Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42022X2055

Ir-Regolament tan-NU Nru 147 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar ta’ kombinamenti ta’ vetturi agrikoli [2022/2055]

PUB/2022/761

ĠU L 275, 25.10.2022, p. 80–118 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2055/oj

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/80


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq dan l-indirizz:

https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations

Ir-Regolament tan-NU Nru 147 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar ta’ kombinamenti ta’ vetturi agrikoli [2022/2055]

Data tad-dħul fis-seħħ: 2 ta’ Jannar 2019

Dan id-dokument huwa intiż purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa: ECE/TRANS/WP.29/2018/69.

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta’ Applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ mekkaniżmu jew ta’ komponent mekkaniku tal-akkoppjar

4.

Rekwiżiti ġenerali għall-mekkaniżmi jew għall-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar

5.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura mgħammra b’mekkaniżmu jew b’komponent mekkaniku tal-akkoppjar

6.

Rekwiżiti ġenerali għall-vetturi mgħammra b’mekkaniżmu jew b’komponent mekkaniku tal-akkoppjar

7.

Immarkar

8.

Approvazzjoni

9.

Modifiki tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar, jew tal-vettura u l-estensjoni tal-approvazzjoni

10.

Konformità tal-proċeduri ta’ produzzjoni

11.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

12.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

13.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1

Komunikazzjoni dwar mekkaniżmi u komponenti

2

Komunikazzjoni dwar il-vetturi

3

Eżempju ta’ arranġament tal-marka tal-approvazzjoni

4

Eżempji ta’ arranġamenti ta’ mmarkar tal-valuri karatteristiċi

5

Rekwiżiti għall-mekkaniżmi jew għall-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għall-vetturi tal-kategoriji T, R u S

6

L-ittestjar ta’ mekkaniżmi jew komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għal vetturi tal-kategoriji T, R u S

7

Installazzjoni u rekwiżiti speċjali

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti li l-mekkaniżmi u l-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għandhom jissodisfaw sabiex jitqiesu internazzjonalment bħala kompatibbli b’mod reċiproku u interkambjabbli.

1.2.

Dan ir-Regolament japplika għal mekkaniżmi u komponenti maħsuba għal vetturi tal-kategorija T, R jew S (1) (vetturi agrikoli) maħsuba biex jiffurmaw kombinament ta’ vetturi. (2)

1.3.

Dan ir-Regolament japplika għal:

1.3.1.

Mekkaniżmi u komponenti standard kif iddefiniti fil-paragrafu 2.2.;

1.3.2.

Mekkaniżmi u komponenti mhux standard kif iddefiniti fil-paragrafu 2.3.;

1.3.3.

Mekkaniżmi u komponenti mixxellanji mhux standard kif iddefiniti fil-paragrafu 2.4.

1.4.

Dan ir-Regolament ma japplikax għal power lifts (konnessjoni tal-irmonk bi tliet punti) jew għad-dirgħajn ta’ konnessjoni ta’ isfel tat-trattur u l-konnessjonijiet tagħhom mal-vettura rmunkata.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.

Mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar” tfisser dawk l-oġġetti kollha fuq il-qafas, il-partijiet tal-karozzerija li jġorru t-tagħbija u x-xażi tal-vettura bil-mutur u t-trejler li permezz tagħhom ikunu konnessi flimkien biex jiffurmaw il-kombinament ta’ vetturi jew tal-vetturi artikolati. Huma inklużi partijiet fissi, mobbli jew li jistgħu jinqalgħu għat-twaħħil jew għat-tħaddim tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar.

2.1.1.

Ir-rekwiżit tal-akkoppjar awtomatiku jinkiseb jekk ir-riversjar tal-vettura tal-irmonk mat-trejler ikun biżżejjed biex l-akkoppjar jinqafel kompletament, biex dan jiġi maqful b’mod awtomatiku u jiġi indikat it-twaħħil xieraq tal-mekkaniżmi ta’ mblukkar mingħajr ebda intervent estern.

2.2.

Mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar standard” jikkonformaw mad-dimensjonijiet standard u mal-valuri karatteristiċi kif mogħtija f’dan ir-Regolament. Huma interkambjabbli fil-klassi tagħhom, indipendentement mill-manifattur fir-rigward tad-dimensjonijiet tal-immuntar u jistgħu jitqabbdu ma’ mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar standard tal-klassi xierqa f’konformità mat-Tabella 2 tal-Anness 5.

2.3.

Mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar mhux standard” ma jikkonformawx fl-aspetti kollha mad-dimensjonijiet standard u mal-valuri karatteristiċi mogħtija f’dan ir-Regolament iżda jistgħu jitqabbdu ma’ mekkaniżmi u ma’ komponenti tal-akkoppjar standard fil-klassi rilevanti.

2.4.

Mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar mixxellanji mhux standard” ma jikkonformawx mad-dimensjonijiet standard u mal-valuri karatteristiċi kif mogħtija f’dan ir-Regolament u ma jistgħux jitqabbdu ma’ mekkaniżmi u ma’ komponenti tal-akkoppjar standard. Dawn jinkludu, pereżempju, mekkaniżmi li ma jikkorrispondu ma’ ebda waħda mill-klassijiet a sa r elenkati fil-paragrafu 2.6., iżda li jikkonformaw mal-istandards nazzjonali u internazzjonali eżistenti.

2.5.

L-oqfsa tal-irmonk jistgħu jinkludu aktar minn komponent wieħed u jistgħu jkunu aġġustabbli jew aġġustati għall-għoli malajr bil-pernijiet.

Dan ir-Regolament japplika għal oqfsa tal-irmonk li huma unitajiet separati, mhux parti strutturali tat-trattur.

2.6.

Il-mekkaniżmi u l-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar huma kklassifikati skont it-tip kif ġej:

2.6.1.

Klassi a80

Il-boċċa tal-akkoppjar 80 u l-keeper plate li jużaw mekkaniżmu sferiku u saljaturi fuq il-vettura tal-irmonk għall-konnessjoni mat-trejler permezz ta’ Ras tal-akkoppjar 80 tal-iscraper forma ta’ ballun.

2.6.2.

Klassi b80

Ir-ras tal-akkoppjar 80 għandha kavità sferika ta’ 80 mm, imwaħħla mal-iżbarra tal-irmonk tat-trejler għall-konnessjoni mal-Boċċa tal-akkoppjar 80.

2.6.3.

Klassi c40

L-akkoppjar bl-iżbarra tal-irmonk tat-tip clevis b’pern (dijametru ta’ 30 mm sa 38 mm), b’xedaq u b’pern awtomatiku jew mhux awtomatiku li jagħlaq u li jimblokka fuq il-vettura tal-irmonk għall-konnessjoni mat-trejler permezz ta’ ċirku tal-akkoppjar

2.6.4.

Klassi d40-1

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk 40 li jkollhom toqba ċilindrika adatta għal pern (dijametru ta’ 30 mm sa 38 mm) u ħxuna nominali ta’ 30,5 mm, u mwaħħla mal-iżbarra tal-irmonk tat-trejlers għall-konnessjoni mal-akkoppjar tat-tip clevis.

2.6.5.

Klassi d40-2

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk 40 li jkollhom toqba ċilindrika adatta għal pern (dijametru ta’ 30 mm sa 38 mm) u ħxuna nominali ta’ 42 mm, imwaħħla mal-iżbarra tal-irmonk ta’ trejler għall-konnessjoni ma’ akkoppjar tat-tip clevis.

2.6.6.

Klassi d50

Għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali li jkollha toqba b’dijametru ta’ 50 mm, li tkun imwaħħla mal-iżbarri tal-irmonk tat-trejler għall-konnessjoni ma’ ganċ tal-irmonk (klassi g) jew ma’ akkoppjar tat-tip piton (klassi h)

2.6.6.1.

Klassi d50-1

Għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali li jkollha toqba b’dijametru ta’ 50 mm u dijametru nominali tas-sezzjoni trażversali ta’ 30 mm, li tkun imwaħħla mal-iżbarri tal-irmonk tat-trejler għall-konnessjoni ma’ ganċ tal-irmonk (klassi g) jew ma’ akkoppjar tat-tip piton (klassi h)

2.6.6.2.

Klassi d50-2

Għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali li jkollha toqba b’dijametru ta’ 50 mm u dijametru tas-sezzjoni trażversali ta’ massimu ta’ 41 mm, li tkun imwaħħla mal-iżbarri tal-irmonk tat-trejler għall-konnessjoni ma’ ganċ tal-irmonk (klassi g)

2.6.7.

Klassi e

Żbarri tal-irmonk mhux standard li jinkludu żbarri tal-irmonk mifruqa u oħrajn, mekkaniżmi bl-inerzja u oġġetti simili ta’ tagħmir immuntati fuq quddiem tal-vettura rmunkata, jew fuq ix-xażi tal-vettura, li huma adatti għall-akkoppjar mal-vettura tal-irmonk permezz ta’ ċrieki tal-akkoppjar. Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk, ras l-akkoppjar ta’ scrapers forma ta’ ballun jew mekkaniżmi simili tal-akkoppjar.

L-iżbarri tal-irmonk jistgħu jkunu impernjati biex jiċċaqilqu liberament fi pjan vertikali u ma jsostnu l-ebda tagħbija vertikali jew ikunu fissi fi pjan vertikali sabiex jifilħu tagħbija vertikali (żbarri riġidi tal-irmonk). L-iżbarri tal-irmonk riġidi jistgħu jkunu kompletament riġidi jew ikunu mmuntati bil-molla jew b’mod li jista’ jiġi aġġustat (eż. b’mod idrawliku).

L-iżbarri tal-irmonk jistgħu jinkludu wkoll aktar minn komponent wieħed u jistgħu jkunu aġġustabbli jew cranked.

2.6.8.

Klassi f

Oqfsa tal-irmonk mhux standard li jinkludu l-komponenti u l-mekkaniżmi kollha bejn il-mekkaniżmi tal-akkoppjar, bħall-akkoppjar clevis, l-akkoppjar tal-boċċi eċċ., u l-parti ta’ wara tat-trattur (pereżempju t-trażmissjoni, il-karozzerija li ġġorr it-tagħbija jew ix-xażi).

2.6.9.

Klassi g

Ganċijiet tal-irmonk b’keeper plate u b’mekkaniżmu li jbaxxi li jitħaddem bl-użu tal-enerġija esterna għall-akkoppjar ikkontrollat mill-bogħod u d-diżakkoppjar għall-konnessjoni mat-trejler bl-użu ta’ ċrieki tal-irmonk jew għajnejn l-iżbarri tal-irmonk.

2.6.10.

Klassi h

Akkoppjar tat-tip Piton b’keeper plate li jkun imqabbad mat-trejler permezz ta’ għajnejn l-iżbarra tal-irmonk jew ċrieki tal-irmonk.

2.6.11.

Klassi i

Akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-trattur li ma ddurx madwar l-assi lonġitudinali.

2.6.12.

Klassi j

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk li huma mwaħħla mal-iżbarri tal-irmonk tat-trejler għall-konnessjoni ma’ żbarra tal-irmonk tat-trattur (klassi i).

2.6.13.

Klassi q

Akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-tip clevis li ma ddurx madwar l-assi lonġitudinali.

2.6.14.

Klassi r

Għajn l-iżbarra tal-irmonk, li ddur madwar l-assi lonġitudinali, li jkollha sezzjoni trażversali ċirkolari u li tkun imwaħħla mal-iżbarra tal-irmonk tat-trejlers għall-konnessjoni ma’ akkoppjar tat-tip clevis li ma jdurx (klassi q).

