EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1319

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1319 tat-28 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 biex jiġu riveduti l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2023 sal-2030 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/4250

ĠU L 163, 29.6.2023, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1319/oj

29.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/9


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1319

tat-28 ta’ Ġunju 2023

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 biex jiġu riveduti l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2023 sal-2030

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 (2) tistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet (AEAs) tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 f’konformità mal-Artikolu 4(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/842 u l-aġġustamenti previsti fl-Artikolu 10 tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2023/857 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emenda, fost l-oħrajn, l-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/842, u stabbilixxa l-metodu għall-kalkolu tal-limiti annwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li kull Stat Membru huwa meħtieġ jirrispetta fis-snin mill-2023 sal-2030.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu riveduti l-AEAs stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126.

(4)

Ir-reviżjoni tal-AEAs jenħtieġ li tkun limitata għal dawk li ġew allokati għas-snin mill-2023 sal-2030, peress li r-Regolament (UE) 2023/857 ma emendax il-limiti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra applikabbli għas-snin 2021 u 2022. Madankollu, fl-interess taċ-ċarezza, l-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 jenħtieġ li jiġi sostitwit fl-intier tiegħu.

(5)

L-AEAs għal kull Stat Membru għas-snin 2023, 2024 u 2025 għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta’ trajettorja lineari li tibda fl-2022 fl-AEA għal Stat Membru partikolari u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għall-Istat Membru partikolari kif stabbilit fit-tabella, il-kolonna 2, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/842.

(6)

L-AEAs għal kull Stat Membru għas-snin 2026 sa 2030 għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta’ trajettorja lineari li tibda fuq il-medja tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-2021, fl-2022 u fl-2023 ta’ dak l-Istat Membru. Tali medja se tiġi ddeterminata wara rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju ppreżentata mill-Istati Membri għas-snin 2021, 2022 u 2023. Dak ir-rieżami komprensiv se jitwettaq fl-2025 mill-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Sakemm jitwettaq dan ir-rieżami komprensiv, l-AEAs għas-snin 2026 sa 2030 se jibqgħu mhux determinati.

(7)

Il-valuri li jirriżultaw tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin 2023, 2024 u 2025 għandhom jiġu aġġustati, skont l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) 2018/842. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn installazzjonijiet stazzjonarji esklużi mis-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet f’konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont dak l-Artikolu, u li b’hekk huma esklużi mil-livell massimu ta’ emissjonijiet tal-Unjoni skont dik id-Direttiva mill-2021 ’il quddiem, għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842. Għalhekk, il-kwantitajiet imnaqqsa mil-livell massimu ta’ emissjonijiet jiżdiedu mal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri rilevanti għas-snin 2023, 2024 u 2025.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 426, 17.12.2020, p. 58).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2023/857 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u r-Regolament (UE) 2018/1999 (ĠU L 111, 26.4.2023, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).


ANNESS

““ANNESS II

L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842, aġġustati f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament

Stat Membru

Valur aġġustat tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

Il-Belġju

71 141 629

69 130 741

65 895 769

62 660 796

59 425 824

-

-

-

-

-

Il-Bulgarija

27 116 956

25 159 860

24 526 596

23 893 332

23 260 068

-

-

-

-

-

Iċ-Ċekja

65 984 531

60 913 974

59 309 017

57 704 060

56 099 103

-

-

-

-

-

Id-Danimarka

32 127 535

31 293 868

29 905 140

28 516 412

27 127 684

-

-

-

-

-

Il-Ġermanja

427 306 142

413 224 443

391 872 325

370 518 122

349 163 918

-

-

-

-

-

L-Estonja

6 223 937

6 001 620

5 840 050

5 678 481

5 516 911

-

-

-

-

-

L-Irlanda

43 479 402

42 357 392

40 520 068

38 682 744

36 845 421

-

-

-

-

-

Il-Greċja

46 227 407

46 969 645

47 184 382

47 399 120

47 613 857

-

-

-

-

-

Spanja

200 997 922

198 671 005

192 805 142

186 904 935

181 004 728

-

-

-

-

-

Franza

335 726 735

326 506 522

312 021 691

297 535 364

283 049 038

-

-

-

-

-

Il-Kroazja

17 661 355

16 544 497

16 357 415

16 170 092

15 982 770

-

-

-

-

-

L-Italja

273 503 734

268 765 611

259 438 502

250 077 347

240 716 193

-

-

-

-

-

Ċipru

4 072 960

3 980 718

3 845 808

3 710 898

3 575 989

-

-

-

-

-

Il-Latvja

10 649 507

8 854 834

8 640 002

8 425 170

8 210 339

-

-

-

-

-

Il-Litwanja

16 112 304

13 717 534

13 292 727

12 867 920

12 443 113

-

-

-

-

-

Il-Lussemburgu

8 406 740

8 147 070

7 760 948

7 374 826

6 988 704

-

-

-

-

-

L-Ungerija

49 906 277

43 342 400

42 785 010

42 227 619

41 670 229

-

-

-

-

-

Malta

2 065 044

1 239 449

1 187 854

1 136 258

1 084 663

-

-

-

-

-

In-Netherlands

98 513 233

96 677 516

92 920 117

89 162 718

85 405 318

-

-

-

-

-

L-Awstrija

48 768 448

47 402 495

45 181 662

42 960 829

40 739 996

-

-

-

-

-

Il-Polonja

215 005 372

204 376 828

198 630 308

192 883 787

187 137 267

-

-

-

-

-

Il-Portugall

42 526 461

40 821 093

40 059 679

39 296 448

38 533 217

-

-

-

-

-

Ir-Rumanija

87 878 093

76 914 871

75 837 989

74 761 106

73 684 224

-

-

-

-

-

Is-Slovenja

11 403 194

11 107 762

10 813 744

10 515 484

10 217 224

-

-

-

-

-

Is-Slovakkja

23 410 477

21 151 422

20 743 118

20 334 813

19 926 509

-

-

-

-

-

Il-Finlandja

28 840 335

27 970 110

26 626 337

25 282 565

23 938 792

-

-

-

-

-

L-Iżvezja

31 331 358

30 731 996

29 592 278

28 452 560

27 312 842

-

-

-

-

-

””

Top