Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0639

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/639 tat-12 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward ta’ xenarji standard għal operazzjonijiet eżegwiti fil-linja viżwali tal-vista jew lil hinn minnha (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/2937

    ĠU L 150, 13.5.2020, p. 1–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/639/oj

    13.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 150/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/639

    tat-12 ta’ Mejju 2020

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward ta’ xenarji standard għal operazzjonijiet eżegwiti fil-linja viżwali tal-vista jew lil hinn minnha

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 216/2008 u (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 (2), sistema ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (“UAS”) trid tikkonforma mal-limitazzjonijiet operattivi stabbiliti fl-awtorizzazzjonijiet operattivi jew f’xenarju standard, stabbiliti b’dak ir-Regolament.

    (2)

    Abbażi tal-esperjenza tal-Istati Membri, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) żviluppat żewġ xenarji standard għall-operazzjonijiet.

    (3)

    Ix-xenarju standard 1 (“STS-01”) ikopri operazzjonijiet eżegwiti fil-linja viżwali tal-vista (“VLOS”), f’għoli massimu ta’ 120 m fuq żona tal-art ikkontrollata f’ambjent popolat bl-użu ta’ UAS tal-klassi CE C5.

    (4)

    Ix-xenarju standard 2 (“STS-02”) ikopri operazzjonijiet li jistgħu jitwettqu lil hinn mil-linja viżwali tal-vista (“BVLOS”), bl-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord f’distanza ta’ mhux aktar minn 2 km mill-bdot mill-bogħod bil-preżenza ta’ osservaturi tal-ispazju tal-ajru, f’għoli massimu ta’ 120 m fuq żona tal-art ikkontrollata f’ambjent skarsament popolat, u bl-użu ta’ UAS tal-klassi CE C6.

    (5)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 jiġi emendat biex jinkludi dawk ix-xenarji standard.

    (6)

    Meta l-probabbiltà li jiltaqgħu ma’ inġenji tal-ajru bi bdot abbord ma tkunx baxxa, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu żoni ġeografiċi f’tali żoni biex jipprevjenu lill-operaturi tal-UAS milli jwettqu operazzjonijiet f’xenarji standard.

    (7)

    Jenħtieġ li jiġi introdott ir-rekwiżit ta’ marka globali minima li tiċċertifika li l-bdoti mill-bogħod ikunu lestew b’suċċess l-eżami tal-għarfien teoretiku.

    (8)

    Biex titjieb il-viżibbiltà tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jittajru billejl, u b’mod partikolari, biex persuna fuq l-art tkun tista’ tiddistingwi faċilment l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord minn inġenju tal-ajru bi bdot abbord, fuq l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jenħtieġ li jiġi attivat dawl aħdar li jteptep.

    (9)

    Jenħtieġ li jkunu applikabbli regoli definiti tajjeb għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi ta’ bdoti mill-bogħod li joperaw f’xenarju standard. Jenħtieġ li t-taħriġ u l-valutazzjoni jiġu pprovduti minn entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew minn operatur tal-UAS f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    (10)

    F’każ ta’ operazzjonijiet transfruntiera jew ta’ operazzjonijiet barra mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni minn detentur ta’ ċertifikat ta’ operatur ta’ UAS ħafifa (LUC), jenħtieġ li l-Istat Membru ta’ operazzjoni jirċievi informazzjoni dwar il-post jew il-postijiet tal-operazzjoni prevista.

    (11)

    L-EASA ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ppreżentathom mal-Opinjoni Nru 05/2019 (3) skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

    (12)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2 jiżdiedu l-punti (24) sa (34) li ġejjin:

    “(24)

    “osservatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord” tfisser persuna, li tkun pożizzjonata ħdejn il-bdot mill-bogħod, li, b’osservazzjoni viżwali bla għajnuna tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, jassisti lill-bdot mill-bogħod biex iżomm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-VLOS u jwettaq it-titjira b’mod sikur;

    (25)

    “osservatur tal-ispazju tal-ajru” tfisser persuna li tassisti lill-bdot mill-bogħod billi twettaq sorveljanza viżwali bla għajnuna tal-ispazju tal-ajru li fih l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun qed jopera għal kwalunkwe periklu potenzjali fl-ajru;

    (26)

    “unità tal-kmand” (“CU”) tfisser it-tagħmir jew is-sistema ta’ tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod kif definit fil-punt 32 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1139 li jappoġġa l-kontroll jew il-monitoraġġ tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord waqt kull fażi tat-titjira, għajr l-infrastrutturi li jappoġġaw is-servizz ta’ kollegament ta’ kmand u kontroll (C2);

    (27)

    “servizz ta’ kollegament C2” tfisser servizz ta’ komunikazzjoni pprovdut minn parti terza, li jipprovdi kmand u kontroll bejn l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-unità tal-kmand (CU);

    (28)

    “ġeografija tat-titjira” tfisser il-volum(i) tal-ispazju tal-ajru definit(i) b’mod spazjali u temporali li fih l-operatur tal-UAS jippjana li jwettaq l-operazzjoni skont il-proċeduri normali deskritti fil-punt (6)(c) tal-Appendiċi 5 tal-Anness;

    (29)

    “żona ġeografika tat-titjira” tfisser il-projezzjoni tal-ġeografija tat-titjira fuq is-superfiċe tal-art;

    (30)

    “volum ta’ kontinġenza” tfisser il-volum tal-ispazju tal-ajru barra mill-ġeografija tat-titjira, meta jiġu applikati l-proċeduri ta’ kontinġenza deskritti fil-punt (6)(d) tal-Appendiċi 5 tal-Anness;

    (31)

    “żona ta’ kontinġenza” tfisser il-projezzjoni tal-volum ta’ kontinġenza fuq is-superfiċe tad-dinja;

    (32)

    “volum operattiv” hija l-kombinazzjoni tal-ġeografija tat-titjira u l-volum ta’ kontinġenza;

    (33)

    “buffer tar-riskju fuq l-art” hija ż-żona fuq is-superfiċe tal-art ta’ madwar il-volum operattiv, u hija speċifikata sabiex jiġu mminimizzati r-riskji għal partijiet terzi fuq is-superfiċe fil-każ li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord joħroġ mill-volum operattiv.

    (34)

    “billejl” tfisser is-sigħat bejn tmiem l-għabex ċivili ta’ filgħaxija u l-bidu tas-sebħ ċivili ta’ filgħodu kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012. (*1)

    (*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).”"

    (2)

    il-paragrafu 5 tal-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.   Meta l-operatur tal-UAS jippreżenta dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni skont il-punt UAS.SPEC.020 kif stabbilit fil-Parti B tal-Anness għal operazzjoni li tikkonforma ma’ xenarju standard kif stabbilit fl-Appendiċi 1 ta’ dak l-Anness, l-operatur tal-UAS ma għandux ikun meħtieġ jikseb awtorizzazzjoni operattiva skont il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu u għandha tapplika l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 12. L-operatur tal-UAS għandu juża d-dikjarazzjoni msemmija fl-Appendiċi 2 ta’ dak l-Anness.”;

    (3)

    fl-Artikolu 13 jiżdied paragrafu 4 ġdid:

    “4.   Meta operatur ta’ UAS li jkollu LUC bi privileġġi skont il-punt UAS.LU.060 tal-Anness ikollu l-intenzjoni li jwettaq operazzjoni fil-“kategorija speċifika” li ssir parzjalment jew kollha kemm hi fl-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operazzjoni prevista bl-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    kopja tat-termini tal-approvazzjoni riċevut f’konformità mal-punt UAS.LUC.050 tal-Anness; u

    (b)

    il-post jew il-postijiet tal-operazzjoni prevista f’konformità mal-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu.”;

    (4)

    fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu 9 li ġej:

    “9.   Minbarra d-data definita fil-punt (2), l-Istati Membri jistgħu jiġbru informazzjoni addizzjonali dwar l-identità mingħand l-operaturi ta’ UAS.”;

    (5)

    fl-Artikolu 15, il-punt (a) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    jipprojbixxu ċerti operazzjonijiet jew l-operazzjonijiet kollha tal-UAS, jitolbu kundizzjonijiet partikolari għal ċerti operazzjonijiet jew għall-operazzjonijiet kollha tal-UAS jew jesiġu awtorizzazzjoni tat-titjira minn qabel għal ċerti operazzjonijiet jew għall-operazzjonijiet kollha tal-UAS;”;

    (6)

    l-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Artikolu 22

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, l-użu ta’ UAS fil-kategorija “miftuħa” li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Partijiet 1 sa 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (*2) għandu jkun permess għal perjodu tranżitorju ta’ sentejn li jibda jiddekorri sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord b’massa waqt il-qtugħ ta’ inqas minn 500 g jiġu operati skont ir-rekwiżiti operazzjonali stabbiliti fil-punt UAS.OPEN.020(1) tal-Parti A tal-Anness minn bdot mill-bogħod b’livell ta’ kompetenza definit mill-Istat Membru kkonċernat;

    (b)

    inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b’massa waqt il-qtugħ ta’ inqas minn 2 kg jiġi operat billi tinżamm distanza orizzontali minima ta’ 50 metru min-nies u l-bdoti mill-bogħod għandu jkollhom livell ta’ kompetenza tal-anqas ekwivalenti għal dak stabbilit fil-punt UAS.OPEN.030(2) tal-Parti A tal-Anness;

    (c)

    inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b’massa waqt il-qtugħ ta’ inqas minn 25 kg jiġi operat skont ir-rekwiżiti operazzjonali stabbiliti fil-punt UAS.OPEN.040(1) u (2) u l-bdoti mill-bogħod għandu jkollhom livell ta’ kompetenza tal-anqas ekwivalenti għal dak stabbilit fil-punt UAS.OPEN.020(4)(b) tal-Parti A tal-Anness.

    (*2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1)”;"

    (7)

    l-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Artikolu 23

    1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2020.

