

Dak l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għandu jkun disponibbli wkoll fl-Istati Membri kollha għal operazzjonijiet ta' irtirar, ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad, fir-rigward ta' prodott wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) kif determinat mill-Istat Membru, sakemm il-kwantità addizzjonali involuta ma taqbiżx it-3 000 tunnellata għal kull Stat Membru.

2.   Fir-rigward tal-kwantitajiet għal kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw għal kull prodott jew grupp ta' prodotti l-kwantitajiet, għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn u għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn kif ukoll iż-żona ekwivalenti għall-ħsad bikri u nuqqas ta' ħsad.

3.   Sal-31 ta' Ottubru 2014 l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li ma jużawx il-kwantità ta' 3 000 tunnellata jew parti minnha. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwantitajiet mhux użati sal-31 ta' Ottubru 2014. Mill-mument tan-notifika, l-operazzjonijiet mwettqa f'dak l-Istat Membru ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ skont dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Allokazzjoni tal-kwantitajiet għall-produtturi

L-Istati Membri għandhom jallokaw il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi skont is-sistema li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li jistabbilixxu sistema differenti għall-allokazzjoni ta' kwantitajiet, sakemm is-sistema stabbilita tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jqisu kemm hu kbir l-effett tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet fuq il-produtturi inkwistjoni.

Artikolu 4

Assistenza finanzjarja għall-irtirar lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn kif imsemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn li ssir b'rabta mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-limitu massimu ta' 5 % msemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 79(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandux japplika fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament meta dawn il-prodotti jiġu rtirati matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

3.   Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, iżda li mhumiex elenkati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-ammonti massimi għall-assistenza għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

4.   Għat-tadam, l-ammont massimu għandu jkun l-ammont stipulat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu mill-1 ta' Novembru u sal-31 ta' Mejju.

5.   B'deroga mill-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandha tkun 75 % tal-ammonti massimi ta' appoġġ għal destinazzjonijiet oħra msemmija fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

6.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi anki jekk dawn ma jistipulawx tali operazzjonijiet tas-suq fil-programmi operazzjonali tagħhom u fl-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri. L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 55(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw b'rabta mal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont dan l-Artikolu.

7.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex titqies għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

8.   Il-limitu ta' terz tan-nefqa msemmi fir-raba' sottoparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-limitu massimu ta' 25 % għaż-żieda tal-fond operazzjonali msemmi fl-Artikolu 66(3(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba għall-operazzjonijiet tal-irtirar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament meta dawn il-prodotti jiġu rtirati matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

9.   In-nefqa mġarrba skont dan l-Artikolu għandha tifforma parti mill-fond operazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Artikolu 5

Assistenza finanzjarja għall-irtirar lill-produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata lil produtturi tal-frott u l-ħaxix li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont dan l-Artikolu għal:

(a)

irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn kif imsemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn.

Għall-irtirar mis-suq imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu, l-ammonti massimi ta' assistenza finanzjarja għandhom ikunu l-ammonti stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Għat-tadam, l-ammont massimu għandu jkun l-ammont stipulat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu mill-1 ta' Novembru u sal-31 ta' Mejju.

Għall-irtirar mis-suq imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu, l-ammonti massimi ta' assistenza finanzjarja għandhom ikunu 50 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Għat-tadam, dak l-ammont massimu għandu jkun 50 % tal-ammont stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu mill-1 ta' Novembru u sal-31 ta' Mejju.

2.   L-assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-irtirar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) meta dawn il-prodotti jiġu rtirati matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3).

3.   Il-produtturi għandhom jikkonkludu kuntratt ma' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-kwantità kollha li trid titwassal skont dan l-Artikolu. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jaċċettaw it-talbiet raġonevoli kollha magħmula minn produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Il-kwantitajiet li jaslu mingħand produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti u l-uċuħ reġjonali inkwistjoni.

4.   L-assistenza finanzjarja għandha titħallas lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta mill-organizzazzjoni tal-produtturi li magħha huma ffirmaw tali kuntratt.

L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha żżomm l-ammonti li jikkorrispondu għall-kostijiet reali li tkun ġarrbet biex tirtira l-prodotti rispettivi mis-suq. L-evidenza ta' dawn il-kostijiet għandha tiġi pprovduta permezz ta' fatturi.

5.   Għal raġunijiet ġustifikati kif suppost, bħal grad limitat ta' organizzazzjoni tal-produtturi fl-Istat Membru inkwistjoni, u b'mod mhux diskriminatorju, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li produttur mhux membru ta' organizzazzjoni tal-produtturi jagħmel notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, minflok ma jiffirma l-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 3. Għal din it-tip ta' notifika, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 78 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kwantitajiet li jaslu mingħand produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti u l-uċuħ reġjonali inkwistjoni.

F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tħallas l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.

6.   Meta r-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun ġie sospiż skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-membri tagħha għandhom jitqiesu bħala produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

7.   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, kif ukoll l-Artikolu 4(6) sa (9) ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   Għandha tingħata assistenza finanzjarja tal-Unjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri li jsiru f'rabta mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3).