2.6.15.

Klassi s

Mekkaniżmi u komponenti tal-akkoppjar li ma jikkonformaw mal-ebda waħda mill-klassijiet a sa r u li jintużaw għal applikazzjonijiet speċjali u li ġeneralment ikunu koperti minn standards nazzjonali jew internazzjonali eżistenti (uniċi għal xi pajjiżi).

2.7.

Is-sistemi ta’ kontroll mill-bogħod huma mekkaniżmi u komponenti” li jippermettu li l-mekkaniżmu tal-akkoppjar jitħaddem min-naħa tal-vettura jew mill-kabina tas-sewqan tal-vettura.

2.8.

L-indikaturi mill-bogħod” huma mekkaniżmi u komponenti li jagħtu indikazzjoni li l-akkoppjar sar u li l-mekkaniżmu ta’ mblukkar qiegħed jaħdem.

2.9.

Tip ta’ mekkaniżmu jew komponent tal-akkoppjar” tfisser mekkaniżmu jew komponent li ma jkunx differenti f’aspetti essenzjali bħal:

2.9.1.

L-isem kummerċjali jew it-trademark tal-manifattur jew tal-fornitur;

2.9.2.

Il-klassi tal-akkoppjar kif iddefinita fil-paragrafu 2.6.;

2.9.3.

Il-forma esterna, id-dimensjonijiet prinċipali jew id-differenza fundamentali fid-disinn inklużi l-materjali użati; u

2.9.4.

Il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, Av u V kif iddefiniti fil-paragrafu 2.10.

2.10.

Il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, Av u V huma ddefiniti jew iddeterminati bħala:

2.10.1.

Il-valur D jew DC huwa l-valur ta’ referenza teoretiku għall-forzi orizzontali fil-vettura tal-irmonk u t-trejler u jintuża bħala l-bażi għal tagħbijiet orizzontali fit-testijiet dinamiċi.

Għal mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar mhux iddisinjati biex jifilħu għal tagħbijiet vertikali imposti, il-valur huwa:

Formula

Għal mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għal trejlers bi żbarra tal-irmonk riġida kif iddefiniti fil-paragrafu 2.12., il-valur huwa:

Formula

Fejn:

T

hija l-massa massima teknikament permissibbli tal-vettura tal-irmonk, f’tunnellati. Fejn rilevanti, dan jinkludi t-tagħbija vertikali imposta minn trejler bi żbarra tal-irmonk riġida. (3)

R

hija l-massa massima teknikament permissibbli, f’tunnellati, ta’ trejler bi żbarra tal-irmonk libera li tiċċaqlaq fi pjan vertikali, jew ta’ semitrejler.3

C

hija l-massa, f’tunnellati, trażmessa lejn l-art mill-fus jew mill-fusien tat-trejler bi żbarra tal-irmonk riġida, kif iddefinit fil-paragrafu 2.12., meta akkoppjata mal-vettura tal-irmonk u mgħobbija sal-massa massima teknikament permissibbli.2

g

hija l-aċċellerazzjoni minħabba l-gravità (preżunta li hija 9,81 m/s2)

S

kif iddefinit fil-paragrafu 2.10.2.

2.10.2.

Il-valur S huwa l-massa vertikali, f’kilogrammi, imposta fuq l-akkoppjar, f’kundizzjonijiet statiċi, mit-trejler bi żbarra tal-irmonk riġida, kif iddefinit fil-paragrafu 2.12., ta’ massa massima teknikament permissibbli.3

2.10.3.

Il-valur Av huwa l-massa massima permessa tal-fus, tal-fus direzzjonali f’tunnellati f’każ ta’ trejlers bi żbarri tal-irmonk impernjati.

2.10.4.

Il-valur V huwa l-valur ta’ referenza teoretiku tal-amplitudni tal-forza vertikali imposta fuq l-akkoppjar mit-trejler bi żbarra tal-irmonk riġida ta’ massa massima teknikament permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellati. Il-valur V jintuża bħala l-bażi għall-forzi vertikali fit-testijiet dinamiċi.

Formula

2.11.

Simboli u definizzjonijiet użati fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament.

Av

=

massa massima permessa tal-fus, tal-fus direzzjonali f’tunnellati fil-każ ta’ trejlers bi żbarri tal-irmonk impernjati.

C

=

massa ta’ trejler bi żbarra tal-irmonk riġida f’tunnellati – ara l-paragrafu 2.10.1 ta’ dan ir-Regolament.

D

=

valur D f’kN – ara l-paragrafu 2.10.1 ta’ dan ir-Regolament.

Dc

=

valur Dc f’kN għal trejlers bi żbarra tal-irmonk riġida – ara l-paragrafu 2.10.1 ta’ dan ir-Regolament.

R

=

massa ta’ vettura rmunkata f’tunnellati – ara l-paragrafu 2.10.1 ta’ dan ir-Regolament.

T

=

massa tal-vettura tal-irmonk f’tunnellati – ara l-paragrafu 2.10.1 ta’ dan ir-Regolament.

Fs

=

forza statika tal-irfigħ f’kN.

Fh

=

komponent orizzontali tal-forza tat-test fl-assi lonġitudinali tal-vettura f’kN.

Fv

=

komponent vertikali tal-forza tat-test f’kN.

S

=

massa vertikali statika f’kg.

V

=

valur V f’kN – ara l-paragrafu 2.10.4 ta’ dan ir-Regolament.

g

=

aċċellerazzjoni minħabba l-gravità, preżunta bħala 9,81 m/s2.

vmax

=

vmax hija l-veloċità massima skont id-disinn li għaliha l-mekkaniżmu tal-akkoppjar tal-vettura jerġa’ jiġi ttestjat u approvat fir-rigward ta’ dan ir-Regolament

Subscripts:

O

=

forza massima tat-test

U

=

forza minima tat-test

s

=

forza statika

h

=

orizzontali

p

=

pulsanti

res

=

riżultanti

v

=

vertikali

w

=

forza li talterna

2.12.

Trejler bi żbarra tal-irmonk riġida” tfisser vettura rmunkata b’fus jew bi grupp ta’ fusien wieħed, żbarra tal-irmonk li ma tkunx tista’ ddur relattivament għall-vettura jew, minħabba l-preżenza ta’ sistema ta’ sospensjoni (pereżempju), tkun tista’ ddur biss sa ċertu punt limitat madwar assi wieħed – b’mod parallel mal-wiċċ tat-triq u trażversali għad-direzzjoni tal-ivvjaġġar – u għalhekk tista’ tittrażmetti forzi vertikali lill-vettura tal-irmonk. Parti mill-piż ta’ tali trejler tinġarr mill-vettura tal-irmonk. Żbarra tal-irmonk artikolata li tista’ tiġi aġġustata b’mod idrawliku titqies bħala żbarra tal-irmonk riġida. (4)

2.13.

akkoppjar mekkaniku pożittiv” tfisser li d-disinn u l-ġeometrija ta’ mekkaniżmu u l-partijiet komponenti tiegħu għandhom ikunu tali li ma jinfetaħx jew ma jiddiżakkoppjax taħt l-azzjoni tal-ebda forza jew komponenti ta’ forzi li għalihom ikun soġġett waqt użu normali jew waqt l-ittestjar.

2.14.

Tip ta’ vettura” tfisser vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħall-istruttura, id-dimensjonijiet, il-forma u l-materjali f’żoni li magħhom jitwaħħal il-mekkaniżmu mekkaniku tal-akkoppjar jew il-komponent. Dan japplika kemm għall-vettura tal-irmonk kif ukoll għat-trejler.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ MEKKANIŻMU JEW TA’ KOMPONENT MEKKANIKU TAL-AKKOPPJAR

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mid-detentur tal-isem kummerċjali jew tat-trademark jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat kif xieraq.

3.2.

Għal kull tip ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni li ġejja, pereżempju, permezz tal-Formola ta’ Komunikazzjoni mogħtija fl-Anness 1:

3.2.1.

Dettalji tat-tradenames jew tal-marki kummerċjali kollha tal-manifattur jew tal-fornitur li għandhom jiġu applikati għall-mekkaniżmu jew il-komponent tal-akkoppjar;

3.2.2.

Disinji li huma dettaljati biżżejjed biex jiddefinixxu l-mekkaniżmu jew il-komponent u li jispeċifikaw kif għandu jitwaħħal mal-vettura; id-disinji għandhom juru l-pożizzjoni u l-ispazju pprovduti għan-numru tal-approvazzjoni u għal immarkar ieħor kif mogħti fil-paragrafu 7.;

3.2.3.

Dikjarazzjoni tal-valuri ta’ D, Dc, S, Av u V kif applikabbli u kif iddefiniti fil-paragrafu 2.10.

3.2.3.1.

Il-valuri karatteristiċi tal-mekkaniżmi tal-akkoppjar għandhom ikunu mill-inqas ugwali għal dawk applikabbli għall-mases massimi permissibbli tal-vetturi tal-irmonk, tat-trejlers u ta’ kombinament.

3.2.4.

Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-mekkaniżmu jew tal-komponent, li tispeċifika, b’mod partikolari, it-tip u l-materjali użati;

3.2.5.

Kampjuni kif mitlub mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew mis-Servizz Tekniku;

3.2.6.

Il-kampjuni kollha għandhom jitlestew bis-sħiħ bit-trattament finali tas-superfiċe applikat. Madankollu, jekk it-trattament finali jsir biż-żebgħa jew b’kisja tat-trab epossidiku, dan għandu jitħalla barra;

4.   REKWIŻITI ĠENERALI GĦALL-MEKKANIŻMI JEW GĦALL-KOMPONENTI MEKKANIĊI TAL-AKKOPPJAR

4.1.

Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet dimensjonali u tas-saħħa stabbiliti fl-Annessi 5 u 6. Wara t-testijiet speċifikati fl-Anness 6 ma għandu jkun hemm l-ebda xaqq, qsim jew kwalunkwe distorsjoni permanenti eċċessiva li tkun ta’ detriment għat-tħaddim sodisfaċenti tal-mekkaniżmu jew tal-komponent.

4.2.

Il-partijiet kollha tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar li l-ħsara fih tista’ tirriżulta fis-separazzjoni tal-vettura u tat-trejler għandhom ikunu magħmula mill-azzar jew mill-ħadid fondut. Jistgħu jintużaw materjali oħra dment li l-manifattur ikun wera ekwivalenza għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew tas-Servizz Tekniku tal-Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament.

4.3.

Il-mekkaniżmi jew il-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għandhom ikunu sikuri biex jitħaddmu u l-akkoppjar u d-diżakkoppjar għandu jkun possibbli minn persuna waħda mingħajr l-użu ta’ għodod. Il-mekkaniżmi tal-akkoppjar maħsuba għat-trejlers li jkollhom massa massima teknikament permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellati għandhom ikunu ta’ wieħed mit-tipi li ġejjin:

(a)

Akkoppjar awtomatiku ddefinit f’2.2, jew

(b)

Akkoppjar awtomatizzat u proċess ta’ mblukkar fejn il-proċess tal-akkoppjar mibdi jiġi ffinalizzat awtomatikament u l-pożizzjoni mblokkata indikata fil-kamp viżiv tas-sewwieqa, jew

(c)

Imblokkat u marbut b’mod manwali mingħajr mekkaniżmu ta’ awtomatizzazzjoni jew li jillokkja waħdu.

4.4.