    2.   Il-paragrafu 5 tal-Artikolu 5 u l-punt (1)(l) tal-punt UAS.SPEC.050 għandu japplika mit-2 ta’ Diċembru 2021;

    3.   Il-punt 2(g) tal-punt UAS.OPEN.060 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

    4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 tal-Artikolu 21, sat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet magħmula minn operaturi ta’ UAS f’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu 5, abbażi ta’ xenarji standard nazzjonali jew ekwivalenti, jekk dawk ix-xenarji nazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt UAS.SPEC.020 tal-Anness.

    Dawn id-dikjarazzjonijiet ma għandhomx jibqgħu validi mit-2 ta’ Diċembru 2023.

    5.   Il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 15 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.”;

    (8)

    l-Anness huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45).

    (3)  https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions


    ANNESS

    OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “MIFTUĦA” U F’DIK “SPEĊIFIKA”

    PARTI A

    OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “MIFTUĦA”

    UAS.OPEN.010 Dispożizzjonijiet ġenerali

    (1)

    Il-kategorija ta’ operazzjonijiet tal-UAS “miftuħa” hija maqsuma fi tliet sottokategoriji A1, A2 u A3, abbażi tal-limitazzjonijiet operattivi, tar-rekwiżiti għall-bdot mill-bogħod u tar-rekwiżiti tekniċi għall-UAS.

    (2)

    Meta l-operazzjoni tal-UAS tinvolvi t-tajran tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jibda minn elevazzjoni naturali fuq it-terren jew fuq terren b’elevazzjonijiet naturali, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu jinżamm f’medda ta’ 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art. Il-kejl tad-distanzi għandu jiġi adattat skont il-karatteristiċi ġeografiċi tat-terren, bħal pereżempju pjanuri, għoljiet, muntanji.

    (3)

    Meta inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jittajjar f’distanza orizzontali ta’ 50 metru minn ostakolu artifiċjali itwal minn 105 metri, fuq talba tal-entità responsabbli għall-ostaklu l-għoli massimu tal-operazzjoni tal-UAS jista’ jiżdied sa 15-il metru ’l fuq mill-għoli tal-ostaklu.

    (4)

    Permezz ta’ deroga mill-punt (2), gliders mingħajr bdot abbord b’MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta’ inqas minn 10 kg, jistgħu jittajru f’distanza ta’ aktar minn 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art, dment li l-glider mingħajr bdot abbord fl-ebda ħin ma jittajjar f’għoli ta’ aktar minn 120 metru ’l fuq mill-bdot mill-bogħod.

    UAS.OPEN.020 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A1

    Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    fil-każ ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmija fil-punt (5)(d), għandhom isiru b’tali mod li l-bdot mill-bogħod tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jtajjarx l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fuq ġemgħat ta’ nies u raġonevolment jistenna li t-titjira ma tgħaddix minn fuq persuni mhux involuti. Fil-każ li aċċidentalment it-titjira tgħaddi minn fuq persuni li mhumiex involuti, il-bdot mill-bogħod għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-ħin li matulu l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord itir fuq dawk il-persuni;

    (2)

    fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) u (5)(c), għandhom isiru b’tali mod li l-bdot mill-bogħod jista’ jtajjar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fuq persuni mhux involuti iżda qatt ma għandu jtajru fuq ġemgħat ta’ nies;

    (3)

    permezz ta’ deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 4, għandhom isiru meta l-modalità ta’ insegwiment tkun attiva, sa distanza ta’ 50 metru mill-bdot mill-bogħod;

    (4)

    jitwettqu minn bdot mill-bogħod li:

    (a)

    huwa familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS.

    (b)

    fil-każ ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord tal-klassi C1, kif definit fil-Parti 2 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, ikun temm kors ta’ taħriġ online u wara dan ikun għadda minn eżami tal-għarfien teoretiku online ipprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Istat Membru u ġab tal-inqas 75 % mill-marki totali. L-eżami għandu jkun fih 40 mistoqsija b’għażla multipla mqassma kif xieraq bejn it-temi li ġejjin:

    i.

    is-sikurezza tal-avjazzjoni;

    ii.

    ir-restrizzjonijiet tal-ispazju tal-ajru;

    iii.

    ir-regolamenti dwar l-avjazzjoni;

    iv.

    il-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-bniedem;

    v.

    il-proċeduri operattivi;

    vi.

    għarfien ġenerali dwar il-UAS;

    vii.

    il-privatezza u l-protezzjoni tad-data;

    viii.

    l-assigurazzjoni;

    ix.

    is-sigurtà.

    (5)

    isiru b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord:

    (a)

    b’MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta’ inqas minn 250 g u b’veloċità operattiva massima ta’ inqas minn 19 m/s, fil-każ ta’ UAS mibnija privatament; jew

    (b)

    li jissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 20;

    (c)

    li jkun immarkat bħala tal-klassi C0 u jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 1 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945; jew

    (d)

    jiġi mmarkat bħala klassi C1 u jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 2 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u jitħaddem b’sistema ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod attiva u aġġornata u b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza.

    UAS.OPEN.030 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A2

    Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A2 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    jitwettqu b’tali mod li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jtirx fuq persuni mhux involuti u l-operazzjonijiet tal-UAS isiru f’distanza orizzontali sikura ta’ mill-inqas 30 metru minnhom; il-bdot mill-bogħod jista’ jnaqqas id-distanza orizzontali tas-sikurezza sa minimu ta’ 5 metri minn persuni mhux involuti meta jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b’funzjoni attiva ta’ modalità b’veloċità baxxa u wara evalwazzjoni tas-sitwazzjoni rigward:

    (a)

    il-kundizzjonijiet tat-temp,

    (b)

    il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord,

    (c)

    is-segregazzjoni taż-żona li fuqha se tgħaddi t-titjira.

    (2)

    isiru minn bdot mill-bogħod li huwa familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS u li għandu ċertifikat ta’ kompetenza ta’ bdot mill-bogħod maħruġ mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkiseb wara li jkun issodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin u fl-ordni indikat:

    (a)

    temm kors ta’ taħriġ online u għadda mill-eżami tal-għarfien teoretiku online kif imsemmi fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020;

    (b)

    temm taħriġ ta’ awtoprattika fil-kundizzjonijiet operattivi tas-sottokategorija A3 stabbiliti fil-punti (1) u (2) tal-punt UAS.OPEN.040;

    (c)

    iddikjara li temm it-taħriġ ta’ awtoprattika definit fil-punt (b) u għadda minn eżami addizzjonali tal-għarfien teoretiku pprovdut mill-awtorità kompetenti jew f’entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u ġab tal-inqas 75 % mill-marki totali. L-eżami għandu jkun fih tal-anqas 30 mistoqsija b’għażliet multipli bil-għan li jiġi vvalutat l-għarfien tal-bdot mill-bogħod dwar il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi tar-riskju fuq l-art, imqassma kif xieraq bejn it-temi li ġejjin:

    (i)

    il-meteoroloġija;

    (ii)

    il-prestazzjoni tat-tajran tal-UAS;

    (iii)

    il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi tar-riskju fuq l-art.

    (3)

    isiru b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li huwa mmarkat bħala tal-klassi C2 u li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 3 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, u huwa operat b’sistema ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod attiva u aġġornata u b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza.

    UAS.OPEN.040 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A3

    Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A3 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    isiru f’żona fejn il-bdot mill-bogħod raġonevolment jistenna li l-ebda persuna mhux involuta mhi se titqiegħed f’periklu fil-medda fejn l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord se jittajjar tul il-ħin kollu tal-operazzjoni tal-UAS;

    (2)

    isiru f’distanza sikura orizzontali ta’ mill-inqas 150 metru minn żoni residenzjali, kummerċjali, industrijali jew ta’ rikreazzjoni;

    (3)

    isiru minn bdot mill-bogħod li jkun familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS u li jkun temm kors ta’ taħriġ online u għadda minn eżami tal-għarfien teoretiku online kif definit fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020;

    (4)

    isiru b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord:

    (a)

    b’MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta’ inqas minn 25 kg, fil-każ ta’ UAS mibnija privatament, jew

    (b)

    li jissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 20;

    (c)

    jiġi mmarkat bħala klassi C2 u jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 3 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u jitħaddem b’sistema ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod attiva u aġġornata u b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza jew;

    (d)

    jiġi mmarkat bħala klassi C3 u jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 4 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u jitħaddem b’sistema ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod attiva u aġġornata u b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza; jew

    (e)

    li huwa mmarkat bħala tal-klassi C4 u jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945.

    UAS.OPEN.050 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS

    L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    jiżviluppa proċeduri operattivi adattati għat-tip ta’ operazzjoni u għar-riskju involut;

    (2)

    jiżgura li l-operazzjonijiet kollha effettivament jużaw u jsostnu l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju sabiex jiġu evitati interferenzi li jagħmlu ħsara;

    (3)

    jaħtar bdot mill-bogħod għal kull titjira;

    (4)

    jiżgura li l-bdoti mill-bogħod u kull persunal ieħor li jwettaq kompitu b’appoġġ għall-operazzjonijiet huma familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS, u:

    (a)

    ikollhom kompetenza xierqa fis-sottokategorija tal-operazzjonijiet tal-UAS previsti skont il-punti UAS.OPEN.020, UAS.OPEN.030 jew UAS.OPEN.040 biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom jew, fil-każ ta’ persunal ieħor minbarra l-bdot mill-bogħod, ikun temm kors ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol żviluppat mill-operatur;

    (b)

    huma familjari sew mal-proċeduri tal-operatur ta’ UAS;

    (c)

    ingħataw l-informazzjoni rilevanti għall-operazzjoni tal-UAS prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika ppubblikata mill-Istat Membru fejn se ssir l-operazzjoni skont l-Artikolu 15;

    (5)

    jaġġorna l-informazzjoni fis-sistema ta’ ġeokonsapevolezza meta applikabbli skont il-post tal-operazzjoni previst;

    (6)

    fil-każ ta’ operazzjoni b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jagħmel parti minn waħda mill-klassijiet definiti fil-Parti 1 sa 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, jiżgura li l-UAS hija:

    (a)

    akkumpanjata mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE korrispondenti, inkluż ir-referenza għall-klassi xierqa; u

    (b)

    l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord iġorr fuqu t-tikketta ta’ identifikazzjoni tal-klassi relatata.