2.   L-assistenza għall-ħsad bikri għandha tkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li huma effettivament maħsuda bikrin. B'deroga mill-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammonti tal-appoġġ, li jinkludu kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni u l-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi, għal nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri, għal kull ettaru f'livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammonti ffissati għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr għad-distribuzzjoni bla ħlas fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Għat-tadam, dak l-ammont għandu jkun 90 % tal-ammont stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu mill-1 ta' Novembru u sal-31 ta' Mejju għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr oħra id-distribuzzjoni b'xejn.

B'deroga mill-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għan-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri għandha tkun 75 % tal-ammonti stabbiliti mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu.

3.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-miżuri tan-nuqqas ta' ħsad imsemmija fl-Artikolu 84(1)(b) ta' dan ir-Regolament jistgħu, fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artiklu 1(2) ta' dan ir-Regolament u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament, jitwettqu anke meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu normali tal-produzzjoni. F'każijiet bħal dawn, l-ammonti ta' appoġġ imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitnaqqsu b'mod proporzjonali, filwaqt li titqies il-produzzjoni diġà maħsuda, kif stabbilit abbażi ta' rekords tal-istokkijiet u l-kontijiet finanzjarji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi inkwistjoni.

4.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata anki jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jistipulawx dawk l-operazzjonijiet fil-qafas tal-programmi operazzjonali tagħhom. L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 55(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw b'rabta mal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont dan l-Artikolu.

5.   Il-limitu ta' terz tan-nefqa msemmi fir-raba' sottoparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-limitu massimu ta' 25 % għaż-żieda tal-fond operazzjonali msemmi fl-Artikolu 66(3)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u relatati mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

6.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex titqies għall-fini tal-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

7.   In-nefqa mġarrba skont dan l-Artikolu għandha tifforma parti mill-fond operazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Artikolu 7

Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta biex iwettqu operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3).

B'deroga mill-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandu japplika dan li ġej:

(a)

l-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss lill-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li effettivament inħasdu kmieni u li għalihom ma jkunx beda l-ħsad normali;

(b)

miżuri ta' nuqqas ta' ħsad ma għandhomx isiru meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali;

(c)

il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad fl-ebda ċirkostanza ma għandhom ikunu applikati t-tnejn għall-istess prodott u fl-istess żona partikolari.

2.   L-ammonti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri għandhom ikunu 50 % tal-ammonti ffissati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(2).

3.   Il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuta għandhom jagħmlu notifika xierqa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet dettaljati adottati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tħallas l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.

4.   Meta r-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun ġie sospiż skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-membri tagħha għandhom jitqiesu bħala produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

5.   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 8

Kontrolli matul l-operazzjonijiet tal-irtirar, in-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri

1.   L-operazzjonijiet tal-irtirar imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-ewwel livell skont l-Artikolu 108 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Madankollu, dawk il-kontrolli għandhom ikopru tal-anqas 10 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati mis-suq u tal-inqas 10 % tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

Madankollu, għall-operazzjonijiet ta' rtirar imsemmija fl-Artikolu 5(5), il-kontrolli tal-ewwel livell għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati.

2.   L-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikoli 6 u 7 għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 110 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ħlief fir-rigward tar-rekwiżit li ma jkun sar l-ebda ħsad parzjali meta tiġi applikata d-deroga stipulata fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament. Il-kontrolli għandhom ikopru tal-anqas 25 % taż-żoni tal-produzzjoni inkwistjoni.

Għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikolu 7, il-kontrolli għandhom ikopru 100 % taż-żoni tal-produzzjoni inkwistjoni.

3.   L-operazzjonijiet tal-irtirar imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tat-tieni livell skont l-Artikolu 109 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Madankollu, il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru tal-inqas 40 % tal-entitajiet soġġetti għal kontrolli tal-ewwel livell, u tal-inqas 5 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati mis-suq.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa ta' kontroll biex jiżguraw li l-operazzjonijiet ta' rtirar, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għat-tadam ikopru biss il-varjetajiet maħsuba għall-konsum frisk.

Artikolu 9

Applikazzjoni għal assistenza finanzjarja tal-Unjoni u l-ħlas tagħha

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-pagament tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 sal-31 ta' Jannar 2015.

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja totali tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 4 u 6 ta' dan ir-Regolament skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 72 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 sal-31 ta' Jannar 2015.

Madanakollu, l-ewwel paragrafu tal-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 72 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-limitu massimu ta' 80 % tal-ammont tal-għajnuna approvat inizjalment għal programm operazzjonali stabbilit fit-tielet paragrafu ta' dak l-Artikolu ma għandhomx japplikaw.

3.   Produtturi li ma jkunux membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta u li ma ffirmawx kuntratt ma' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom, sad-data msemmija fil-paragrafu 1, japplikaw huma stess għand l-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-finijiet tal-Artikoli 5 u 7.