Il-mekkaniżmi jew il-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li f’użu normali u b’manutenzjoni korretta u b’sostituzzjoni tal-partijiet mkagħbra jkomplu jiffunzjonaw b’mod sodisfaċenti u jżommu l-karatteristiċi preskritti minn dan ir-Regolament.

4.5.

Il-mekkaniżmi jew il-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar kollha għandhom ikunu ddisinjati biex ikollhom akkoppjar mekkaniku pożittiv u l-pożizzjoni magħluqa għandha tkun illokkjata mill-inqas darba b’aktar akkoppjar mekkaniku pożittiv sakemm ma jkunx hemm aktar rekwiżiti ddikjarati fl-Anness 5. Inkella jista’ jkun hemm żewġ arranġamenti separati jew aktar biex tiġi żgurata l-integrità tal-mekkaniżmu iżda kull arranġament għandu jkun iddisinjat biex ikollu akkoppjar mekkaniku pożittiv u għandu jiġi ttestjat individwalment għal kwalunkwe rekwiżit mogħti fl-Anness 6. L-akkoppjar mekkaniku pożittiv għandu jkun kif iddefinit fil-paragrafu 2.13.

Il-forzi tal-molla jistgħu jintużaw biss biex jingħalaq il-mekkaniżmu u jiġi pprevenut li l-effetti tal-vibrazzjoni jikkawżaw biex partijiet komponenti tal-mekkaniżmu jiċċaqilqu għal pożizzjonijiet fejn jista’ jinfetaħ jew ma jibqax imqabbad.

Il-ħsara jew l-ommissjoni ta’ kwalunkwe molla waħda ma għandhiex tippermetti li l-mekkaniżmu sħiħ jinfetaħ jew ma jibqax imqabbad.

Il-mekkaniżmi ta’ indikazzjoni mill-bogħod, meta jiġu installati fil-kabina tal-vettura, għandhom jiġu mmuntati fil-kamp viżiv tas-sewwieq, u għandhom jiġu identifikati b’mod ċar.

Meta jiġu installati fuq in-naħa tal-vettura, il-mekkaniżmi ta’ indikazzjoni mill-bogħod għandhom jiġu identifikat b’mod permanenti u ċar. Il-mekkaniżmu ta’ indikazzjoni mill-bogħod għandu jiġi attivat u ssettjat mill-ġdid awtomatikament matul kull ftuħ u għeluq tal-akkoppjar.

4.6.

Kull mekkaniżmu jew komponent għandu jkun akkumpanjat minn struzzjonijiet dwar l-installazzjoni u t-tħaddim li jagħtu biżżejjed informazzjoni lil kwalunkwe persuna kompetenti biex dawn jiġu installati b’mod korrett fuq il-vettura u jitħaddmu kif suppost – ara wkoll l-Anness 7. L-istruzzjonijiet għandhom ikunu tal-inqas bil-lingwa tal-pajjiż li fih se jiġi offrut għall-bejgħ. Fil-każ ta’ mekkaniżmi u komponenti fornuti għat-tagħmir oriġinali li jitwaħħal minn manifattur tal-vettura jew minn bennej tal-karozzerija, l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni jistgħu ma jiġux ipprovduti iżda l-manifattur tal-vettura jew il-bennej tal-karozzerija se jkunu responsabbli biex jiżguraw li l-operatur tal-vettura jiġi pprovdut bl-istruzzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim korrett tal-mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar.

4.7.

Il-mekkaniżmi tal-irmonk li jistgħu jiġu aġġustati malajr skont l-għoli mingħajr assistenza tal-enerġija ma jistgħux jaqbżu l-forza operattiva ta’ 40 daN.

5.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ VETTURA MGĦAMMRA B’MEKKANIŻMU JEW B’KOMPONENT MEKKANIKU TAL-AKKOPPJAR

5.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-twaħħil ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu debitament akkreditat.

5.2.

Din għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni li ġejja biex tippermetti lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip timla l-formola ta’ komunikazzjoni mogħtija fl-Anness 2.

5.2.1.

Disinji li huma dettaljati biżżejjed biex jidentifikaw il-mekkaniżmu jew il-komponent u li jispeċifikaw kif għandu jitwaħħal mal-vettura; id-disinji għandhom juru l-pożizzjoni u l-ispazju pprovduti għan-numru tal-approvazzjoni u għal immarkar ieħor kif mogħti fil-paragrafu 7.;

5.2.2.

Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-mekkaniżmu jew tal-komponent, li tispeċifika, b’mod partikolari, it-tip u l-materjali użati;

5.2.3.

Dikjarazzjoni tal-valuri ta’ D, Dc, S, Av u V kif applikabbli u kif iddefiniti fil-paragrafu 2.10.;

5.2.3.1.

Il-valuri karatteristiċi għandhom ikunu tal-inqas ugwali għal dawk applikabbli għall-mases massimi permissibbli tal-vettura tal-irmonk, tat-trejler u tal-kombinament.

5.2.4.

Vettura, rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat u mgħammra b’mekkaniżmu mekkaniku tal-akkoppjar, għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew lis-Servizz Tekniku li jistgħu jitolbu wkoll kampjuni addizzjonali tal-mekkaniżmu jew tal-komponent;

5.2.5.

Vettura li ma jkollhiex il-komponenti kollha xierqa għat-tip tista’ tiġi aċċettata dment li l-applikant ikun jista’ juri, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew tas-Servizz Tekniku, li n-nuqqas tal-komponenti ma jkollu l-ebda effett fuq ir-riżultati tal-ispezzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

6.   REKWIŻITI ĠENERALI GĦALL-VETTURI MGĦAMMRA B’MEKKANIŻMU JEW B’KOMPONENT MEKKANIKU TAL-AKKOPPJAR

6.1.

Il-mekkaniżmu jew il-komponent mekkaniku tal-akkoppjar imwaħħal mal-vettura għandu jiġi approvat f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 3. u 4. u l-Annessi 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament.

6.2.

L-installazzjoni tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament.

6.3.

Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet operattivi għall-użu tal-mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar li għandu jkun fihom kwalunkwe struzzjoni speċjali għal operazzjonijiet li jkunu differenti minn dawk normalment assoċjati mat-tip ta’ mekkaniżmu jew ta’ komponent tal-akkoppjar u struzzjonijiet għall-akkoppjar u d-diżakkoppjar b’modi differenti ta’ tħaddim, pereżempju, f’diversi angoli bejn il-vetturi tal-irmonk u dawk irmunkati. Kull vettura għandha tkun akkumpanjata minn dawn l-istruzzjonijiet operattivi li għandhom ikunu tal-inqas fil-lingwa tal-pajjiż li fih se tiġi offruta għall-bejgħ.

7.   MARKAR

7.1.

It-tipi ta’ mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar sottomessi għall-approvazzjoni għandu jkollhom pjanċa tat-tip bl-isem kummerċjali jew bit-trademark tal-manifattur, tal-fornitur jew tal-applikant.

7.2.

Għandu jkun hemm spazju kbir biżżejjed għall-applikazzjoni tal-marka tal-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 8.5. u murija fl-Anness 3. Dan l-ispazju għandu jintwera fid-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.2.

7.3.

Maġenb il-marka tal-approvazzjoni msemmija fil-paragrafi 7.2. u 8.5., il-mekkaniżmu jew il-komponent mekkaniku tal-akkoppjar għandu jkun immarkat bil-klassi tal-akkoppjar, kif iddefinit fil-paragrafu 2.6. u l-valuri karatteristiċi rilevanti kif iddefiniti fil-paragrafu 2.10. u murija fl-Anness 4 u l-veloċità massima tad-disinn iddefinita fil-paragrafu 2.11. Il-pożizzjoni għal dan l-immarkar għandha tintwera fid-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.2.

7.4.

Meta l-mekkaniżmu jew il-komponent mekkaniku tal-akkoppjar ikun approvat għal valuri karatteristiċi alternattivi fl-istess klassi ta’ akkoppjar jew ta’ mekkaniżmu, massimu ta’ żewġ alternattivi għandhom jiġu mmarkati fuq il-mekkaniżmu jew il-komponent.

7.5.

Jekk l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar tkun ristretta bi kwalunkwe mod, pereżempju, jekk l-użu tal-mekkaniżmu jkun limitat għal ċerta veloċità, dik ir-restrizzjoni għandha tiġi mmarkata fuq il-mekkaniżmu jew il-komponent.

7.6.

L-immarkar kollu għandu jkun permanenti u leġibbli meta l-mekkaniżmu jew il-komponent jiġi installat fuq il-vettura.

8.   APPROVAZZJONI

8.1.

Jekk il-kampjun(i) ta’ tip ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar jissodisfa(w) (i)r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata soġġett għall-issodisfar b’mod sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-paragrafu 10.

8.2.

Għal kull tip approvat, għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-preżent 00) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ mekkaniżmu jew ta’ komponent imsemmi f’dan ir-Regolament.

8.3.

Notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni, taċ-ċaħda jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox, relatata ma’ tip ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar approvat skont dan ir-Regolament, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 jew fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

8.4.

Minbarra l-marka preskritta fil-paragrafu 7.1., għandu jkun hemm imwaħħla ma’ kull mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar approvat skont dan ir-Regolament, fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 7.2., marka tal-approvazzjoni kif deskritta fil-paragrafu 8.5.

8.5.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun marka internazzjonali li tinkludi:

8.5.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwita bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni; (5)

8.5.2.

In-numru tal-approvazzjoni preskritt fil-paragrafu 8.2.;

8.5.3.

Ittra kapitali D meta ttestjata skont l-Anness 6, il-paragrafu 3.1.3 (test dinamiku tar-reżistenza) jew

8.5.4.

ittra kapitali S meta ttestjata skont l-Anness 6, il-paragrafu 3.3.3.2 (test statiku);

8.5.5.

Ittra kapitali T għall-ittestjar b’żewġ komponenti;

8.5.6.

Il-marka u n-numru tal-approvazzjoni għandhom jiġu rranġati kif muri fl-eżempju fl-Anness 3.

9.   MODIFIKI TAL-MEKKANIŻMU JEW TAL-KOMPONENT MEKKANIKU TAL-AKKOPPJAR, JEW TAL-VETTURA U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

9.1.

Kwalunkwe modifika fit-tip ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar, jew tal-vettura kif iddefinit fil-paragrafu 2.9. għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew lis-Servizz Tekniku li jkunu taw l-approvazzjoni. Imbagħad, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku jistgħu jew:

9.1.1.

Iqisu li l-modifiki x’aktarx li ma jkollhom l-ebda effett negattiv apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-mekkaniżmu, il-komponent jew il-vettura għadhom jikkonformaw mar-rekwiżiti; jew

9.1.2.

Jitolbu rapport tat-test ieħor.

9.2.

Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-modifika, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura preskritta fil-paragrafu 8.3. lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament.

9.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku li joħorġu estensjoni tal-approvazzjoni għandhom jassenjaw numru tas-serje għal tali estensjoni u għandhom jinformaw lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament bil-proċedura preskritta fil-paragrafu 8.3.

10.   KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TA’ PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim tal-1958, (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), u b’mod partikolari ma’ dawn ir-rekwiżiti:

10.1.

Id-detentur tal-approvazzjoni għandu jiżgura li r-riżultati tat-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni jiġu rreġistrati u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu stabbilit bi qbil mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew mas-Servizz Tekniku. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż l-10 snin li jibdew jgħoddu miż-żmien meta l-produzzjoni tiġi mwaqqfa għalkollox.