    (7)

    Fil-każ ta’ operazzjoni tal-UAS fis-sottokategorija A2 jew A3, jiżgura li l-persuni kollha involuti li huma preżenti fiż-żona tal-operazzjoni ġew informati dwar ir-riskji u qablu b’mod espliċitu li jipparteċipaw.

    UAS.OPEN.060 Responsabbiltajiet tal-bdot mill-bogħod

    (1)

    Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, il-bdot mill-bogħod għandu:

    (a)

    ikollu l-kompetenza xierqa fis-sottokategorija tal-operazzjonijiet tal-UAS previsti skont il-punti UAS.OPEN.020, UAS.OPEN.030 jew UAS.OPEN.040 biex iwettaq il-kompiti tiegħu u jwettaq prova ta’ kompetenza waqt li jopera l-UAS, ħlief meta jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) jew (5)(c) tal-punt UAS.OPEN.020;

    (b)

    jikseb informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni tal-UAS prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika ppubblikata mill-Istat Membru fejn se ssir l-operazzjoni skont l-Artikolu 15;

    (c)

    josserva l-ambjent operattiv, jiċċekkja għall-preżenza ta’ ostakoli u, sakemm ma jkunx qed jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fis-sottokategorija A1 imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) jew (5)(c) tal-punt UAS.OPEN.020, jiċċekkja għall-preżenza ta’ xi persuni mhux involuti;

    (d)

    jiżgura li l-UAS hija f’kundizzjoni sabiex it-titjira kollha ppjanata ssir b’mod sikur, u jekk applikabbli, jiċċekkja li l-identifikazzjoni diretta mill-bogħod tkun attiva u aġġornata;

    (e)

    jekk il-UAS tkun qed iġġorr tagħbija utli addizzjonali, jivverifika li l-massa tagħha ma taqbiżx la l-MTOM definita mill-manifattur u lanqas il-limitu tal-MTOM tal-klassi tagħha.

    (2)

    Matul it-titjira, il-bdot mill-bogħod:

    (a)

    ma għandux iwettaq funzjonijiet taħt l-influwenza ta’ sustanzi psikoattivi jew tal-alkoħol jew meta ma jkunx fi stat li jwettaq il-kompiti tiegħu minħabba korriment, eżawriment, medikazzjoni, mard jew għal raġunijiet oħra;

    (b)

    għandu jżomm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-VLOS u jżomm sorveljanza viżwali bir-reqqa tal-ispazju tal-ajru madwar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ kolliżjoni ma’ xi inġenji tal-ajru bi bdot abbord. Il-bdot mill-bogħod għandu jwaqqaf it-titjira jekk l-operazzjoni tippreżenta riskju għall-inġenji tal-ajru oħra, għan-nies, għall-annimali, għall-ambjent jew għall-proprjetà;

    (c)

    għandu jirrispetta l-limitazzjonijiet operattivi f’żoni ġeografiċi definiti skont l-Artikolu 15;

    (d)

    għandu jkollu l-kapaċità jżomm il-kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, ħlief fil-każ ta’ telf tal-kollegament jew meta jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jopera b’tajran liberu (free-flight);

    (e)

    għandu jopera l-UAS skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur, inkluż kwalunkwe limitazzjoni applikabbli;

    (f)

    għandu josserva l-proċeduri tal-operatur meta dawn ikunu disponibbli;

    (g)

    meta jkun qed jopera billejl, jiżgura li jkun attivat dawl aħdar li jteptep fuq l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

    (3)

    Matul it-titjira, il-bdoti mill-bogħod u l-operaturi ta’ UAS ma għandhomx itajru qrib jew ġewwa żoni fejn ikun għaddej sforz ta’ rispons ta’ emerġenza sakemm ma jkollhomx il-permess tas-servizzi responsabbli għar-rispons ta’ emerġenza biex jagħmlu dan.

    (4)

    Għall-finijiet tal-punt (2)(b), il-bdoti mill-bogħod jistgħu jiġu assistiti minn osservatur ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord. F’dan il-każ, għandha tiġi stabbilita komunikazzjoni ċara u effettiva bejn il-bdot mill-bogħod u l-osservatur tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

    UAS.OPEN.070 Durata u validità tal-kompetenza teoretika online tal-bdot mill-bogħod u taċ-ċertifikati tal-kompetenza tal-bdot mill-bogħod

    (1)

    Il-kompetenza teoretika online tal-bdot mill-bogħod, meħtieġa skont il-punti (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020 u l-punt (3) tal-punt UAS.OPEN.040, u ċ-ċertifikat tal-kompetenza tal-bdot mill-bogħod, meħtieġ mill-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030, għandhom ikunu validi għal ħames snin.

    (2)

    Il-validazzjoni mill-ġdid tal-kompetenza teoretika tal-bdot mill-bogħod online u taċ-ċertifikat ta’ kompetenza tal-bdot mill-bogħod hija, fil-perjodu ta’ validità tiegħu, soġġetta għal:

    (a)

    dimostrazzjoni tal-kompetenzi rispettivament skont il-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020 jew il-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030; jew

    (b)

    tlestija ta’ taħriġ ta’ tiġdid li jindirizza rispettivament is-suġġetti tal-għarfien teoriku kif definit fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020 jew il-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030 ipprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti.

    (3)

    Għall-validazzjoni mill-ġdid tal-kompetenza teoretika tal-bdot mill-bogħod online jew taċ-ċertifikat ta’ kompetenza tal-bdot mill-bogħod meta din/dan tiskadi/jiskadi, il-bdot mill-bogħod għandu jkun konformi mal-punt (2)(a).

    PARTI B

    OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “SPEĊIFIKA”

    UAS.SPEC.010 Dispożizzjonijiet ġenerali

    L-operatur tal-UAS għandu jipprovdi valutazzjoni tar-riskju operattiv għall-operazzjoni prevista lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 11, jew jippreżenta dikjarazzjoni meta japplika l-punt UAS.SPEC.020, sakemm l-operatur ma jkollux ċertifikat ta’ operatur ta’ UAS ħafifa (LUC) bil-privileġġi xierqa, skont is-Subparti C ta’ dan l-Anness. L-operatur tal-UAS għandu jivvaluta fuq bażi regolari l-adegwatezza tal-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda u jaġġornahom fejn meħtieġ.

    UAS.SPEC.020 Dikjarazzjoni operattiva

    (1)

    Skont l-Artikolu 5, bħala alternattiva għall-punti UAS.SPEC.30 u UAS.SPEC.40 l-operatur tal-UAS jista’ jissottometti dikjarazzjoni operattiva ta’ konformità ma’ xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se ssir ir-reġistrazzjoni fir-rigward ta’ operazzjonijiet:

    (a)

    ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord b’:

    (i)

    dimensjoni karatteristika massima sa 3 metri fil-VLOS fuq żona tal-art ikkontrollata ħlief fuq ġemgħat ta’ nies,

    (ii)

    dimensjoni karatteristika massima sa metru (1) fil-VLOS ħlief fuq ġemgħat ta’ nies;

    (iii)

    dimensjoni karatteristika massima sa metru (1) fil-BVLOS ħlief fuq żoni skarsament popolati;

    (iv)

    dimensjoni karatteristika massima sa 3 metri fil-BVLOS fuq żona tal-art ikkontrollata.

    (b)

    li jsiru taħt il-120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art, u:

    (i)

    fi spazju tal-ajru mhux ikkontrollat (klassi F jew G) sakemm ma jiġux ipprovduti limitazzjonijiet differenti mill-Istati Membri permezz ta’ żoni ġeografiċi UAS f’żoni fejn il-probabbiltà li jiltaqgħu ma’ inġenji tal-ajru bi bdot abbord mhijiex baxxa; jew

    (ii)

    fi spazju tal-ajru kkontrollat, skont il-proċeduri ppubblikati għaż-żona tal-operazzjoni, sabiex tkun żgurata probabbiltà baxxa li jiltaqgħu ma’ inġenji tal-ajru bi bdot abbord.

    (2)

    Dikjarazzjoni tal-operaturi ta’ UAS għandu jkun fiha:

    (a)

    informazzjoni amministrattiva dwar l-operatur tal-UAS;

    (b)

    dikjarazzjoni li l-operazzjoni tissodisfa r-rekwiżit operattiv stabbilit fil-punt (1) u xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness;

    (c)

    l-impenn tal-operatur tal-UAS li josserva l-miżuri ta’ mitigazzjoni rilevanti meħtieġa għas-sikurezza tal-operazzjoni, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għall-operazzjoni, għad-disinn tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-kompetenza tal-persunal involut.

    (d)

    konferma mill-operatur tal-UAS li kull titjira magħmula taħt id-dikjarazzjoni se jkollha kopertura xierqa tal-assigurazzjoni, jekk din tkun meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

    (3)

    Malli tirċievi d-dikjarazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li d-dikjarazzjoni fiha l-elementi kollha elenkati fil-punt (2) u għandha tibgħat konferma lill-operatur tal-UAS tal-wasla u tal-kompletezza mingħajr dewmien żejjed.

    (4)

    Wara li jirċievi l-konferma tal-wasla u tal-kompletezza, l-operatur tal-UAS huwa intitolat jibda l-operazzjoni.

    (5)

    L-operaturi tal-UAS għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni fid-dikjarazzjoni operattiva li ppreżentaw.

    (6)

    Operaturi ta’ UAS b’LUC bi privileġġi xierqa, skont il-Parti C ta’ dan l-Anness, mhumiex meħtieġa jissottomettu d-dikjarazzjoni.

