Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0721(03)

    Avviż tal-Kummissjoni dwar id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija

    ĠU C 215, 21.7.2011, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 215/27


    Avviż tal-Kummissjoni dwar id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja (1) u t-Turkija

    2011/C 215/11

    Għall-iskop tal-ħolqien ta’ kumulazzjoni djagonali tal-oriġini fost l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija, l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kkonċernati, jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, dwar ir-regoli ta’ oriġini li hemm fis-seħħ ma’ pajjiżi oħra.

    It-tabella mehmuża, li hija bbażata fuq in-notifiki miksuba mill-pajjiżi kkonċernati, tagħti viżjoni ġenerali tal-protokolli tar-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali li tispeċifika d-data li fiha tali akkumulazzjoni ssir applikabbli. Din it-tabella tissostitwixxi dik ta' qabilha (ĠU C 225, 20.8.2010, p. 4).

    Huwa mfakkar li l-kumulazzjoni tista’ tapplika biss jekk il-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija jkunu kkonkludew ftehimiet ta' kummerċ ħieles, li fihom regoli ta’ oriġini identiċi, mal-pajjiżi kollha li qegħdin jipparteċipaw fil-kisba ta' status tal-oriġini, jiġifieri mal-pajjiżi kollha li fihom joriġinaw il-materjali kollha użati. Materjali li joriġinaw f'pajjiż li ma jkunx ikkonkluda ftehim mal-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija għandhom jiġu ttrattati bħala mhux oriġinanti.

    Huwa mfakkar ukoll li l-materjali li joriġinaw mit-Turkija kopert mill-unjoni doganali UE/Turkija jistgħu jiġu inkorporati bħala materjali oriġinali għal skop ta’ kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi parteċipanti fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li bih jkun daħal fis-seħħ protokoll ta’ oriġini.

    Il-Kodiċijiet ISO-Alpha-2 għall-pajjiżi elenkati fit-tabella huma mniżżlin hawn taħt:

    L-Albanija

    AL

    Il-Bożnija u Ħerzegovina

    BA

    Il-Kroazja

    HR

    L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

    MK (2)

    Montenegro

    ME

    Is-Serbja

    RS

    it-Turkija

    TR

    Id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroażja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija

     

    UE

    AL

    BA

    HR

    MK

    ME

    RS

    TR

    UE

     

    1.1.2007

    1.7.2008

    1.6.2011

    1.1.2007

    1.1.2008

    8.12.2009

     (3)

    AL

    1.1.2007

     

    22.11.2007

    22.8.2007

    26.7.2007

    26.7.2007

    24.10.2007

    1.8.2011

    BA

    1.7.2008

    22.11.2007

     

    22.11.2007

    22.11.2007

    22.11.2007

    22.11.2007

     

    HR

    1.6.2011

    22.8.2007

    22.11.2007

     

    22.8.2007

    22.8.2007

    24.10.2007

     

    MK

    1.1.2007

    26.7.2007

    22.11.2007

    22.8.2007

     

    26.7.2007

    24.10.2007

    1.7.2009

    ME

    1.1.2008

    26.7.2007

    22.11.2007

    22.8.2007

    26.7.2007

     

    24.10.2007

    1.3.2010

    RS

    8.12.2009

    24.10.2007

    22.11.2007

    24.10.2007

    24.10.2007

    24.10.2007

     

    1.9.2010

    TR

     (3)

    1.8.2011

     

     

    1.7.2009

    1.3.2010

    1.9.2010

     


    (1)  L-Albanija, il-Bosnja u l-Ħerzegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja huma l-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

    (2)  Kodiċi ISO 3166 Kodiċi proviżorja li ma tippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun sar ftehim dwarha wara l-konklużjoni ta' negozjati li qegħdin iseħħu taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (3)  Għal oġġetti koperti mill-unjoni doganali UE-Turkija, id-data tal-applikazzjoni hi s-27 ta’ Lulju 2006.


    Top