10.2.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku li jkunu taw l-approvazzjoni tat-tip jistgħu fi kwalunkwe waqt jivverifikaw il-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

11.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

11.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti ma jintlaħqux jew jekk il-mekkaniżmu jew il-komponent li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ma jikkonformax mat-tip approvat.

11.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tat qabel, din għandha mill-ewwel tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 jew fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

12.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew lis-Servizz Tekniku li jkunu taw l-approvazzjoni. Meta jirċievu l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità tal-Approvazzjoni jew is-Servizz Tekniku għandhom jinformaw lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 jew fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

13.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

13.1.

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew tal-produzzjoni mwaqqfa b’mod definittiv, maħruġa f’pajjiżi oħra.

(1)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, il-para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  Skont it-tifsira tal-Konvenzjoni dwar it-Traffiku fit-Toroq (Vjenna, 1968, l-Artikolu 1, is-subparagrafi (t) u (u)).

(3)  Il-massa T u R u l-massa massima teknikament permissibbli, jistgħu jkunu akbar mill-massa massima permissibbli preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(4)  Il-massa T u R u l-massa teknikament permissibbli jistgħu jkunu akbar mill-massa massima permissibbli preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(5)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru għal darb’oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6, Anness 3- www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.


ANNESS 1

Komunikazzjoni dwar mekkaniżmi u komponenti

(Format Massimu: A4 (210 x 297 mm))

Image 1

 (1)

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni:


Li tikkonċerna: (2)

approvazzjoni mogħtija

 

approvazzjoni estiża

 

approvazzjoni rrifjutata

 

approvazzjoni rtirata

 

produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ unità teknika jew komponent mekkaniċi tal-akkoppjar skont ir-Regolament tan-NU Nru 147

Nru tal-Approvazzjoni … Nru tal-Estensjoni …

1.   

L-isem kummerċjali jew it-trademark tal-unità teknika jew tal-komponent: …

2.   

Isem il-manifattur għat-tip ta’ unità teknika jew komponent: …

3.   

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

4.   

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

5.   

Ismijiet jew trademarks alternattivi tal-fornitur applikati għall-unità teknika jew għall-komponent: …

6.   

Fil-każ ta’ unità teknika: it-tip u l-għamla tal-vettura, fejn tkun maħsuba l-unità teknika …

7.   

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija jew tal-korp li jieħu r-responsabbiltà għall-konformità tal-produzzjoni: …

8.   

Imressqa għall-approvazzjoni fi: …

9.   

Is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: …

10.   

Deskrizzjoni fil-qosor:…

10.1.   

Tip u klassi tal-unità teknika jew tal-komponent: …

10.2.   

Valuri karatteristiċi: …

10.2.1.   

Valuri primarji:

D… kN … Dc. … kN S.… kg

Av. … tunnellati … vmax … km/h … V. … kN

Valuri alternattivi:

D … kN … Dc.… kN … S… kg

Av… tunnellati … vmax… .km/h… V… kN

11.   

Struzzjonijiet għat-twaħħil tat-tip ta’ mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar mal-vettura u ritratti jew disinji tal-punti tal-immuntar mogħtija mill-manifattur tal-vettura: …

12.   

Informazzjoni dwar it-twaħħil ta’ kwalunkwe saljatura jew pjanċa speċjali ta’ rinforz jew komponenti ta’ spazju meħtieġa għat-twaħħil tal-mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar: …

13.   

Data tar-rapport tat-test: …

14.   

Numru tar-rapport tat-test: …

15.   

Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …

16.   

Raġuni(jiet) għala ġie estiż iż-żmien tal-approvazzjoni: …

17.   

Approvazzjoni mogħtija/estiża/irrifjutata/irtirata:2

18.   

Post: …

19.   

Data: …

20.   

Firma: …

21.   

Il-lista ta’ dokumenti ddepożitati mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni hija mehmuża ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb fuq talba: …


(1)  In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Aqta’ barra dawk li ma japplikawx.


ANNESS 2

Komunikazzjoni dwar il-vetturi

(Format Massimu: A4 (210 x 297 mm))

Image 2

 (1)

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni:


Li tikkonċerna: (2)

approvazzjoni mogħtija

 

approvazzjoni estiża

 

approvazzjoni rrifjutata

 

approvazzjoni rtirata

 

produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-twaħħil ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar skont ir-Regolament tan-NU Nru 147

Nru tal-Approvazzjoni. … Nru tal-Estensjoni . …

1.   

L-isem kummerċjali jew it-trademark tal-vettura: …

2.   

Tip ta’ vettura: …

3.   

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

4.   

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

5.   

Il-kategorija tal-vettura, pereżempju, T, R: (3) ….

6.   

Massa massima permissibbli tal-vettura: ….kg

Distribuzzjoni tal-massa massima permissibbli tal-vettura bejn il-fusien: …

Massa massima permissibbli tat-trejler li tista’ tiġi rmunkata: …kg

Massa statika massima permissibbli fuq il-punt tal-akkoppjar:…kg

Massa massima tal-vettura, bil-karozzerija, fi stat ta’ tħaddim, inkluż il-fluwidu berried, iż-żjut, il-fjuwil, l-għodod u rota żejda (jekk fornuta) iżda mhux inkluż is-sewwieq: …kg

7.   

Valuri karatteristiċi meħtieġa

D… kN Dc. …. kN S… kg

Av… tunnellati vmax… km/h V … kN

8.   

Struzzjonijiet għat-twaħħil tat-tip ta’ mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar mal-vettura u ritratti jew disinji tal-punti tal-immuntar: ….

9.   

Informazzjoni dwar it-twaħħil ta’ kwalunkwe saljatura jew pjanċa speċjali ta’ rinforz jew komponenti ta’ spazju meħtieġa għat-twaħħil tal-mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar: …

10.   

It-tradename jew il-marka kummerċjali tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar u n-numru tal-approvazzjoni: …

11.   

Klassi tal-mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar: …

12.   

Imressqa għall-approvazzjoni fi: …

13.   

Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: …

14.   

Data tar-rapport tat-test: …

15.   

Numru tar-rapport tat-test: …

16.   

Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …

17.   

Raġuni(jiet) għala ġie estiż iż-żmien tal-approvazzjoni: …

18.   

Approvazzjoni mogħtija/estiża/irrifjutata/irtirata: (2)

19.   

Post: ….

20.   

Data: …

21.   

Firma: …

22.   

Il-lista ta’ dokumenti ddepożitati mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni hija annessa ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb fuq talba. …


(1)  In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Aqta’ barra dawk li ma japplikawx.

(3)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, il-para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.


ANNESS 3

Eżempju ta’ arranġament tal-marka tal-approvazzjoni

Image 3

a = minimu ta’ 8 mm

Il-mekkaniżmu jew il-komponent mekkaniku tal-akkoppjar li jkollu l-marka tal-approvazzjoni murija hawn fuq huwa mekkaniżmu jew komponent approvat fin-Netherlands (E 4), taħt in-numru tal-approvazzjoni 2405, li jissodisfa r-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 00 għal dan ir-Regolament u ġie ttestjat statikament (S).

Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu viċin iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-ittra “E”, jew lejn il-lemin jew lejn ix-xellug ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra “E” u għandhom iħarsu fl-istess direzzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numri tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra.


ANNESS 4

Eżempji ta’ arranġamenti ta’ mmarkar tal-valuri karatteristiċi

1.   

Il-mekkaniżmi jew il-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar kollha għandhom ikunu mmarkati bil-klassi tal-mekkaniżmu jew tal-komponent. Barra minn hekk, għandu jkun hemm immarkar li jindika l-kapaċità f’termini ta’ valuri karatteristiċi kif iddefiniti fil-paragrafu 2.10 ta’ dan ir-Regolament.

1.1.   

L-għoli tal-ittri u tan-numri kollha għandu jkun mhux inqas minn dawk tan-numru tal-approvazzjoni, jiġifieri a/3 fejn a tkun minimu ta’ 8 mm.

1.2.   

Il-valuri karatteristiċi applikabbli għal kull mekkaniżmu jew komponent li għandhom jiġu mmarkati huma kif murija fit-Tabella ta’ hawn taħt - ara wkoll il-paragrafu 7.3 ta’ dan ir-Regolament:

Tabella 1

Il-valuri karatteristiċi rilevanti li għandhom jiġu mmarkati fuq il-mekkaniżmi jew il-komponenti tal-akkoppjar

Deskrizzjoni tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar

Il-valuri karatteristiċi rilevanti li għandhom jiġu mmarkati

 

Klassi

D

Dc

S

V

vmax

T  (*2)

Boċċi tal-akkoppjar 80 (Klassi a)

-

Ras tal-akkoppjar (Klassi b)

-

Akkoppjar tat-tip Clevis (Klassi c jew q)

Akkoppjar tat-tip Hooke (Klassi g)

-

Żbarri tal-irmonk tat-trattur (Klassi i)

Oqfsa tal-irmonk (Klassi f)

-

Akkoppjar tat-tip Piton (Klassi h)

-

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (Klassi d jew r)

Żbarri tal-irmonk (Klassi e)  (*1)

-

Eżempji

:

a80 D130 Dc90 S2000 jidentifika boċċa tal-akkoppjar standard 80 tal-Klassi a80 b’valur D massimu ta’ 130 kN, valur Dc massimu permess ta’ 90 kN u tagħbija imposta vertikali statika massima permessa ta’ 2 000 kg.


(*1)  L-iżbarri tal-irmonk impernjati għandu jkollhom ukoll il-valur Av immarkat fuq il-pjanċa tat-tip, iżda l-ebda valur S jew V

(*2)  Massa li tista’ tiġi rmunkata meta ttestjata skont il-paragrafu 3.3.3.2 tal-Anness 6. (test statiku) (għandu jiġi ddefinit fid-definizzjonijiet, jekk ikun meħtieġ)


ANNESS 5

Rekwiżiti għal mekkaniżmi jew komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għall-vetturi tal-kategoriji T, R u S

1.   

Il-boċċi tal-akkoppjar 80 u l-keeper plates (Klassi a80)

1.1.   

Rekwiżiti ġenerali għall-boċċi tal-akkoppjar 80

1.1.1.   

Il-boċċi tal-akkoppjar 80 u l-keeper plates kollha għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li l-boċċi tal-akkoppjar jissodisfaw it-testijiet preskritti fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 6 u l-keeper plates jissodisfaw it-testijiet preskritti fil-paragrafu 3.3.5 tal-Anness 6.

1.1.2.   

Il-boċċi tal-akkoppjar 80 tal-klassi a għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 1 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni. Il-pożizzjoni tal-keeper plate hija murija fl-Illustrazzjoni 2.

Illustrazzjoni 1

Boċċa tal-akkoppjar tal-Klassi a (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 4

Illustrazzjoni 2

Dimensjonijiet tal-keeper plate (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 5

1.1.3.   

Il-boċċi tal-akkoppjar 80 għandu jkollhom tal-inqas l-angoli ta’ artikolazzjoni li ġejjin, li ma għandhomx jintlaħqu simultanjament:

Illustrazzjoni 3

Angoli ta’ artikolazzjoni

Image 6

2.   

Ras tal-akkoppjar 80 (Klassi b80)

2.1.   

Rekwiżiti ġenerali għal ras tal-akkoppjar 80

2.1.1.   

L-irjus tal-akkoppjar 80 kollha għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkunu jistgħu jissodisfaw it-testijiet mogħtija fil-paragrafu 3.2 tal-Anness 6.

2.1.2.   