    UAS.SPEC.030 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva

    (1)

    Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS fil-kategorija “speċifika” l-operatur tal-UAS għandu jikseb awtorizzazzjoni operattiva mill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, ħlief:

    (a)

    meta japplika l-punt UAS.SPEC.020; jew

    (b)

    meta l-operatur tal-UAS jkollu LUC bi privileġġi xierqa, skont il-Parti C ta’ dan l-Anness.

    (2)

    L-operatur tal-UAS għandu jippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva aġġornata jekk ikun hemm xi tibdil sinifikanti fl-operazzjoni jew fil-miżuri ta’ mitigazzjoni elenkati fl-awtorizzazzjoni operattiva.

    (3)

    L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 11 u minbarra dan għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS;

    (b)

    l-isem tal-maniġer responsabbli jew l-isem tal-operatur tal-UAS fil-każ ta’ persuna fiżika;

    (c)

    il-valutazzjoni tar-riskju operattiv;

    (d)

    il-lista ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni proposti mill-operatur tal-UAS, b’informazzjoni suffiċjenti biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tivvaluta l-adegwatezza tal-miżuri ta’ mitigazzjoni biex jiġu indirizzati r-riskji;

    (e)

    manwal tal-operazzjonijiet meta dan ikun meħtieġ minħabba r-riskju u l-kumplessità tal-operazzjoni;

    (f)

    konferma li malli jibdew l-operazzjonijiet tal-UAS se jkun hemm kopertura tal-assigurazzjoni xierqa fis-seħħ, jekk din tkun meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

    UAS.SPEC.040 Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni operattiva

    (1)

    Meta tirċievi applikazzjoni skont il-punt UAS.SPEC.030, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien żejjed, toħroġ awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12 meta tikkonkludi li l-operazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    tkun ġiet ipprovduta l-informazzjoni kollha skont il-punt (3) tal-punt UAS.SPEC.030;

    (b)

    hemm proċedura fis-seħħ għall-koordinazzjoni mal-fornitur tas-servizz rilevanti għall-ispazju tal-ajru f’każ li l-operazzjoni sħiħa, jew parti minnha, tkun se ssir fi spazju tal-ajru kkontrollat.

    (2)

    Fl-awtorizzazzjoni operattiva l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni eżatt tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 12.

    UAS.SPEC.050 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS

    (1)

    L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    jistabbilixxi proċeduri u limitazzjonijiet adattati għat-tip tal-operazzjoni prevista u r-riskju involut, fosthom:

    (i)

    il-proċeduri operattivi biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-operazzjonijiet;

    (ii)

    il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tas-sikurezza applikabbli għaż-żona tal-operazzjonijiet jiġu rispettati fl-operazzjoni prevista;

    (iii)

    il-miżuri għall-protezzjoni kontra interferenza illegali u aċċess mhux awtorizzat;

    (iv)

    il-proċeduri biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet kollha jirrispettaw ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data. B’mod partikolari għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, meta din tkun meħtieġa mill-Awtorità Nazzjonali għall-protezzjoni tad-data fl-applikazzjoni tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679;

    (v)

    il-linji gwida għall-bdoti mill-bogħod tiegħu biex l-operazzjonijiet tal-UAS jiġu ppjanati b’tali mod li jiġu mminimizzati l-inkonvenjenzi, inklużi fastidji relatati mal-istorbju u ma’ emissjonijiet oħra, għall-persuni u għall-annimali.

    (b)

    jiddeżinja bdot mill-bogħod għal kull titjira jew, fil-każ ta’ operazzjonijiet awtonomi, jiżgura li matul kull fażi tat-titjira, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti speċjalment dawk definiti fil-punti (2) u (3) tal-punt UAS.SPEC.060 huma allokati sew f’konformità mal-proċeduri stabbiliti skont il-punt (a);

    (c)

    jiżgura li l-operazzjonijiet kollha effettivament jużaw u jsostnu l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju sabiex jiġu evitati interferenzi li jagħmlu ħsara;

    (d)

    jiżgura li qabel ma jwettqu l-operazzjonijiet, il-bdoti mill-bogħod jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    għandhom il-kompetenza biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont it-taħriġ applikabbli identifikat mill-awtorizzazzjoni operattiva jew, jekk japplika l-punt UAS.SPEC.020, mill-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fix-xenarju standard xieraq elenkat fl-Appendiċi 1 jew kif definit bil-LUC;

    (ii)

    isegwu taħriġ għall-bdoti mill-bogħod li għandu jkun ibbażat fuq il-kompetenza u jinkludi l-kompetenzi stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 8;

    (iii)

    isegwu taħriġ għall-bdoti mill-bogħod, kif definit fl-awtorizzazzjoni operattiva, għal operazzjonijiet li jeħtieġu tali awtorizzazzjoni, u dan għandu jsir f’kooperazzjoni ma’ entità maħtura mill-awtorità kompetenti;

    (iv)

    isegwu taħriġ għall-bdoti mill-bogħod għal operazzjonijiet taħt dikjarazzjoni li għandu jsir skont il-miżuri ta’ mitigazzjoni definiti mix-xenarju standard;

    (v)

    ikunu ġew mgħarrfa dwar il-manwal tal-operazzjonijiet għall-operatur tal-UAS, jekk meħtieġ mill-valutazzjoni tar-riskju u mill-proċeduri stabbiliti skont il-punt (a);

    (vi)

    jiksbu informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika definita skont l-Artikolu 15;

    (e)

    jiżgura li l-persunal responsabbli għad-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS, minbarra l-bdot mill-bogħod innifsu, jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    ikun temm taħriġ fuq il-post tax-xogħol żviluppat mill-operatur;

    (ii)

    ikun ġie mgħarraf dwar il-manwal tal-operazzjonijiet għall-operatur tal-UAS, jekk meħtieġ mill-valutazzjoni tar-riskju, u dwar il-proċeduri stabbiliti skont il-punt (a);

    (iii)

    ikun kiseb informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika definita skont l-Artikolu 15;

    (f)

    iwettaq kull operazzjoni skont il-limitazzjonijiet, il-kundizzjonijiet, u l-miżuri ta’ mitigazzjoni definiti fid-dikjarazzjoni jew speċifikati fl-awtorizzazzjoni operattiva;

    (g)

    iżomm u jmantni rekord aġġornat ta’:

    (i)

    il-kwalifiki u l-korsijiet ta’ taħriġ rilevanti kollha mwettqa mill-bdot mill-bogħod u l-persunal l-ieħor inkarigat mid-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS u mill-persunal tal-manutenzjoni, għal mill-inqas 3 snin wara li dawk il-persuni jkunu temmew l-impjieg tagħhom mal-organizzazzjoni jew ikunu biddlu l-pożizzjoni tagħhom fl-organizzazzjoni;

    (ii)

    l-attivitajiet ta’ manutenzjoni mwettqa fil-UAS għal minimu ta’ 3 snin;

    (iii)

    l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tal-UAS, inkluża kwalunkwe okkorrenza teknika jew operattiva mhux tas-soltu u data oħra kif meħtieġ mid-dikjarazzjoni jew mill-awtorizzazzjoni operattiva għal mill-inqas 3 snin;

    (h)

    juża UAS li, bħala minimu, huma ddisinjati b’tali mod li fl-eventwalità ta’ ħsara din ma twassalx biex l-UAS itiru barra mill-volum operattiv jew jikkawżaw fatalità. Barra minn hekk, l-interfaċċji Bniedem-Magna għandhom ikunu tali li jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ żball min-naħa tal-bdot u ma għandhomx jikkawżaw għeja mhux raġonevoli;

    (i)

    iżomm il-UAS f’kundizzjoni xierqa biex topera b’mod sikur billi:

    (i)

    bħala minimu, jispjega sew l-istruzzjonijiet dwar il-manutenzjoni u jimpjega persunal tal-manutenzjoni bi kwalifiki xierqa u mħarreġ sew; u

    (ii)

    f’konformità mal-punt UAS.SPEC.100, jekk meħtieġ;

    (iii)

    juża inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li huwa ddisinjat sabiex jiġu mminimizzati l-istorbju u emissjonijiet oħra, filwaqt li jqis it-tip ta’ operazzjonijiet previsti u ż-żoni ġeografiċi fejn l-istorbju u l-emissjonijiet oħra mill-inġenji tal-ajru huma ta’ tħassib.

    (j)

    jistabbilixxi u jżomm lista aġġornata tal-bdoti mill-bogħod maħtura għal kull titjira;

    (k)

    jistabbilixxi u jżomm lista aġġornata tal-persunal tal-manutenzjoni impjegat mill-operatur biex iwettaq attivitajiet ta’ manutenzjoni; u

    (l)

    jiżgura li kull inġenju tal-ajru individwali mingħajr bdot abbord ikollu installat fuqu:

    (i)

    mill-inqas dawl aħdar wieħed li jteptep għall-fini tal-viżibbiltà tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord billejl, u

    (ii)

    sistema ta’ identifikazzjoni mill-bogħod attiva u aġġornata.

    UAS.SPEC.060 Responsabbiltajiet tal-bdot mill-bogħod

    (1)

    Il-bdot mill-bogħod:

    (a)

    ma għandux iwettaq funzjonijiet taħt l-influwenza ta’ sustanzi psikoattivi jew tal-alkoħol jew meta ma jkunx fi stat li jwettaq il-kompiti tiegħu minħabba korriment, eżawriment, medikazzjoni, mard jew għal raġunijiet oħra;

    (b)

    għandu jkollu l-kompetenza xierqa ta’ bdot mill-bogħod kif definit fl-awtorizzazzjoni operattiva, fix-xenarju standard definit fl-Appendiċi 1 jew kif definit mil-LUC u jwettaq prova ta’ kompetenza waqt li jopera l-UAS.

    (c)

    għandu jkun familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS.

