This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012BP0364
Draft amending budget 4/2012 European Parliament resolution of 23 October 2012 on the Council position on Draft amending budget No 4/2012 of the European Union for the financial year 2012, Section III – Commission (14059/2012 – C7-0305/2012 – 2012/2127(BUD))
Baġit emendatorju Nru 4/2012: riżorsi proprji, strumenti ta' qsim tar-riskju, EuroGlobe Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14059/2012 – C7-0305/2012 – 2012/2127(BUD))
Baġit emendatorju Nru 4/2012: riżorsi proprji, strumenti ta' qsim tar-riskju, EuroGlobe Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14059/2012 – C7-0305/2012 – 2012/2127(BUD))
ĠU C 68E, 7.3.2014, p. 82–84
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 68/82 |
It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
Baġit emendatorju Nru 4/2012: riżorsi proprji, strumenti ta' qsim tar-riskju, EuroGlobe
P7_TA(2012)0364
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14059/2012 – C7-0305/2012 – 2012/2127(BUD))
2014/C 68 E/13
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 310 u 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea għall-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) ('ir-Regolament Finanzjarju'), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2011 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (3), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2012, ippreżentat mill-Kummissjoni fl-20 ta' Ġunju 2012 (COM(2012)0340), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2012 adottata mill-Kunsill fl-24 ta' Settembru 2012 (14059/2012 – C7-0305/2012), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 423/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0308/2012), |
A. |
billi l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2012 għall-baġit ġenerali tal-2012 għandu tliet għanijiet, jiġifieri l-ħolqien ta’ erba’ linji tal-baġit għar-riallokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet finanzjarji minn sa 10 % tal-allokazzjoni għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjoanli (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni 2007-2013 favur strumenti tal-kondiviżjoni tar-riskju, reviżjoni u baġitjar tal-previżjonijiet għar-riżorsi proprji, b’tali mod li ssir ridistribuzzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għar-riżorsi proprji fil-baġit tal-Unjoni, u s-sostituzzjoni tas-sing ippreżentat f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għal linja tal-baġit 16 03 05 01 – Azzjoni preparatorja – EuroGlobe b’entrata nominali (p.m.) biex ikun jista’ jsir trasferiment; |
B. |
billi l-aġġustament fir-riżorsi proprji huwa kkaġunat mir-reviżjoni tat-tbassir tal-bażijiet TOR, VAT u GNI, il-korrezzjoni ta’ żbilanċi baġitarji favur ir-Renju Unit (il-korrezzjoni tar-Renju Unit) rigward l-2008, l-2010 u l-2011, kif ukoll l-impatt fuq is-sehem tal-Awstrija, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja fil-finanzjament tar-rifużjoni lir-Renju Unit, li jitnaqqas għal kwart tas-sehem normali tagħhom, bit-tali tnaqqis iffinanzjat mill-Istati Membri l-oħra bl-esklużjoni tar-Renju Unit; |
C. |
billi l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2012 jipprevedi l-possibbiltà li fondi minn operazzjonijiet preċedenti u ammonti li jkunu għad fadal minn sostenn tal-Unjoni għal strumenti tal-kondiviżjoni tar-riskju ffinanzjati mill-politika ta’ koeżjoni jiġu miżjuda s-sena ta’ wara, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, mal-allokazzjoni finanzjarja tiegħu tal-politika ta’ koeżjoni; |
D. |
billi l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2012 huwa għalkollox konsistenti mal-modifiki tar-Regolament Finanzjarju maqbula bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, b’mod partikolari fl-Artikolu 131 tiegħu, |
1. |
Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2012; |
2. |
Iqis li kwalunkwe trasferiment mill-politika ta’ koeżjoni għal dawk l-istrumenti finanzjarji li għandhom jiġu definiti għandu jkun debitament ġustifikat u kkontrollat tajjeb, kif jipprovdi r-Regolament (UE) Nru 423/2012; |
3. |
Jesiġi li qabel ma jsir kwalunkwe trasferiment tali kif speċifikat fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tinforma lill-Awtorità Baġitarja; |
4. |
Jesiġi li tingħadda lill-Parlament informazzjoni regolari u dettaljata dwar il-programmi operazzjonali li għandhom jitnaqqsu, dwar l-istrumenti finanzjarji li għandhom jiġu implimentati u dwar il-proġetti li għandhom jiġu sostnuti; |
5. |
Japprova, mingħajr emenda, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2012, |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Baġit emendatorju Nru 4/2012 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 133, 23.5.2012, p. 1.