Ir-ras tal-akkoppjar 80 tal-klassi b għandha tikkonforma mal-Illustrazzjoni 4 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni.

Illustrazzjoni 4

Dimensjonijiet tar-ras tal-akkoppjar 80 tal-Klassi b (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 7

3.   

L-akkoppjar bl-iżbarra tal-irmonk tat-tip clevis (Klassi c40)

3.1.   

Rekwiżiti ġenerali għall-akkoppjar bl-iżbarra tal-irmonk tat-tip clevis

3.1.1.   

L-akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-tip clevis kollu għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jissodisfa t-testijiet preskritti fil-paragrafu 3.3.1 tal-Anness 6 u l-mekkaniżmi ta’ mblukkar sabiex jissodisfaw it-testijiet preskritti fil-paragrafu 3.3.1.3 tal-Anness 6.

3.1.2.   

L-akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-tip clevis tal-klassi c għandu jikkonforma mal-Illustrazzjonijiet 5, 6 u 7 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni. Għall-klassijiet kollha, l-għoli massimu tax-xedaq għandu jkun kostanti fuq mill-inqas nofs il-wisa’ tax-xedaq.

3.1.3.   

Rekwiżiti:

Fil-każ ta’ akkoppjar awtomatiku, il-pożizzjoni magħluqa u mblukkata għandha tkun indikata b’mod ċar u evidenti esternament wara l-akkoppjar b’mill-inqas indikatur ta’ kontroll wieħed.

3.1.4   

L-akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-tip clevis għandu jkollu l-angoli ta’ artikolazzjoni li ġejjin (ara wkoll l-Illustrazzjonijiet 5 u 6):

(a)

Assi vertikali: ± 70° min.

(b)

Assi trażversali: ± 20° min.

(c)

Assi lonġitudinali: ± 20° min.

3.1.5   

Ix-xedaq għandu jippermetti li ċ-ċrieki tal-iżbarra tal-irmonk iduru assjalment tal-inqas 90° lejn il-lemin jew lejn ix-xellug madwar l-assi lonġitudinali tal-akkoppjar b’momentum fiss ta’ bbrejkjar ta’ bejn 30 u 150 Nm.

Illustrazzjoni 5

Mekkaniżmu tal-akkoppjar awtomatiku b’pern sporġut (xellug) u akkoppjar awtomatiku tat-trejler b’pern ċilindriku (lemin) (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 8

Illustrazzjoni 6

Akkoppjar mhux awtomatiku tat-trejler b’pern ċilindriku (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 9

4.   

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (Klassi d40-1 u d40-2)

4.1.   

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk d40-1

4.1.1   

Rekwiżiti ġenerali għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk d40-1

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk kollha tal-klassi d40-1 għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkunu jistgħu jissodisfaw it-testijiet mogħtija fil-paragrafu 3.4 tal-Anness 6. Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk d40-1 jistgħu jkunu mgħammra b’sokit jew mingħajru.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 7 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni taċ-ċirku.

Illustrazzjoni 7

Id-dimensjonijiet prinċipali ta’ għajnejn l-iżbarra tal-irmonk standard d40-1 (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 10

4.2.   

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk d40-2

4.2.1.   

Rekwiżiti ġenerali għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk d40-2

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk kollha tal-klassi d40-2 għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkunu jistgħu jissodisfaw it-testijiet mogħtija fl-Anness 6.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 8 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni taċ-ċirku.

Illustrazzjoni 8

Dimensjonijiet prinċipali taċ-ċirku tal-akkoppjar standard d40-2

Dimensjonijiet f’millimetri

Image 11

4.3.   

Għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali (Klassi d50-1 u d50-2)

4.3.1.   

Rekwiżiti ġenerali

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk kollha tal-klassi d50 għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkunu jistgħu jissodisfaw it-testijiet mogħtija fl-Anness 6.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-klassi d50 għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 9 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni.

Illustrazzjoni 9

Id-dimensjonijiet prinċipali ta’ għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali tal-klassi d50 (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 12

4.3.2.   

Barra minn hekk, għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali tal-klassi d50-1 għandu jkollha d-dimensjonijiet skont l-Illustrazzjoni 10 u għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali tal-klassi d50-2 għandu jkollha d-dimensjonijiet skont l-Illustrazzjoni 11.

Illustrazzjoni 10

Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn l-iżbarra tal-irmonk torojdali tal-klassi d50-1 (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 13

Illustrazzjoni 11

Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn l-iżbarra tal-irmonk torojdali tal-klassi d50-2 (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 14

a

Kontorn estern alternattiv : raġġ estern ta’ 22,5 mass. u raġġ tat-taħlita ta’ 15 min. min-naħa ta’ fuq u ta’ isfel, jew raġġ tat-taħlita min-naħa ta’ fuq u ta’ isfel min. għas-superfiċe ċatta ta’ barra.

b

Kontorn intern.

5.   

Żbarri tal-irmonk (Klassi e)

5.1.   

L-iżbarri tal-irmonk tal-klassi e għandhom jissodisfaw it-testijiet mogħtija fil-paragrafu 3.7 tal-Anness 6.

5.2.   

Sabiex tiġi pprovduta konnessjoni mal-vettura tal-irmonk, l-iżbarri tal-irmonk jistgħu jitwaħħlu jew mar-ras tal-akkoppjar jew ma’ għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-klassijiet b, d jew s. ras tal-akkoppjar u għajnejn l-iżbarra tal-irmonk jistgħu jitwaħħlu permezz ta’ viti, boltijiet jew iwweldjar.

5.3.   

Mekkaniżmi li jaġġustaw l-għoli għall-iżbarri tal-irmonk impernjati

5.3.1.   

L-iżbarri tal-irmonk impernjati għandhom ikunu mgħammra b’mekkaniżmu għall-aġġustament tal-iżbarra tal-irmonk għall-għoli tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar jew tax-xedaq. Dawn il-mekkaniżmi għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li l-iżbarra tal-irmonk tkun tista’ tiġi aġġustata minn persuna waħda mingħajr għodod jew kwalunkwe għajnuna oħra.

5.3.2.   

Il-mekkaniżmi li jaġġustaw l-għoli għandhom ikunu jistgħu jaġġustaw għajnejn l-iżbarra tal-irmonk jew ir-ras tal-akkoppjar 80 mill-orizzontali ’l fuq mill-art mill-inqas 300 mm ’il fuq u ’l isfel. F’din il-medda, l-iżbarra tal-irmonk għandha tkun tista’ tiġi aġġustata mingħajr passi, jew f’passi massimi ta’ 50 mm imkejla fiċ-ċirku tal-akkoppjar jew fir-ras tal-akkoppjar.

5.3.3.   

Il-mekkaniżmi li jaġġustaw l-għoli ma għandhomx jinterferixxu mal-moviment faċli tal-iżbarra tal-irmonk wara l-akkoppjar.

5.3.4.   

Il-mekkaniżmi li jaġġustaw l-għoli ma għandhomx jinterferixxu mal-azzjoni ta’ kwalunkwe brejk tat-tip bl-inerzja.

5.4.   

Fil-każ ta’ żbarri tal-irmonk ikkombinati mal-brejkijiet bl-inerzja, id-distanza bejn iċ-ċentru ta’ għajn l-iżbarra tal-irmonk u t-tarf tal-virga libera ta’ għajn l-iżbarra tal-irmonk ma għandhiex tkun inqas minn 200 mm fil-pożizzjoni tal-applikazzjoni tal-brejk.Bil-virga ta’ għajn l-iżbarra tal-irmonk imdaħħla għalkollox, id-distanza ma għandhiex tkun inqas minn 150 mm.

5.5.   

L-iżbarri tal-irmonk għall-użu fuq trejlers bi żbarra tal-irmonk riġida għandu jkollhom tal-inqas nofs il-moment tar-reżistenza kontra l-forzi laterali kif ukoll kontra l-forzi vertikali.

6.   

L-oqfsa tal-irmonk u l-pjanċi ferrovjarji (Klassi f)

Illustrazzjoni 12

Eżempju ta’ qafas tal-irmonk tal-klassi f

Image 15

6.1.   

L-oqfsa tal-irmonk tal-klassi f għandhom jissodisfaw it-testijiet mogħtija fil-paragrafu 3.6 tal-Anness 6.

6.2.   

Jekk l-oqfsa tal-irmonk ikunu maħsuba biex jiġu mmuntati ma’ tipi speċifiċi ta’ vetturi, il-punti tat-twaħħil u l-akkoppjar għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-manifatturi tal-vettura jew tat-trażmissjoni.

6.3.   

L-oqfsa tal-irmonk jistgħu jiġu ddisinjati bħala qafas li jista’ jiġi aġġustat għall-għoli malajr (qha), qafas li jista’ jiġi aġġustat għall-għoli tal-pern (pha) jew bħala qafas mingħajr aġġustament għall-għoli. It-tipi użati l-aktar huma l-oqfsa qha għal-sliders qha, hekk imsejħa oqfsa tas-sellum kif muri fl-Illustrazzjoni 12.

7.   

Ganċijiet tal-irmonk u keeper plates (Klassi g)

7.1.   

Rekwiżiti ġenerali għall-ganċijiet tal-irmonk

Il-ganċijiet kollha tal-irmonk tal-klassi g u l-keeper plates għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li l-ganċijiet tal-irmonk jissodisfaw it-testijiet mogħtija fl-Anness 6 u l-keeper plates jissodisfaw it-testijiet mogħtija fl-Anness 6.

Il-ganċijiet tal-irmonk tal-klassi g għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 13 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni. Il-pożizzjoni tal-keeper plate hija murija fl-Illustrazzjoni 14.

Il-ganċ tal-irmonk għandu jippermetti angoli ta’ artikolazzjoni f’konformità ma’ 1.1.3.

Illustrazzjoni 13

Dimensjonijiet prinċipali tal-ganċ tal-irmonk (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 16

Illustrazzjoni 14

Il-pożizzjoni tal-keeper plate (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 17

8.   

Akkoppjar tat-tip piton u keeper plates (Klassi h)

8.1.   

Rekwiżiti ġenerali għall-akkoppjar tat-tip piton

L-akkoppjar kollu tat-tip piton tal-klassi h u l-keeper plates għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li l-akkoppjar tat-tip piton jissodisfa t-testijiet mogħtija fl-Anness 6 u l-keeper plates jissodisfaw it-testijiet mogħtija fl-Anness 6.

L-akkoppjar tat-tip piton tal-klassi h għandu jikkonforma mal-Illustrazzjoni 15 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni. Il-pożizzjoni tal-keeper plate hija murija fl-Illustrazzjoni 16.

L-akkoppjar tat-tip piton għandu jippermetti angoli ta’ artikolazzjoni f’konformità ma’ 1.1.3.

Illustrazzjoni 15

Dimensjonijiet prinċipali tal-akkoppjar tat-tip piton (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 18

Illustrazzjoni 16

Il-pożizzjoni tal-keeper plate (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 19

9.   

Akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-trattur li ma ddurx madwar l-assi lonġitudinali (Klassi i)

9.1.   

L-akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-trattur għandu jkollu l-angoli ta’ artikolazzjoni li ġejjin (ara wkoll l-Illustrazzjoni 17)

a)

Assi vertikali: ±90° min

b)

Assi trażversali: ±20° min. (±15° għall-kat.4 u 5)

c)

Assi lonġitudinali: ±20° min. (±15° għall-kat.4 u 5)

Dawn l-angoli ta’ artikolazzjoni ma għandhomx għalfejn jintlaħqu simultanjament.