    (2)

    Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, il-bdot mill-bogħod għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    jikseb informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika definita skont l-Artikolu 15;

    (b)

    jiżgura li l-ambjent operattiv huwa kompatibbli mal-limitazzjonijiet u mal-kundizzjonijiet awtorizzati jew iddikjarati;

    (c)

    jiżgura li l-UAS hija f’kundizzjoni sikura sabiex it-titjira kollha ppjanata ssir b’mod sikur, u jekk applikabbli, jiċċekkja li l-identifikazzjoni diretta mill-bogħod tkun attiva u aġġornata;

    (d)

    jiżgura li l-informazzjoni dwar l-operazzjoni tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-unità rilevanti tas-servizz tat-traffiku tal-ajru (ATS), għal utenti oħra tal-ispazju tal-ajru u għal partijiet interessati rilevanti, kif meħtieġ mill-awtorizzazzjoni operattiva jew mill-kundizzjonijiet ippubblikati mill-Istat Membru għaż-żona ġeografika tal-operazzjoni skont l-Artikolu 15.

    (3)

    Matul it-titjira, il-bdot mill-bogħod:

    (a)

    għandu jirrispetta l-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet awtorizzati jew iddikjarati;

    (b)

    għandu jevita kull riskju ta’ kolliżjoni ma’ kwalunkwe inġenju tal-ajru bi bdot abbord u jwaqqaf titjira meta l-issoktar tagħha jista’ joħloq riskju għal inġenji tal-ajru oħra, għan-nies, għall-annimali, għall-ambjent jew għall-proprjetà;

    (c)

    għandu jirrispetta l-limitazzjonijiet operattivi f’żoni ġeografiċi definiti skont l-Artikolu 15;

    (d)

    għandu josserva l-proċeduri tal-operatur;

    (e)

    ma għandux itir qrib jew ġewwa żoni fejn ikun għaddej sforz ta’ rispons ta’ emerġenza sakemm ma jkollux il-permess tas-servizzi responsabbli għar-rispons ta’ emerġenza biex jagħmel dan.

    UAS.SPEC.070 Trasferibbiltà ta’ awtorizzazzjoni operattiva

    Awtorizzazzjoni operattiva mhijiex trasferibbli.

    UAS.SPEC.080 Durata u validità ta’ awtorizzazzjoni operattiva

    (1)

    L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika d-durata tal-awtorizzazzjoni operattiva fl-awtorizzazzjoni nnifisha.

    (2)

    Minkejja l-punt (1), l-awtorizzazzjoni operattiva tibqa’ valida sakemm l-operatur tal-UAS jibqa’ konformi mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament u mal-kundizzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni operattiva.

    (3)

    Mar-revoka jew maċ-ċediment tal-awtorizzazzjoni operattiva l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi konferma f’format diġitali li għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

    UAS.SPEC.085 Durata u validità ta’ dikjarazzjoni operattiva:

    Id-dikjarazzjoni operattiva għandu jkollha durata limitata ta’ sentejn (2). Id-dikjarazzjoni ma għandiex tibqa’ titqies bħala kompleta skont it-tifsira tal-punt (4) tal-punt UAS.SPEC.020 jekk:

    (1)

    matul is-sorveljanza tal-operatur tal-UAS, l-awtorità kompetenti tkun sabet li l-operazzjoni tal-UAS ma twettqitx skont id-dikjarazzjoni operattiva;

    (2)

    il-kundizzjonijiet tal-operazzjoni tal-UAS inbidlu sal-punt li d-dikjarazzjoni operattiva ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament;

    (3)

    l-awtorità kompetenti ma tingħatax aċċess skont il-punt UAS.SPEC.090.

    UAS.SPEC.090 Aċċess

    Sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, operatur tal-UAS għandu jagħti lil kwalunkwe persuna debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti aċċess għal kull faċilità, UAS, dokument, rekord, data, proċedura jew għal kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-attività tiegħu, li hija soġġetta għal awtorizzazzjoni operattiva jew dikjarazzjoni operattiva, irrispettivament minn jekk l-attività tiegħu hijiex ikkuntrattata jew sottokuntrattata lil organizzazzjoni oħra.

    UAS.SPEC.100 Użu ta’ tagħmir ċertifikat u inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ċertifikati

    (1)

    Jekk l-operazzjoni tal-UAS tkun qiegħda tuża inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalih ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà, jew tkun qed tuża tagħmir ċertifikat, l-operatur tal-UAS għandu jirreġistra il-ħin tal-operazzjoni jew il-ħin tas-servizz skont l-istruzzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tagħmir ċertifikat, jew skont l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-organizzazzjoni.

    (2)

    L-operatur tal-UAS għandu jsegwi l-istruzzjonijiet imsemmija fiċ-ċertifikat tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew fiċ-ċertifikat tat-tagħmir, u barra minn hekk jirrispetta kwalunkwe direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà jew direttiva operattiva maħruġa mill-Aġenzija.

    PARTI C

    ĊERTIFIKAT TA’ OPERATUR TA’ UAS ĦAFIFA (LUC)

    UAS.LUC.010 Rekwiżiti ġenerali għal LUC

    (1)

    Persuna ġuridika hija eliġibbli biex tapplika għal LUC taħt din il-Parti.

    (2)

    Applikazzjoni għal LUC jew għal emenda għal LUC eżistenti għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

    (a)

    deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-operatur tal-UAS, fosthom l-istruttura organizzazzjonali u s-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tiegħu;

    (b)

    l-isem/ismijiet tal-persunal responsabbli tal-operatur tal-UAS, inkluż il-persuna responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-operazzjonijiet b’UASs;

    (c)

    dikjarazzjoni li d-dokumentazzjoni kollha ppreżentata lill-awtorità kompetenti ġiet ivverifikata mill-applikant u nstabet li hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

    (3)

    Jekk ir-rekwiżiti ta’ din il-Parti jkunu ssodisfati, detentur ta’ LUC jista’ jingħata l-privileġġ, skont il-punt UAS.LUC.060.

    UAS.LUC.020 Responsabbiltajiet tad-detentur ta’ LUC

    Id-detentur ta’ LUC għandu:

    (1)

    jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti UAS.SPEC.050 u UAS.SPEC.060;

    (2)

    jirrispetta l-kamp ta’ applikazzjoni u l-privileġġi definiti fit-termini tal-approvazzjoni;

    (3)

    jistabbilixxi u jżomm sistema biex ikun jista’ jeżerċita kontroll operattiv fuq kwalunkwe operazzjoni li ssir skont it-termini tal-LUC tiegħu;

    (4)

    iwettaq valutazzjoni tar-riskju operattiv tal-operazzjoni prevista skont l-Artikolu 11 sakemm ma jkunx qed iwettaq operazzjoni li għaliha dikjarazzjoni operattiva hija suffiċjenti skont il-punt UAS.SPEC.020;

    (5)

    iżomm rekords tal-elementi li ġejjin b’tali mod li jiġi żgurat li dawn ikunu protetti minn ħsara, alterazzjoni u serq għal perjodu ta’ mill-inqas 3 snin fil-każ ta’ operazzjonijiet li jsiru bl-użu tal-privileġġi speċifikati taħt il-punt UAS.LUC.060:

    (a)

    il-valutazzjoni tar-riskju operattiv, meta din tkun meħtieġa skont il-punt 4, u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn tagħha;

    (b)

    il-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda; u

    (c)

    il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal involut fl-operazzjoni tal-UAS, fil-monitoraġġ tal-konformità u fil-ġestjoni tas-sikurezza;

    (6)

    iżomm rekords tal-persunal imsemmija fil-punt (5)(c) sakemm il-persuna tkun għadha impjegata mal-organizzazzjoni u dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal 3 snin wara li l-persuna tkun telqet mill-organizzazzjoni.

    UAS.LUC.030 Sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza

    (1)

    Operatur tal-UAS li japplika għal LUC għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza li tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni, għan-natura u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, b’kont meħud tal-perikli u tar-riskji assoċjati inerenti għal dawn l-attivitajiet.

    (2)

    L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    jaħtar maniġer responsabbli b’awtorità biex jiġi żgurat li l-attivitajiet kollha fl-organizzazzjoni jsiru skont l-istandards applikabbli u li l-organizzazzjoni tkun kontinwament f’konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni u mal-proċeduri identifikati fil-manwal tal-LUC imsemmi fil-punt UAS.LUC.040;

    (b)

    jiddefinixxi linji ċari ta’ responsabbiltà u ta’ akkontabbiltà fl-organizzazzjoni kollha;

    (c)

    jistabbilixxi u jżomm politika dwar is-sikurezza u objettivi korrispondenti relatati mas-sikurezza;

    (d)

    jaħtar persunal prinċipali responsabbli għas-sikurezza biex jimplimenta l-politika tas-sikurezza;

    (e)

    jistabbilixxi u jżomm proċess ta’ ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza inkluż l-identifikazzjoni ta’ perikli għas-sikurezza assoċjati mal-attivitajiet tal-operatur tal-UAS, kif ukoll il-valutazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta’ azzjoni għall-mitigazzjoni ta’ dawk ir-riskji u l-verifika tal-effikaċja tal-azzjoni;

    (f)

    jippromwovi s-sikurezza fl-organizzazzjoni permezz ta’:

    (i)

    it-taħriġ u l-edukazzjoni;

    (ii)

    il-komunikazzjoni;

    (g)

    jiddokumenta l-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza sabiex il-persunal kollu jkun jaf x’inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu u tal-proċedura għall-emendar ta’ din id-dokumentazzjoni; il-proċessi ewlenin jinkludu:

    (i)

    ir-rapportar dwar is-sikurezza u investigazzjonijiet interni;

    (ii)

    il-kontroll operattiv;

    (iii)

    il-komunikazzjoni dwar is-sikurezza;

    (iv)

    it-taħriġ u l-promozzjoni tas-sikurezza;

    (v)

    il-monitoraġġ tal-konformità;

    (vi)

    il-ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza;

    (vii)

    il-ġestjoni tal-bidla;

    (viii)

    l-interfaċċa bejn l-organizzazzjonijiet;

    (ix)

    l-użu ta’ sottokuntratturi u ta’ sħab;

    (h)

    jinkludi funzjoni indipendenti biex timmonitorja l-konformità u l-adegwatezza tal-ħarsien tar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament, inkluża sistema biex jingħata feedback dwar is-sejbiet lill-maniġer responsabbli sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri korrettivi skont kif ikun meħtieġ;

    (i)

    jinkludi funzjoni biex jiġi żgurat li r-riskji għas-sikurezza inerenti għal prodott jew għal servizz ipprovdut permezz ta’ sottokuntratturi jiġu vvalutati u mitigati taħt is-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-operatur.