4.   L-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn li jiġġustifikaw l-ammont tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni ikkonċernat u għandu jkun fihom impenn bil-miktub li l-applikant ma rċeviex, u mhux se jirċievi fondi nazzjonali jew mingħand l-Unjoni doppji jew kumpens b'polza tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Notifiki

1.   Sat-30 ta' Settembru 2014, il-15 ta' Ottubru 2014, il-31 ta' Ottubru 2014, il-15 ta' Novembru 2014, it-30 ta' Novembru 2014, il-15 ta' Diċembru 2014, il-31 ta' Diċembru 2014, il-15 ta' Jannar 2015, il-31 ta' Jannar 2015 u l-15 ta' Frar 2015 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott:

(a)

il-kwantitajiet irtirati għad-distribuzzjoni b'xejn;

(b)

il-kwantitajiet irtirati għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn;

(c)

iż-żona ekwivalenti għall-ħsad bikri jew in-nuqqas ta' ħsad;

(d)

l-ispiża totali mġarrba għall-kwantitajiet u żoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

L-operazzjonijiet implimentati biss għandhom jiġu inklużi fin-notifiki.

Għal dawk in-notifiki, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness III.

2.   Meta ssir l-ewwel notifika, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti ta' appoġġ stabbiliti minnhom skont l-Artikolu 79(1) jew 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 11

Il-ħlas tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni

In-nefqa tal-Istati Membri fir-rigward ta' dawk il-ħlasijiet skont dan ir-Regolament għandha tkun eliġibbli biss għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni jekk tkun tħallset sat-30 ta' Ġunju 2015.

Artikolu 12

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 tad-29 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għal produtturi ta' ċertu frott u ħaxix u li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 913/2014 (ĠU L 259, 30.8.2014, p. 2).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Kwantitajiet massimi ta' prodotti allokati għal kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)

(tunnellati)

Tuffieħ u lanġas

Għanbaqar, għeneb tal-mejda u frott tal-kiwi

Tadam, zunnarija, bżar ħelu, ħjar u gherkins

Larinġ, klementin u mandolin

Il-Belġju

43 300

1 380

14 750

0

Il-Ġermanja

13 100

0

0

0

Il-Greċja

5 100

28 475

750

10 750

Spanja

8 700

6 900

20 400

58 600

Franza

28 950

500

1 600

0

Il-Kroazja

1 050

0

0

7 900

L-Italja

35 805

38 845

0

2 620

Ċipru

0

0

0

16 220

Il-Litwanja

0

0

4 000

0

L-Ungerija

725

570

0

0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

22 200

0

6 800

0

Il-Polonja

18 750

0

0

0

Il-Portugall

4 120

225

0

0


ANNESS II

Ammonti massimi ta' appoġġ għall-irtirar mis-suq ta' prodotti li mhumiex elenkati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 kif imsemmi fl-Artikoli 4, 5 u 6 ta' dan ir-Regolament

Prodott

Appoġġ massimu (EUR/100 kg)

Distribuzzjoni b'xejn

Destinazzjonijiet oħra

Zunnarija

12,81

8,54

Kaboċċi

5,81

3,88

Bżar ħelu

44,4

30

Brokkoli bir-ras

15,69

10,52

Ħjar u gherkins

24

16

Faqqiegħ

43,99

29,33

Għanbaqar

34

20,4

Frott bla għadma

12,76

8,5

Għeneb frisk tal-mejda

39,16

26,11

Frott tal-kiwi

29,69

19,79


ANNESS III

Mudelli għan-notifiki kif imsemmi fl-Artikolu 10

NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR — DISTRIBUZZJONI B'XEJN

Stat Membru:

Perjodu kopert:

Data:


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali (t)

Total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Kwantitajiet (t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Kwantitajiet (t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

irtirar

trasport

għażla u ppakkjar

TOTAL

irtirar

trasport

għażla u ppakkjar

TOTAL

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (b) + (c) + (d)

(f)

(g)

(h)

(i)

(j) = (g) + (h) + (i)

(k) = (a) + (f)

(l) = (e) + (j)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott bla għadma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

Stat Membru:

Perjodu kopert:

Data:


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali (t)

Total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (a) + (c)

(f) = (b) + (d)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

Frott bla għadma

 

 

 

 

 

 

Total ta' Oħrajn

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

*

Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

NOTIFIKA DWAR IN-NUQQAS TA' ĦSAD U L-ĦSAD BIKRI

Stat Membru:

Perjodu kopert:

Data:


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali

(t)

Total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Żona

(ha)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR)

Żona

(ha)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

(g) = (b) + (e)

(h) = (c) + (f)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott bla għadma

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

 

*

Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.


ANNESS IV

TABELLI LI GĦANDHOM JINTBAGĦTU MAL-EWWEL NOTIFIKA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 10(1)

IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament

Stat Membru:

Data:


Prodott

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/100 kg)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR/100 kg)

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Tadam

 

 

Zunnarija

 

 

Kaboċċi

 

 

Bżar ħelu

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

Faqqiegħ

 

 

Għanbaqar

 

 

Frott bla għadma

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

Larinġ

 

 

Klementin

 

 

Mandolin

 

 

NUQQAS TA' ĦSAD U ĦSAD BIKRI

Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament

Stat Membru:

Data:


Prodott

Fil-miftuħ

Serra

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/ha)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR/ha)

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/ha)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR/ha)

Tuffieħ

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

Frott bla għadma

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 


Top