9.2.   

L-unità tal-akkoppjar għandha tiġi ttestjata bħal f’3.3.3 tal-Anness 6.

9.3.   

L-unità tal-clevis li ma ddurx tal-akkoppjar bi żbarra tal-irmonk għandha tiġi pprovduta b’mekkaniżmu biex ma jkunx hemm diżakkoppjar b’mod mhux intenzjonat.

9.4.   

L-iżbarra tal-irmonk u l-clevis tal-Klassi i għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 17 u mat-Tabella 2.

Illustrazzjoni 17

Id-dimensjonijiet tal-iżbarra tal-irmonk tat-trattur u tal-clevis (klassi i) (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 20

Tabella 2

Żbarra tal-irmonk u clevis tat-trattur- Valuri tad-dimensjoni

Dimensjonijiet f’millimetri

Dimensjoni

Kategorija tal-iżbarra tal-irmonk

0

1

2

3

4

5

Wisa’ tal-iżbarra tal-irmonk A (1)

mass.

60

67

90

100

130

160

Ħxuna tal-iżbarra tal-irmonk B

mass.

20

36

52

57

64

80

Dijametru tat-toqba tal-pern C

+1,00/-0,25

20

33

33

41

52,5

72,5

Dijametru tal-pern C1

+1,00/-1,50

18,5

31

31

39

51

71

F

mass.

30

45

45

55

70

80

G (2).

min

140

210

210

210

210

210

Għoli H

min.

50

70

70

90

90

100

Fond tal-gerżuma J

min.

50

70

80

80

90

110

Raġġ tat-tarf tal-iżbarra tal-irmonk u tal-clevis R (3)

mass.

30

45

50

60

80

80

Wc  (3)

min.

20 °

20 °

20 °

20 °

15 °

15 °

10.   

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk li huma mwaħħla ma’ żbarri tal-irmonk tat-trejler għall-konnessjoni ma’ żbarra tal-irmonk tat-trattur (Klassi j)

10.1.   

L-unità tal-akkoppjar għandha tiġi ttestjata bħal f’3.3.3 tal-Anness 6.

10.2.   

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi j għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 18 u mat-Tabella 3.

Illustrazzjoni 18

Ċirku tal-irmonk tal-mekkaniżmu (Klassi j)

Image 21

Tabella 3

Speċifikazzjonijiet taċ-ċirku tal-irmonk (Klassi j)

Dimensjoni

Kategorija tal-iżbarra tal-irmonk

0

1

2

3

4

5

Toqba E  (4)

min.

23

38

38

47

56

78

Ħxuna F

mass.

30

36

38

46

50

60

Distanza G

mass.

40

55

55

75

85

100

Distanza H

min.

35

40

50

50

65

80

Wisa’ J

mass.

85

107

115

140

160

190

Raġġ M

 

Kif meħtieġ biex tiġi pprovduta artikolazzjoni adegwata bejn it-trattur u l-istrument Mmax = F/2

Dijametru tal-pern

min.

F’konformità mat-Tabella 2

11.   

Akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-tip clevis li ma jistax idur madwar l-assi lonġitudinali (Klassi q)

11.1.   

Il-forma tal-unità tal-akkoppjar għandha tippermetti liċ-ċirku tal-irmonk li jdur l-angoli minimi li ġejjin:

 

±60° fil-pjan orizzontali (imbardata)

 

±20° fil-pjan vertikali (piċċ)

 

±20° madwar l-assi lonġitudinali (romblu) tiegħu

L-unità tal-akkoppjar clevis li ma ddurx għandha tiġi pprovduta b’mekkaniżmu li jipprevjeni d-diżakkoppjar mhux intenzjonat.

11.2.   

L-unità tal-akkoppjar għandha tiġi ttestjata bħal f’3.3.3 tal-Anness 6.

11.3.   

Il-Klassi q tal-iżbarra tal-irmonk tat-tip clevis għandha tikkonforma mal-Illustrazzjoni 19 u mat-Tabella 4.

Illustrazzjoni 19

Żbarra tal-irmonk tat-tip clevis (Klassi q)

Image 22

Tabella 4

Forom u dimensjonijiet tal-akkoppjar tat-tip clevis tat-trejler jew tal-mekkaniżmu (Klassi q)

Forma

Dimensjoni (mm)

D

±0,5

a

min.

b

min.

w

18

50

40

x

28

70

55

y

43

100

80

z

50

110

95

12.   

Għajn l-iżbarra tal-irmonk, li ddur madwar l-assi lonġitudinali u li tkun imwaħħla mal-iżbarra tal-irmonk tat-trejlers għall-konnessjoni ma’ akkoppjar tat-tip clevis li ma jdurx (Klassi r)

12.1.   

L-unità tal-akkoppjar għandha tiġi ttestjata bħal fi 3.3.3 tal-Anness 6.

12.2.   

Il-Klassi r ta’ għajnejn l-iżbarra tal-irmonk għandha tikkonforma mal-Illustrazzjoni 20 u mat-Tabella 5.

Illustrazzjoni 20

Id-dimensjonijiet taċ-ċirku tal-irmonk għandhom ikunu kif murija (Klassi r)

Image 23

Tabella 5

Forom u dimensjonijiet (Klassi r)

Forma

Ċirku tal-akkoppjar (mm)

Konfigurazzjoni tal-għajn ċilindrika

Konfigurazzjoni tal-għajn tonda

d

b

c

e

i

h

d 1

t

d

b

c

e

i

t

h

±0,5

min.

min.

mass.

mass.

±1

±3

min.

±0,5

min.

min.

mass.

mass.

min.

±1

W

28

50

80

30

30

20

70

44

22

40

80

30

30

44

20

X

45

70

100

60

40

32

105

63

35

50

100

60

40

63

30

Y

62

90

120

55

40

132

73

50

55

140

55

73

35

Z

73

100

140

75

60

42

157

78

68

60

160

75

60

78

42

13.   

Mekkaniżmi tal-akkoppjar (Klassi s)

Għall-mekkaniżmi tal-akkoppjar tal-klassi s u p, għandhom jintużaw ir-rekwiżiti rilevanti fl-Annessi 5 u 6 għall-eqreb mekkaniżmu jew komponent standard jew mhux standard.

14.   

L-assenjazzjoni ta’ mekkaniżmi mekkaniċi tal-akkoppjar ta’ vetturi tal-irmonk jew ta’ magni awtopropulsivi u ta’ vetturi rmunkati

L-assenjazzjoni ta’ mekkaniżmi mekkaniċi tal-akkoppjar ta’ vetturi tal-irmonk jew ta’ magni awtopropulsivi u ta’ vetturi rmunkati għandha tikkonforma mat-Tabella 6.

Tabella 6

L-assenjazzjoni ta’ mekkaniżmi mekkaniċi tal-akkoppjar ta’ vetturi tal-irmonk jew ta’ magni awtopropulsivi u ta’ vetturi rmunkati

Mekkaniżmu tal-akkoppjar fuq il-vettura tal-irmonk

Mekkaniżmu tal-akkoppjar fuq il-vettura rmunkata

Klassi a80

Klassi b80

Klassi c40

Klassi d40-1, d40-2

Klassi g

Klassi d50-1, d50-2

Klassi h

Klassi d50-2

Klassi i

Klassi j

Klassi q

Klassi r

15.   

Akkoppjar imħaddem mill-bogħod u/jew awtomatiku

Jekk l-akkoppjar ikun imħaddem mill-bogħod jew awtomatiku dejjem irid ikun hemm indikazzjoni mill-bogħod viżibbli għall-operatur biex tindika li l-akkoppjar ikun sar u li l-mekkaniżmi ta’ mblukkar ikunu ġew attivati.

L-indikazzjoni mill-bogħod għandha tkun fil-kabina tal-vettura jekk l-akkoppjar jinkiseb mingħajr ma jħalli l-kabina tal-vettura.


(1)  Il-pum tal-pern tal-iżbarra tal-irmonk, il-mekkaniżmi ta’ żamma tal-clevis jistgħu jestendu lil hinn mill-wisa’ A imma ma jridux jinterferixxu mal-angoli ta’ artikolazzjoni tal-mekkaniżmu speċifikati fil-klawżola 10.

(2)  G hija d-distanza li fuqha għandhom jinżammu d-dimensjonijiet speċifikati A u B.

(3)  Il-profil muri fl-Illustrazzjoni 17 jirrappreżenta l-involukru massimu għall-iżbarra tal-irmonk u għall-clevis. Ir-raġġ R u l-angolu W jistgħu jvarjaw mill-valuri mogħtija sakemm ma jinqabiżx l-involukru massimu.

(4)  Għal applikazzjonijiet speċjali, it-toqba E tista’ tkun toqba elongata


ANNESS 6

L-ittestjar ta’ mekkaniżmi jew komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għal vetturi tal-kategoriji T, R u S

1.   Rekwiżiti ġenerali tal-ittestjar

1.1.

Il-kampjuni tal-mekkaniżmi tal-akkoppjar għandhom jiġu ttestjati kemm għas-saħħa kif ukoll għall-funzjoni. Fil-każ tal-mekkaniżmi tal-akkoppjar, is-saħħa għandha tiġi vverifikata permezz ta’ test dinamiku. Is-saħħa tal-akkoppjar mekkaniku għandha tiġi stabbilita permezz ta’ trazzjoni li talterna fuq bank tat-test. Jekk id-disinn tal-akkoppjar mekkaniku (eż. l-issikkar żejjed, il-ganċ tal-irmonk) jagħmilha impossibbli li jitwettaq it-test b’tagħbija tat-test li talterna, it-tagħbija tat-test tista’ tiġi applikata wkoll fuq bażi li tiżdied fid-direzzjoni tat-trazzjoni jew tal-pressjoni, skont liema tkun l-akbar. F’ċerti każijiet, jistgħu jkunu meħtieġa testijiet statiċi addizzjonali. Minflok it-test dinamiku, l-akkoppjar mekkaniku tal-klassijiet i, q u r maħsuba biex jiġu mmuntati fuq vetturi agrikoli b’veloċità massima skont id-disinn li ma taqbiżx l-40 km/h jista’ jiġi ttestjat skont 3.3.3.2 ta’ dan l-Anness (test statiku). L-akkoppjar mekkaniku tal-klassijiet kollha maħsuba biex jiġu mmuntati fuq vetturi agrikoli b’veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 60 km/h għandu jiġi ttestjat skont l-Anness 6 tar-Regolament 55.01. Barra minn hekk, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku jistgħu ma jitolbux test dinamiku jew statiku jekk id-disinn sempliċi ta’ komponent jagħmel possibbli kontroll teoretiku fil-każ tal-klassijiet tal-akkoppjar d, e, f, i, j u klassi s simili għal dawn il-klassijiet tal-akkoppjar. Jistgħu jitwettqu wkoll kontrolli teoretiċi sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tal-agħar xenarju. Fil-każijiet kollha, il-kontrolli teoretiċi għandhom jiżguraw l-istess kwalità tar-riżultati bħal dawk b’ittestjar dinamiku jew statiku. F’każijiet ta’ dubju huma r-riżultati tal-ittestjar fiżiku li huma prevalenti.

1.2.

It-test dinamiku għandu jsir b’tagħbija bejn wieħed u ieħor sinusojdali (li talterna u/jew tivvibra) b’għadd ta’ ċikli ta’ stress xierqa għall-materjal. Ma għandu jkun permess l-ebda qsim jew ksur li jaffettwa l-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar.

1.3.