    (3)

    Jekk l-organizzazzjoni jkollha ċertifikati oħra tal-organizzazzjoni skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 1139/2018, is-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-operatur tal-UAS tista’ tiġi integrata mas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza meħtieġa minn dawk iċ-ċertifikat(i) addizzjonali.

    UAS.LUC.040 Manwal tal-LUC

    (1)

    Detentur ta’ LUC għandu jipprovdi manwal tal-LUC lill-awtorità kompetenti li jiddeskrivi, direttament jew permezz ta’ kontroreferenza l-organizzazzjoni tiegħu, il-proċeduri rilevanti u l-attivitajiet imwettqa.

    (2)

    Il-manwal għandu jkun fih dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li tikkonferma li l-ħidma tal-organizzazzjoni sejra dejjem tkun konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-manwal tal-LUC approvat. Meta l-Maniġer responsabbli ma jkunx l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-organizzazzjoni, l-uffiċjal kap eżekuttiv għandu jikkontrofirma din id-dikjarazzjoni.

    (3)

    Jekk xi attività ssir minn organizzazzjonijiet jew sottokuntratturi sħab, fil-manwal tal-LUC l-operatur tal-UAS għandu jinkludi l-proċeduri dwar kif id-detentur tal-LUC għandu jimmaniġġja r-relazzjoni ma’ dawk l-organizzazzjonijiet jew sottokuntratturi sħab.

    (4)

    Il-manwal tal-LUC għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex tinżamm deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni tad-detentur tal-LUC, u l-awtorità kompetenti għandha tingħata kopji tal-emendi.

    (5)

    L-operatur tal-UAS għandu jqassam il-partijiet rilevanti tal-manwal tal-LUC lill-persunal kollu tiegħu skont il-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.

    UAS.LUC.050 Termini tal-approvazzjoni tad-detentur ta’ LUC

    (1)

    L-awtorità kompetenti għandha toħroġ LUC wara li tkun sodisfatta li l-operatur tal-UAS jikkonforma mal-punti UAS.LUC.020, UAS.LUC.030 u UAS.LUC.040.

    (2)

    Il-LUC għandu jinkludi:

    (a)

    l-identifikazzjoni tal-operatur tal-UAS;

    (b)

    il-privileġġi tal-operatur tal-UAS;

    (c)

    it-tip jew it-tipi ta’ operazzjonijiet awtorizzati;

    (d)

    iż-żona awtorizzata, iż-żona jew il-klassi tal-ispazju tal-ajru għall-operazzjonijiet, jekk applikabbli;

    (e)

    kwalunkwe limitazzjoni jew kundizzjoni speċjali, jekk applikabbli;

    UAS.LUC.060 Privileġġi tad-detentur ta’ LUC

    Meta tkun sodisfatta bid-dokumentazzjoni pprovduta, l-awtorità kompetenti:

    (1)

    għandha tispeċifika t-termini u l-kundizzjonijiet tal-privileġġ mogħti lill-operatur tal-UAS fl-LUC; u

    (2)

    tista’, fi ħdan it-termini tal-approvazzjoni, tagħti lil detentur ta’ LUC il-privileġġ li jawtorizza l-operazzjonijiet tiegħu stess mingħajr ma:

    (a)

    jissottometti dikjarazzjoni operattiva;

    (b)

    japplika għal awtorizzazzjoni operattiva.

    ATM/UAS.LUC.070 Tibdil fis-sistema ta’ ġestjoni tal-LUC

    Wara l-ħruġ ta’ LUC, it-tibdil li ġej jeħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti:

    (1)

    kwalunkwe tibdil fit-termini tal-approvazzjoni tal-operatur tal-UAS;

    (2)

    kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-elementi tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tad-detentur tal-LUC kif meħtieġ mill-punt UAS.LUC.030.

    UAS.LUC.075 Trasferibbiltà ta’ LUC

    Ħlief għat-tibdil fis-sjieda tal-organizzazzjoni, approvat mill-awtorità kompetenti skont il-punt UAS.LUC.070, LUC mhuwiex trasferibbli.

    UAS.LUC.080 Durata u validità ta’ LUC

    (1)

    LUC għandu jinħareġ għal durata mingħajr limitu. Dan għandu jibqa’ validu soġġett għal dawn li ġejjin:

    (a)

    il-konformità kontinwa tad-detentur tal-LUC mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament u tal-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat; u

    (b)

    il-LUC ma jkunx qiegħed jiġi ċedut jew revokat.

    (2)

    Mar-revoka jew maċ-ċediment ta’ LUC, id-detentur ta’ LUC għandu jipprovdi konferma f’format diġitali li għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

    UAS.LUC.090 Aċċess

    Sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, id-detentur ta’ LUC għandu jagħti lil kwalunkwe persuna debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti, aċċess għal kull faċilità, UAS, dokument, rekord, data, proċedura jew għal kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-attività tiegħu, li hija soġġetta għal ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni operattiva jew dikjarazzjoni operattiva, irrispettivament minn jekk l-attività tiegħu hijiex ikkuntrattata jew sottokuntrattata ma’ organizzazzjoni oħra.

    Appendiċi 1

    għal xenarji standard b’appoġġ għal dikjarazzjoni

    KAPITOLU I

    STS-01 – VLOS fuq żona ta’ art ikkontrollata f’ambjent ippopolat

    UAS.STS-01.010 Dispożizzjonijiet ġenerali

    (1)

    Matul it-titjira, l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jinżammu sa 120 m mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art. Il-kejl tad-distanzi għandu jiġi adattat skont il-karatteristiċi ġeografiċi tat-terren, bħal pereżempju pjanuri, għoljiet, muntanji.

    (2)

    Meta inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jittajjar f’distanza orizzontali ta’ 50 m minn ostakolu artifiċjali itwal minn 105 metri, fuq talba tal-entità responsabbli għall-ostaklu, l-għoli massimu tal-operazzjoni tal-UAS jista’ jiżdied sa 15-il m ’l fuq mill-għoli tal-ostaklu.

    (3)

    L-għoli massimu tal-volum operattiv ma għandux jaqbeż it-30 m ’il fuq mill-għoli massimu permess fil-punti (1) u (2).

    (4)

    Matul it-titjira, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma għandux iġorr oġġetti perikolużi.

    UAS.STS-01.020 Operazzjonijiet tal-UAS fl-STS-01

    (1)

    Operazzjonijiet tal-UAS fl-STS-01 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    jitwettqu bl-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord miżmuma f’VLOS fil-ħinijiet kollha;

    (b)

    jitwettqu skont il-manwal tal-operazzjonijiet imsemmi fil-punt (1) tal-punt UAS.STS-01.030;

    (c)

    jitwettqu fuq żona ta’ art ikkontrollata li tinkludi:

    (i)

    għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u mhux marbutin:

    (A)

    iż-żona ġeografika tat-titjira;

    (B)

    iż-żona ta’ kontinġenza, bil-limitu/i estern(i) tagħha mill-inqas 10 m lil hinn mil-limitu/i taż-żona ġeografika tat-titjira; u

    (C)

    l-buffer tar-riskju fuq l-art, li għandu jkopri distanza lil hinn mil-limitu/i estern(i) taż-żona ta’ kontinġenza li tissodisfa mill-inqas il-parametri li ġejjin:

     

    Id-distanza minima li għandha tkun koperta mill-buffer tar-riskju fuq l-art għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u mhux marbutin

    L-għoli massimu ’l fuq mill-art

    b’MTOM sa 10 kg

    b’MTOM ta’ aktar minn 10 kg

    30 m

    10 m

    20 m

    60 m

    15 m

    30 m

    90 m

    20 m

    45 m

    120 m

    25 m

    60 m

    (ii)

    għat-tħaddim ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u marbut, raġġ ugwali għat-tul tal-irbit u 5 m aktar u ċċentrat fuq il-punt fejn l-irbit ikun imwaħħal fuq is-superfiċe tal-art.

    (d)

    jitwettqu b’veloċità fuq l-art ta’ inqas minn 5 m/s fil-każ ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u mhux marbutin;

    (e)

    jitwettqu minn bdot mill-bogħod li:

    (i)

    ikollu ċertifikat ta’ għarfien teoretiku ta’ bdot mill-bogħod skont il-Hemża A ta’ dan il-Kapitolu għall-operazzjonijiet fix-xenarji standard maħruġ mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru;

    (ii)

    ikollu akkreditazzjoni tat-tlestija tat-taħriġ fil-ħiliet prattiċi STS-01, f’konformità mal-Hemża A ta’ dan il-Kapitolu u maħruġa minn:

    (A)

    entità li tkun iddikjarat konformità mar-rekwiżiti fl-Appendiċi 3 u li tkun rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru; jew

    (B)

    operatur tal-UAS li jkun iddikjara lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, il-konformità mal-STS-01 u li jkun iddikjara l-konformità mar-rekwiżiti fl-Appendiċi 3; u

    (f)

    jitwettqu b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li huwa mmarkat bħala tal-klassi C5 u li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 16 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, u huwa operat b’sistema ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod attiva u aġġornata.

    (2)

    Il-bdot mill-bogħod għandu jikseb iċ-ċertifikat tal-għarfien teoretiku għall-operazzjonijiet fix-xenarji standard wara:

    (a)

    li jkun temm kors ta’ taħriġ online u għadda mill-eżami tal-għarfien teoretiku online kif imsemmi fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020; u

    (b)

    li jkun għadda minn eżami addizzjonali tal-għarfien teoretiku pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru f’konformità mal-Hemża A ta’ dan il-Kapitolu.

    (3)

    Dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal ħames snin. Il-validazzjoni mill-ġdid matul il-perjodu ta’ validità tiegħu, hija soġġetta għal kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    il-wiri tal-kompetenzi skont il-punt (2);

    (b)

    it-tlestija ta’ taħriġ ta’ tiġdid li jindirizza s-suġġetti tal-għarfien teoriku kif definit fil-punt (2) ipprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti.

    (4)

    Għall-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat meta dan jiskadi, il-bdot mill-bogħod għandu jkun konformi mal-punt (2).

    UAS.STS-01.030 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS

    Minbarra r-responsabbiltajiet definiti fil-UAS.SPEC.050, l-operatur tal-UAS għandu:

    (1)

    jiżviluppa manwal tal-operazzjonijiet li jinkludi l-elementi ddefiniti fl-Appendiċi 5;

    (2)

    jiddefinixxu l-volum operattiv u l-buffer tar-riskju fuq l-art għall-operazzjonijiet previsti, inkluża ż-żona ta’ art ikkontrollata li tkopri l-projezzjonijiet fuq is-superfiċe tal-art kemm fil-volum kif ukoll fil-buffer;

    (3)

    jiżgura l-adegwatezza tal-proċeduri ta’ kontinġenza u ta’ emerġenza permezz ta’ kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:

    (a)

    testijiet tat-titjira ddedikati;

    (b)

    simulazzjonijiet, dment li r-rappreżentattività tal-mezzi ta’ simulazzjoni tkun xierqa għall-iskop maħsub;

    (4)

    jiżviluppa pjan effettiv ta’ reazzjoni għal emerġenza (ERP) adattat għall-operazzjoni li jinkludi mill-inqas:

    (a)

    il-pjan li jiġi limitat kwalunkwe effett aggravanti tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza;

    (b)

    il-kundizzjonijiet biex jiġu allertati l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti;

    (c)

    il-kriterji biex tiġi identifikata sitwazzjoni ta’ emerġenza;

    (d)

    delineazzjoni ċara tad-dmirijiet tal-bdot(i) mill-bogħod u ta’ kwalunkwe persunal ieħor responsabbli mid-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS;

    (5)

    jiżgura li l-livell ta’ prestazzjoni għal kwalunkwe servizz ipprovdut esternament meħtieġ għas-sikurezza tat-titjira jkun adegwat għall-operazzjoni prevista;

    (6)

    jiddefinixxi l-allokazzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet bejn l-operatur u l-fornitur(i) estern(i) tas-servizzi, jekk applikabbli;

    (7)

    itella’ informazzjoni aġġornata fil-ġeokonsapevolezza, jekk il-funzjoni tiġi installata fuq il-UAS, meta din tkun meħtieġa miż-żona ġeografika tal-UAS għall-post ippjanat tal-operazzjoni;

    (8)

    jiżgura li, qabel ma tibda l-operazzjoni, iż-żona ta’ art ikkontrollata tkun fis-seħħ, effettiva u konformi mad-distanza minima ddefinita fil-punt UAS.STS-01.020(1)(C)(i)(C) u, meta jkun meħtieġ, tkun twettqet il-koordinazzjoni mal-awtoritajiet xierqa;

    (9)

    jiżgura li, qabel ma tibda l-operazzjoni, il-persuni kollha preżenti fiż-żona ta’ art ikkontrollata:

    (a)

    ikunu ġew informati dwar ir-riskji tal-operazzjoni;

    (b)

    ikunu ġew informati jew imħarrġa, kif xieraq, dwar il-prekawzjonijiet u l-miżuri ta’ sikurezza stabbiliti mill-operatur tal-UAS għall-protezzjoni tagħhom; u

    (c)

    ikunu qablu b’mod espliċitu li jipparteċipaw fl-operazzjoni;

    (10)

    jiżgura li:

    (a)

    il-UAS hija akkumpanjata mid-dikjarazzjoni(jiet) ta’ konformità korrispondenti tal-UE, inkluża r-referenza għall-klassi C5 jew ir-referenza għall-klassi C3 u għall-kitt tal-aċċessorji; u

    (b)

    it-tikketta tal-identifikazzjoni tal-klassi C5 titwaħħal mal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew mal-kitt tal-aċċessorji.

    UAS.STS-01.040 Responsabbiltajiet tal-bdot mill-bogħod

    Minbarra r-responsabbiltajiet definiti fil-UAS.SPEC.060, il-bdot mill-bogħod:

    (1)

    qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, għandu jivverifika li l-mezzi biex tintemm it-titjira tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikunu operattivi u jivverifika jekk l-identifikazzjoni diretta mill-bogħod tkunx attiva u aġġornata;

    (2)

    waqt it-titjira:

    (a)

    għandu jżomm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-VLOS u jżomm sorveljanza tal-ispazju tal-ajru bir-reqqa tal-ispazju tal-ajru madwar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ kolliżjoni ma’ xi inġenji tal-ajru bi bdot abbord. Il-bdot mill-bogħod għandu jwaqqaf it-titjira jekk l-operazzjoni tippreżenta riskju għall-inġenji tal-ajru oħra, għan-nies, għall-annimali, għall-ambjent jew għall-proprjetà;

    (b)

    għall-finijiet tal-punt (a), jista’ jkun megħjun minn osservatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord. F’dan il-każ, għandha tiġi stabbilita komunikazzjoni ċara u effettiva bejn il-bdot mill-bogħod u l-osservatur tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

    (c)

    għandu jkollu l-kapaċità jżomm il-kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, ħlief fil-każ ta’ kollegament ta’ kmand u kontroll (C2) mitlufa;

    (d)

    fi kwalunkwe waqt għandu jkun jopera inġenju tal-ajru wieħed biss;

    (e)

    ma għandux jopera l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord minn vettura li tkun miexja;

    (f)

    ma għandux jagħti l-kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord lil unità ta’ kmand oħra;

    (g)

    għandu jwettaq il-proċeduri ta’ kontinġenza ddefiniti mill-operatur tal-UAS għal sitwazzjonijiet anormali, inkluż meta l-bdot mill-bogħod ikollu indikazzjoni li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun jista’ jaqbeż il-limiti tal-ġeografija tat-titjira; u

    (h)

    għandu jwettaq il-proċeduri ta’ emerġenza ddefiniti mill-operatur tal-UAS għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluża t-tnedija tal-mezzi biex tiġi tterminata t-titjira meta l-bdot mill-bogħod ikollu indikazzjoni li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun jista’ jaqbeż il-limiti tal-volum operattiv.

    HEMŻA A: EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORETIKU U TAL-ĦILIET PRATTIĊI TAL-BDOTI MILL-BOGĦOD GĦALL-STS-01

    (1)   Eżami tal-għarfien teoretiku

    (a)

    L-eżami msemmi fil-punt (2)(b) tal-punt UAS.STS-01.020 għandu jkun fih tal-anqas 40 mistoqsija b’għażliet multipli bil-għan li jiġi vvalutat l-għarfien tal-bdot mill-bogħod dwar il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi, imqassma kif xieraq bejn it-temi li ġejjin:

    (i)

    ir-regolamenti dwar l-avjazzjoni;

    (ii)

    il-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-bniedem;

    (iii)

    il-proċeduri operattivi;

    (iv)

    il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi tar-riskju fuq l-art;

    (v)

    għarfien ġenerali dwar il-UAS;

    (vi)

    il-meteoroloġija;

    (vii)

    il-prestazzjoni tat-titjira tal-UAS; u

    (viii)

    il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi tar-riskju fl-ajru.

    (b)

    Jekk l-istudent bdot mill-bogħod diġà jkollu ċertifikat ta’ kompetenza ta’ bdot mill-bogħod kif imsemmi fil-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030, l-eżami għandu jinkludi mill-inqas 30 mistoqsija b’għażliet multipli mqassma kif xieraq fost is-suġġetti fil-punti (1)(a)(i) sa (1)(a)(v).

    (c)

    Biex jgħaddi mill-eżami tal-għarfien teoretiku, l-istudent bdot mill-bogħod għandu jġib mill-inqas 75 % tal-marki globali.

    (2)   Taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi

    It-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi għal operazzjonijiet taħt kwalunkwe xenarju standard għandhom ikopru mill-inqas is-suġġetti u l-oqsma identifikati fit-Tabella 1:

    Tabella 1:

    Is-suġġetti u l-oqsma li jridu jiġu koperti għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi

    Suġġett

    L-oqsma li għandhom jiġu koperti

    (a)

    Azzjonijiet ta’ qabel it-titjira

    (i)

    L-ippjanar tal-operazzjonijiet, il-kunsiderazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru u l-valutazzjoni tar-riskju tas-sit. Għandhom jiġu inklużi l-punti li ġejjin:

    (A)

    identifikazzjoni tal-għanijiet tal-operazzjoni prevista;

    (B)

    żgurar li l-volum operattiv definit u l-buffers rilevanti (eż. il-buffer tar-riskju fuq l-art) ikunu adattati għall-operazzjoni prevista;

    (C)

    individwazzjoni tal-ostakli fil-volum operattiv li jistgħu jfixklu l-operazzjoni prevista;

    (D)

    identifikazzjoni ta’ jekk il-veloċità u/jew id-direzzjoni tar-riħ jistgħux jiġu affettwati mit-topografija jew mill-ostakli fil-volum operattiv;

    (E)

    għażla tad-data rilevanti dwar l-informazzjoni tal-ispazju tal-ajru (inkluż dwar iż-żoni ġeografiċi tal-UAS) li jista’ jkollha impatt fuq l-operazzjoni prevista;

    (F)

    żgurar li l-UAS tkun adattata għall-operazzjoni prevista;

    (G)

    żgurar li t-tagħbija utli magħżula tkun kompatibbli mal-UAS użata għall-operazzjoni;

    (H)

    implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tinżamm konformità mal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-volum operattiv u l-buffer tar-riskju fuq l-art għall-operazzjoni prevista skont il-proċeduri tal-manwal tal-operazzjonijiet għax-xenarju rilevanti;

    (I)

    implimentazzjoni tal-proċeduri meħtieġa għall-operat fi spazju tal-ajru kkontrollat, inkluż protokoll għall-komunikazzjoni mal-ATC u kisba tal-approvazzjoni u l-istruzzjonijiet, jekk ikun meħtieġ;

    (J)

    konferma li d-dokumenti kollha meħtieġa għall-operazzjoni prevista jkunu fil-post; u

    (K)

    tgħarrif lill-parteċipanti kollha dwar l-operazzjoni ppjanata.