Hija permessa biss deformazzjoni permanenti ħafifa bit-testijiet statiċi preskritti. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, id-deformazzjoni permanenti (tal-plastik) wara r-rilaxx ma għandhiex tkun aktar minn 10 fil-mija tad-deformazzjoni massima mkejla matul it-test.

1.4.

Is-suppożizzjonijiet tat-tagħbija fit-testijiet dinamiċi huma bbażati fuq il-komponent tal-forza orizzontali fl-assi lonġitudinali tal-vettura u l-komponent tal-forza vertikali. Il-komponenti tal-forza orizzontali trażversali għall-assi lonġitudinali tal-vettura, u l-momenti, ma jiġux ikkunsidrati sakemm ikunu ta’ sinifikat minuri biss.

Jekk id-disinn tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar jew it-twaħħil tiegħu mal-vettura jew it-twaħħil ta’ sistemi addizzjonali (bħal drives tat-tagħmir, tagħmir li jikkumpensa għall-forza, sistemi ta’ stering pożittivi, eċċ.) jiġġenera forzi jew momenti addizzjonali, dawn għandhom jitqiesu matul il-proċedura ta’ omologazzjoni. Jistgħu jkunu meħtieġa wkoll testijiet addizzjonali mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-servizz tekniku.

Il-komponent tal-forza orizzontali fl-assi lonġitudinali tal-vettura huwa rrappreżentat minn forza ta’ referenza ddeterminata b’mod teoretiku, il-valur D jew Dc. Il-komponent tal-forza vertikali, fejn applikabbli, huwa rrappreżentat mit-tagħbija vertikali statika tal-irfigħ, S, fil-punt tal-akkoppjar u l-komponent tal-forza vertikali preżunt, V.

1.5.

Il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, Av u vmax, li fuqhom huma bbażati t-testijiet u li huma ddefiniti fil-paragrafu 2.10 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu mill-informazzjoni tal-manifattur mogħtija fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip – ara l-formola ta’ komunikazzjoni murija fl-Anness 1 u 2.

1.6.

Kwalunkwe mekkaniżmu ta’ mblukkar pożittiv, li jinżamm fil-pożizzjoni bil-forza tal-molla, għandu jibqa’ fil-pożizzjoni marbuta tiegħu meta jkun soġġett għal forza applikata fid-direzzjoni l-inqas favorevoli u ekwivalenti għal tliet darbiet il-massa tal-mekkaniżmu ta’ mblukkar.

1.7.

Suppożizzjonijiet tat-tagħbija

Test dinamiku tar-reżistenza li jivvibra b’forza tat-test li tirriżulta:

Formula
(kN)

Formula

fil-medda għal stress tensili jew kompressiv li jivvibra (liema minnhom ikun l-akbar)

Fejn

Tagħbija orizzontali (kN):

Fh = 1,0 · Dc

Fh = 1,0 · D għat-trejlers sħaħ

Tagħbija vertikali (kN)

Fs = g · S + 0,3 · V

2.   Proċeduri tat-test

2.1.

Għat-testijiet dinamiċi u għat-testijiet statiċi, il-kampjun għandu jitqiegħed f’tagħmir xieraq b’mezz ta’ applikazzjoni tal-forza, b’tali mod li ma jkun soġġett għal ebda forza jew moment addizzjonali minbarra l-forza tat-test speċifikata. Fil-każ ta’ testijiet li jalternaw, id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-forza ma għandhiex tiddevja b’aktar minn ±1° mid-direzzjoni speċifikata. Fil-każ ta’ testijiet pulsanti u statiċi, l-angolu għandu jiġi ssettjat għall-forza massima tat-test. Dan normalment ikun jirrikjedi ġonta fil-punt tal-applikazzjoni tal-forza (pereżempju fil-punt tal-akkoppjar) u t-tieni ġonta f’distanza partikolari ’l bogħod.

2.2.

Il-frekwenza tat-test ma għandhiex taqbeż 35 Hz. Il-frekwenza magħżula għandha tkun separata sew mill-frekwenzi tar-riżonanza tal-konfigurazzjoni tat-test, inkluż il-mekkaniżmu ttestjat. Bl-ittestjar asinkroniku, il-frekwenzi taż-żewġ komponenti tal-forza għandhom ikunu bejn wieħed u ieħor wieħed fil-mija u massimu ta’ tlieta fil-mija ’l bogħod minn xulxin. Għall-mekkaniżmi tal-akkoppjar magħmula mill-azzar, in-numru ta’ ċikli ta’ stress huwa ta’ 2 × 106. Għall-mekkaniżmi magħmula minn materjali għajr l-azzar jista’ jkun meħtieġ għadd akbar ta’ ċikli. Għandu jintuża l-metodu ta’ penetrazzjoni taż-żebgħa tal-ittestjar tal-qsim jew metodu ekwivalenti biex jiġi stabbilit kwalunkwe qsim waqt it-test.

2.3.

B’testijiet ta’ vibrazzjoni, il-forza tat-test tvarja bejn il-forza massima tat-test u l-forza minima tat-test, li ma tistax tkun akbar minn ħamsa fil-mija tal-forza massima tat-test sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fil-proċedura speċifika tal-ittestjar.

2.4.

B’testijiet statiċi, il-forza tat-test għandha tiġi applikata mingħajr xkiel u malajr u tinżamm għal mill-inqas 60 sekonda.

2.5.

Il-mekkaniżmi jew il-komponenti tal-akkoppjar li qegħdin jiġu ttestjati normalment għandhom jiġu mmuntati bl-aktar mod riġidu possibbli fuq tagħmir tat-test fil-pożizzjoni li fiha se jintużaw fuq il-vettura. Il-mekkaniżmi tat-twaħħil għandhom ikunu dawk speċifikati mill-manifattur jew mill-applikant u għandhom ikunu dawk maħsuba għat-twaħħil tal-mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar mal-vettura u/jew għandu jkollhom l-istess karatteristiċi mekkaniċi.

2.6.

Il-mekkaniżmi jew il-komponenti tal-akkoppjar għandhom jiġu ttestjati fil-forma użata fit-triq. Madankollu, fid-diskrezzjoni tal-manifattur, u bi qbil mas-servizz tekniku, komponenti flessibbli jistgħu jiġu kklampjati jekk dan ikun meħtieġ għall-proċedura tat-test u jekk dan ma jkollux influwenza mhux realistika fuq ir-riżultat tat-test.

Il-komponenti flessibbli li jissaħħnu żżejjed matul dawn il-proċeduri tat-test aċċellerati jistgħu jiġu sostitwiti matul it-test. It-tagħbijiet tat-test jistgħu jiġu applikati permezz ta’ mekkaniżmi speċjali mingħajr laxk.

3.   Rekwiżiti speċifiċi tal-ittestjar

3.1.

Boċċi tal-akkoppjar 80 (Klassi a)

3.1.1.

It-test bażiku huwa test dinamiku ta’ reżistenza li jivvibra b’forza tat-test li tirriżulta. Inkella, huwa permissibbli wkoll test dinamiku ta’ reżistenza sinkroniku b’żewġ komponenti. Il-kampjun tat-test jinkludi l-boċċa tal-akkoppjar u l-immuntar meħtieġ biex l-assemblaġġ jitwaħħal mal-vettura. Il-boċċa tal-akkoppjar għandha tiġi mmuntata b’mod riġidu fuq tagħmir tat-test, li kapaċi jipproduċi forza li talterna jew li tivvibra, fil-pożizzjoni attwali li fiha tkun maħsuba għall-użu.

3.1.2.

Ras tal-akkoppjar 80 adatta għandha tintuża bħala mezz ta’ applikazzjoni tal-forza. Il-kampjun għandu jiġi mmuntat fuq it-tagħmir tat-test bl-elementi tal-akkoppjar applikati u rranġati b’tali mod li l-pożizzjoni relattiva tiegħu tikkorrispondi għal dik tal-użu maħsub. Il-kampjun ma għandu jkun soġġett għall-ebda forza jew moment addizzjonali minbarra l-forza tat-test. Il-forza tat-test għandha tiġi applikata tul linja ta’ azzjoni mill-punt tal-akkoppjar, diretta lejn angolu li jirriżulta derivat mis-suppożizzjonijiet tat-tagħbija orizzontali u vertikali.

3.1.3.

Suppożizzjonijiet tat-tagħbija

Bħal fil-paragrafu 1.7 ta’ dan l-anness.

3.2.

Ras tal-akkoppjar 80 (Klassi b)

3.2.1.

It-test bażiku huwa test dinamiku ta’ reżistenza li fih tiġi applikata forza tat-test li talterna jew li tivvibra. Inkella, huwa permissibbli wkoll test dinamiku ta’ reżistenza sinkroniku b’żewġ komponenti.

3.2.2.

It-test dinamiku għandu jsir bl-użu ta’ assemblaġġ separat b’boċċa tal-akkoppjar 80 ta’ saħħa ekwivalenti jew ogħla.

Il-kampjun għandu jiġi mmuntat fuq it-tagħmir tat-test bl-elementi tal-akkoppjar applikati u rranġati b’tali mod li l-pożizzjoni relattiva tiegħu tikkorrispondi għal dik tal-użu maħsub.

Il-kampjun ma għandu jkun soġġett għall-ebda forza jew moment addizzjonali minbarra l-forza tat-test.

Il-forza tat-test għandha tiġi applikata tul linja ta’ azzjoni mill-punt tal-akkoppjar, diretta lejn angolu li jirriżulta derivat mis-suppożizzjonijiet tat-tagħbija orizzontali u vertikali.

3.2.3.

Suppożizzjonijiet tat-tagħbija

Bħal fil-paragrafu 1.7 tal-anness.

3.3.

Akkoppjar bi żbarra tal-irmonk

3.3.1.

Akkoppjar tat-tip clevis (Klassi c)

Għandu jsir test dinamiku tar-reżistenza fuq kampjun. Il-mekkaniżmu tal-akkoppjar għandu jkun mgħammar bil-mekkaniżmu kollu meħtieġ biex jitwaħħal mal-vettura.

3.3.1.1.

Għal trejlers bi żbarra tal-irmonk riġida

Test dinamiku tar-reżistenza li tivvibra fil-medda għall-istress tat-tensjoni li tivvibra b’forza tat-test li tirriżulta (direzzjoni tal-ġbid lura u ’l isfel)

Bħal fil-paragrafu 1.7 ta’ dan l-anness.

3.3.1.2.

L-akkoppjar tat-tip clevis fuq it-trejlers

Jintużaw suppożizzjonijiet tat-tagħbija li jqisu

Formula

l-valur D.

R1 u R2 kif speċifikati mill-manifattur (R2 · R1). Testijiet dinamiċi ta’ reżistenza bħal fil-paragrafu 3.3.1.1 ta’ dan l-anness.

3.3.1.3.

Testijiet statiċi fuq il-mekkaniżmu ta’ mblukkar għall-pern tal-akkoppjar

Fl-każ ta’ akkoppjar tat-tip clevis b’pernijiet mhux ċilindriċi, huwa meħtieġ ukoll li l-għeluq u kwalunkwe mekkaniżmu ta’ mblukkar jiġu ttestjati permezz ta’ forza statika ta’ 0,25 D li taġixxi fid-direzzjoni tal-ftuħ.

Forza tat-test A ta’ 0,1 D hija biżżejjed fil-każ ta’ pernijiet ċilindriċi tal-akkoppjar.

Din il-forza għandha tiżdied għall-valur ta’ hawn fuq mingħajr xkiel u malajr u tinżamm għal 10 sekondi.

It-test ma għandux jikkawża l-ftuħ tal-għeluq u ma għandu jikkawża l-ebda ħsara.

3.3.2.

Ganċijiet tal-irmonk (Klassi g)

Bħal fil-paragrafu 3.3.1 ta’ dan l-anness.

3.3.3.

Żbarri tal-irmonk tat-trattur (Klassi i)

3.3.3.1.

Jew bħal fil-paragrafu 3.3.1. jew test statiku minflok it-test dinamiku kif deskritt fil-paragrafu 3.3.3.2. jekk l-iżbarra tal-irmonk tkun maħsuba biex titwaħħal ma’ vetturi agrikoli b’veloċità massima skont id-disinn li ma taqbiżx l-40 km/h.

3.3.3.2.

Metodu ta’ Ttestjar Statiku

3.3.3.2.1.

Speċifikazzjonijiet tat-test

3.3.3.2.1.1.

Ġenerali

Soġġett għal kontroll fuq il-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tiegħu, l-akkoppjar mekkaniku għandu jsirulu testijiet statiċi f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 3.3.3.2.1.2, 3.3.3.2.1.3 u 3.3.3.2.1.4.

3.3.3.2.1.2.

Preparazzjoni tat-test

It-testijiet għandhom jitwettqu fuq magna speċjali, bl-akkoppjar mekkaniku u bi kwalunkwe akkoppjar tal-istruttura mal-karozzerija tat-trattur imwaħħal ma’ struttura riġida permezz tal-istess komponenti użati għall-immuntar tagħha fuq it-trattur.

3.3.3.2.1.3.

Strumenti tat-test

L-istrumenti użati biex jiġu rreġistrati t-tagħbijiet applikati u l-movimenti għandu jkollhom il-grad ta’ akkuratezza li ġej:

(a)

Tagħbijiet applikati ± 50 daN,

(b)

Movimenti ± 0,01 mm.

3.3.3.2.1.4.

Proċedura tat-test

3.3.3.2.1.4.1.

Il-mekkaniżmu tal-akkoppjar għandu l-ewwel ikun soġġett għal tagħbija ta’ qabel it-trazzjoni li ma taqbiżx il-15 % tat-tagħbija tat-test tat-trazzjoni ddefinita fil-paragrafu 3.3.3.2.1.4.2.

L-operazzjoni deskritta fil-paragrafu 3.3.3.2.1.4.1 għandha tiġi ripetuta mill-inqas darbtejn, billi tibda b’tagħbija żero, li tiżdied gradwalment sakemm jintlaħaq il-valur preskritt fil-paragrafu 3.3.3.2.1.4.1, u mbagħad titnaqqas għal 500 daN; it-tagħbija ta’ stabbiltà għandha tinżamm għal mill-inqas 60 sekonda.

3.3.3.2.1.4.2.

Id-data rreġistrata għall-ipplottjar tal-kurva tat-tagħbija/tad-deformazzjoni taħt trazzjoni, jew il-graff ta’ dik il-kurva pprovduta mill-printer marbut mal-magna tat-trazzjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-applikazzjoni ta’ tagħbijiet dejjem jiżdiedu biss, li jibdew minn 500 daN, fir-rigward taċ-ċentru ta’ referenza tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar.

Ma għandu jkun hemm l-ebda pawża għal valuri sa u inkluża t-tagħbija tat-test tat-trazzjoni li hija stabbilita bħala darba u nofs il-massa tat-trejler teknikament permissibbli; barra minn hekk, il-kurva tat-tagħbija/tad-deformazzjoni għandha turi progressjoni bla xkiel, mingħajr irregolaritajiet, fl-intervall bejn 500 daN u 1/3 tat-tagħbija massima tat-trazzjoni.

Id-deformazzjoni permanenti tiġi rreġistrata fuq il-kurva tat-tagħbija/tad-deformazzjoni fir-rigward tat-tagħbija ta’ 500 daN wara li t-tagħbija tat-test tkun inġiebet lura għal dak il-valur.

Il-valur tad-deformazzjoni permanenti rreġistrat ma għandux jaqbeż il-25 % tad-deformazzjoni elastika massima li sseħħ.

3.3.3.2.1.5.

It-test imsemmi fil-paragrafu 3.3.3.2.1.4.2 għandu jkun preċedut minn test li fih tiġi applikata tagħbija inizjali ta’ tliet darbiet il-forza vertikali massima permissibbli (f’daN, ugwali għal g · S/10) rakkomandata mill-manifattur b’mod li jiżdied gradwalment, billi tibda minn tagħbija inizjali ta’ 500 daN, lejn iċ-ċentru ta’ referenza tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar.

Matul it-test, id-deformazzjoni tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar ma għandhiex taqbeż l-10 % tad-deformazzjoni elastika massima li sseħħ.

Il-kontroll isir wara li titneħħa l-forza vertikali (f’daN, ugwali għal g · S/10) u jerġa’ lura għat-tagħbija inizjali ta’ 500 daN.

3.3.4.

Akkoppjar tat-tip Piton (Klassi h)

Bħal fil-paragrafu 3.3.1 ta’ dan l-Anness.

3.3.5.

Akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-tip clevis, li ma jdurx madwar l-assi lonġitudinali (Klassi q)

Bħal fil-paragrafu 3.3.3 ta’ dan l-Anness.

3.3.6.

Keeper plates (għall-akkoppjar kollu bi żbarra tal-irmonk tal-klassijiet a, g u h, fejn preżenti)

Għall-akkoppjar bil-boċċa, bil-ganċ u tat-tip piton u mekkaniżmi ekwivalenti, il-keeper plate għandha tiġi ttestjata bl-użu ta’ forza statika ta’ Fs stat = 0,6 · D (vertikalment ’il fuq). Ma għandu jkun permess l-ebda qsim jew ksur li jaffettwa l-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar.

3.4.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (Klassijiet d)

3.4.1.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (il-klassijiet d40-1 u d40-2) għall-akkoppjar tat-tip clevis għandhom ikunu soġġetti għall-istess testijiet dinamiċi u suppożizzjonijiet ta’ tagħbija ekwivalenti (ara l-paragrafu 3.3.1).

Għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk li jintużaw esklużivament fuq trejlers sħaħ, għandu jsir test bl-użu tas-suppożizzjonijiet tat-tagħbija orizzontali.

It-test jista’ jsir billi tiġi applikata forza tat-test li talterna jew li tivvibra kif speċifikat fil-paragrafu 3.3.1.

3.4.2.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (klassi d50) għall-ganċijiet tal-irmonk, għall-iżbarri tal-irmonk tat-trattur jew għall-akkoppjar tat-tip piton għandhom jiġu ttestjati bl-istess mod bħal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk għall-akkoppjar tat-tip clevis.

3.5.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (klassi r)

Bħal fil-paragrafu 3.3.3 ta’ dan l-Anness.

3.6.

Oqfsa tal-irmonk (Klassi f)

3.6.1.

L-oqfsa tal-irmonk għandhom ikunu soġġetti għall-istess forzi matul l-ittestjar bħall-akkoppjar. It-tagħbija tat-test għandha tiġi applikata f’distanza orizzontali u vertikali li tikkorrispondi għall-pożizzjoni tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar li jeżerċita l-aktar każ kritiku fuq il-qafas tal-irmonk.

3.6.2.

Preparazzjoni tat-test

It-testijiet iridu jitwettqu skont il-paragrafu 3.3.3.2.1.2.

3.6.3.

Strumenti tat-test

L-istrumenti użati biex jiġu rreġistrati t-tagħbijiet applikati u l-movimenti jridu jikkonformaw mal-paragrafu 3.3.3.2.1.3.

3.6.4.

Tqabbil tal-oqfsa tal-irmonk

Minflok it-testijiet obbligatorji, l-oqfsa tal-irmonk jistgħu jiġu evalwati billi jitqabblu l-kalkoli. Il-qafas imqabbel irid ikun simili fil-karatteristiċi ewlenin tad-disinn għal qafas diġà ttestjat.

3.7.

Żbarri tal-irmonk (klassi e)

3.7.1.

L-iżbarri tal-irmonk għandhom jiġu ttestjati bl-istess mod bħall-akkoppjar bi żbarri tal-irmonk (ara l-paragrafu 3.3.1.). L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku jistgħu ma jitolbux test ta’ reżistenza jekk id-disinn sempliċi ta’ komponent jagħmel possibbli l-kontroll teoretiku tas-saħħa tiegħu.

Il-forzi tad-disinn għall-verifika teoretika għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

Formula

Fejn

V hija l-amplitudni tal-forza mogħtija fil-paragrafu 3.3.1.1.

Fsc hija t-tagħbija vertikali kkalkolata.

L-istress permissibbli għandu jkun f’konformità mal-5.3 tal-ISO 7641-1:1983.

It-tensjoni permissibbli tal-iwweldjar ma għandhiex taqbeż 90 N/mm2.

Għall-iżbarri tal-irmonk milwija (eż. f’sura ta’ għonq ta’ ċinju) u għall-iżbarri tal-irmonk ta’ trejlers sħaħ, għandu jitqies il-komponent tal-forza orizzontali

Formula

3.7.2.

Għall-iżbarri tal-irmonk għat-trejlers sħaħ b’moviment liberu fil-pjan vertikali, minbarra t-test tar-reżistenza jew il-verifika teoretika tas-saħħa, ir-reżistenza għall-buckling għandha tiġi vverifikata jew b’kalkolu teoretiku b’forza tad-disinn ta’
Formula
jew b’test tal-buckling b’forza ta’
Formula
.

It-tensjonijiet permissibbli fil-każ ta’ kalkolu għandhom ikunu f’konformità mal-paragrafu 3.7.1

3.7.3.

Fil-każ ta’ fusien direzzjonali, ir-reżistenza għal-liwi għandha tiġi vverifikata b’kalkoli teoretiċi jew b’test tal-liwi. Forza statika orizzontali u laterali għandha tiġi applikata fiċ-ċentru tal-punt tal-akkoppjar. Id-daqs ta’ din il-forza għandu jintgħażel sabiex moment
Formula
ta’ (kNm) jiġi eżerċitat madwar iċ-ċentru tal-fus ta’ quddiem. It-tensjonijiet permissibbli għandhom ikunu f’konformità mal-paragrafu 3.7.1.

ANNESS 7

Installazzjoni u rekwiżiti speċjali

1.   

Tratturi

1.1.   

Trattur jista’ jkun mgħammar b’mekkaniżmu mekkaniku tal-akkoppjar wieħed jew aktar skont 2.6. b’rabta mat-Tabella 6 tal-Anness 5.

1.2.   

Jekk trattur ikun mgħammar b’mekkaniżmi mekkaniċi tal-akkoppjar skont 2.6. b’rabta mat-Tabella 6 tal-Anness 5, tal-inqas wieħed mill-mekkaniżmi għandu jkollu l-valuri karatteristiċi D, Dc, S, Av u vmax li jikkorrispondu għall-valuri karatteristiċi massimi permissibbli tat-trattur kif iddikjarat mill-manifattur tat-trattur.

2.   

Vetturi rmunkati

Il-mekkaniżmi mekkaniċi tal-akkoppjar ta’ vetturi rmunkati skont 2.6. b’rabta mat-Tabella 6 tal-Anness 5 għall-konnessjoni tal-vettura rmunkata ma’ trattur għandu jkollhom tal-inqas il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, Av u vmax li jikkorrispondu għall-valuri karatteristiċi massimi permissibbli tal-vettura rmunkata kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura rmunkata.


Top