    (ii)

    spezzjoni u preparamenti ta’ qabel it-titjira tal-UAS (inklużi l-modalitajiet tat-titjir u l-perikli relatati mas-sors tal-enerġija). Għandhom jiġu inklużi l-punti li ġejjin:

    (A)

    valutazzjoni tal-kundizzjoni ġenerali tal-UAS;

    (B)

    żgurar li l-komponenti kollha li jistgħu jitneħħew tal-UAS ikunu mqabbdin kif xieraq;

    (C)

    żgurar li l-konfigurazzjonijiet tas-softwer tal-UAS ikunu kompatibbli;

    (D)

    kalibrar tal-istrumenti fil-UAS;

    (E)

    identifikazzjoni ta’ kwalunkwe difett li jista’ jipperikola l-operazzjoni prevista;

    (F)

    żgurar li l-livell ta’ enerġija tal-batterija jkun biżżejjed għall-operazzjoni prevista;

    (G)

    żgurar li s-sistema ta’ terminazzjoni tat-titjira tal-UAS u s-sistema ta’ attivazzjoni tagħha jkunu operattivi;

    (H)

    ikkontrollar tal-funzjonament korrett tal-kollegament ta’ kmand u kontroll;

    (I)

    attivazzjoni tal-funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza u tlugħ tal-informazzjoni fiha (jekk il-funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza tkun disponibbli); u

    (J)

    issettjar tas-sistemi li jillimitaw l-għoli u l-veloċità (jekk disponibbli).

    (iii)

    Għarfien dwar l-azzjonijiet bażiċi li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, inklużi kwistjonijiet mal-UAS, jew jekk jinqala’ periklu ta’ kolliżjoni fl-ajru matul it-titjira.

    (b)

    Il-proċeduri ta’ waqt it-titjira

    (i)

    Għoti ta’ attenzjoni effettiva u żamma tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-linja viżwali tal-vista (VLOS) f’kull ħin għall-inklużjoni ta’: konsapevolezza tas-sitwazzjoni tal-post fir-rigward tal-volum operattiv u utenti oħra tal-ispazju tal-ajru, l-ostakli, it-terren u l-persuni li mhumiex involuti f’kull ħin.

    (ii)

    Twettiq ta’ manuvri tat-titjir preċiżi u kkontrollati f’għoli u distanzi differenti li jirrappreżentaw l-STS korrispondenti (inkluż it-titjir fil-modalità manwali/mhux assistita bil-GNSS jew l-ekwivalenti, fejn din tkun installata). Għandhom jitwettqu mill-inqas il-manuvri li ġejjin:

    (A)

    it-titjir f’punt fiss (għal inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors biss);

    (B)

    it-tranżizzjoni minn titjir f’punt fiss għal titjir ’il quddiem (għal inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors biss);

    (C)

    it-tlugħ u l-inżul mit-titjira livell;

    (D)

    il-liwjiet f’titjira livell;

    (E)

    il-kontroll tal-veloċità waqt titjira livell;

    (F)

    azzjonijiet wara ħsara f’mutur/sistema ta’ propulsjoni; u

    (G)

    azzjoni evażiva (manuvri) biex jiġu evitati kolliżjonijiet

    (iii)

    Il-monitoraġġ f’ħin reali tal-istatus tal-UAS u l-limitazzjonijiet tar-reżistenza.

    Titjir f’kundizzjonijiet anormali:

    (A)

    il-ġestjoni ta’ nuqqas ta’ enerġija parzjali jew totali tas-sistema ta’ propulsjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord filwaqt li tiġi żgurata s-sikurezza ta’ partijiet terzi fuq l-art;

    (B)

    il-ġestjoni tat-trajettorja tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord f’sitwazzjonijiet anormali;

    (C)

    il-ġestjoni ta’ sitwazzjoni li fiha t-tagħmir ta’ pożizzjonament tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun indebolit;

    (D)

    il-ġestjoni ta’ sitwazzjoni ta’ inkursjoni minn persuna mhux involuta fil-volum operattiv jew fiż-żona ta’ art ikkontrollata, u t-teħid ta’ miżuri xierqa biex tinżamm is-sikurezza;

    (E)

    reazzjoni u teħid tal-azzjonijiet korrettivi xierqa għal sitwazzjonijiet li fihom l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord aktarx li jaqbeż il-limitu tal-ġeografija tat-titjira (proċeduri ta’ kontinġenza) u mill-volum operattiv (proċeduri ta’ emerġenza) kif definit matul il-preparazzjoni tat-titjira;

    (F)

    il-ġestjoni tas-sitwazzjoni li fiha inġenju tal-ajru joqrob lejn il-volum operattiv; u

    (G)

    wiri tal-metodu ta’ rkupru wara telf intenzjonat (simulat) tal-kollegament ta’ kmand u kontroll.

    (c)

    Azzjonijiet ta’ wara t-titjira

    (i)

    Tifi u salvagwardjar tal-UAS.

    (ii)

    Spezzjoni ta’ wara t-titjira u r-reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe data rilevanti relatata mal-kundizzjoni ġenerali tal-UAS (is-sistemi, il-komponenti u s-sorsi tal-enerġija tagħha) u l-għeja tal-ekwipaġġ.

    (iii)

    Twettiq ta’ debriefing dwar l-operazzjoni.

    (iv)

    Identifikazzjoni tas-sitwazzjonijiet meta rapport tal-okkorrenza jkun meħtieġ u mili tar-rapport tal-okkorrenza meħtieġ.

    KAPITOLU II

    STS-02 – BVLOS bl-Osservaturi Tal-Ispazju Tal-Ajru fuq żona ta’ art ikkontrollata f’ambjent skarsament popolat

    UAS.STS-02.010 Dispożizzjonijiet ġenerali

    (1)

    Matul it-titjira, l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jinżammu sa 120 m mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art. Il-kejl tad-distanzi għandu jiġi adattat skont il-karatteristiċi ġeografiċi tat-terren, bħal pereżempju pjanuri, għoljiet, muntanji.

    (2)

    Meta inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jittajjar f’distanza orizzontali ta’ 50 m minn ostakolu artifiċjali itwal minn 105 m, fuq talba tal-entità responsabbli għall-ostaklu l-għoli massimu tal-operazzjoni tal-UAS jista’ jiżdied sa 15-il m ’l fuq mill-għoli tal-ostaklu.

    (3)

    L-għoli massimu tal-volum operattiv ma għandux jaqbeż it-30 m ’il fuq mill-għoli massimu permess fil-punti (1) u (2).

    (4)

    Matul it-titjira, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma għandux iġorr oġġetti perikolużi.

    UAS.STS-02.020 Operazzjonijiet tal-UAS fl-STS-02

    L-operazzjonijiet tal-UAS fl-STS-02 għandhom jitwettqu:

    (1)

    skont il-manwal tal-operazzjonijiet imsemmi fil-punt (1) tal-punt UAS.STS-02.030;

    (2)

    fuq żona ta’ art ikkontrollata li tinsab kompletament f’ambjent skarsament popolat li tinkludi:

    (a)

    iż-żona ġeografika tat-titjira,

    (b)

    il-kontinġenza, li l-limitu/i estern(i) tagħha għandhom ikunu jinsabu mill-inqas 10 m lil hinn mil-limitu/i taż-żona ġeografika tat-titjira,

    (c)

    buffer tar-riskju fuq l-art li jkopri distanza li hija mill-inqas ugwali għad-distanza li x’aktarx tiġi vvjaġġata mill-UA wara l-attivazzjoni tal-mezzi għat-terminazzjoni tat-titjira speċifikat mill-manifattur tal-UAS fl-istruzzjonijiet tal-manifattur, b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet operattivi fil-limitazzjonijiet speċifikati mill-manifattur tal-UAS;

    (3)

    f’żona fejn il-viżibbiltà minima tat-titjira hija ta’ aktar minn 5 km;

    (4)

    mal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jkunu qed jaraw lill-bdot mill-bogħod waqt it-tluq u l-irkupru tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx ir-riżultat ta’ terminazzjoni ta’ titjira ta’ emerġenza;

    (5)

    jekk ma jintuża l-ebda osservatur tal-ispazju tal-ajru fl-operazzjoni, bl-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jtiru mhux aktar minn kilometru (1) mill-bdot mill-bogħod, bl-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jsegwi trajettorja pprogrammata minn qabel meta l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jkunx fil-VLOS tal-bdot mill-bogħod;

    (6)

    jekk jintuża osservatur tal-ispazju tal-ajru wieħed jew aktar fl-operazzjoni, dan għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    l-osservatur(i) tal-ispazju tal-ajru jkunu ppożizzjonati b’mod li jippermetti kopertura adegwata tal-volum operattiv u tal-ispazju tal-ajru ta’ madwaru bil-viżibbiltà minima tat-titjira indikata fil-punt (3);

    (b)

    l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jkunx qed jitħaddem f’aktar minn 2 km mill-bdot mill-bogħod;

    (c)

    l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jkunx qed jitħaddem aktar minn 1 km mill-osservatur tal-ispazju tal-ajru li jkun l-eqreb lejn l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

    (d)

    id-distanza bejn kwalunkwe osservatur tal-ispazju tal-ajru u l-bdot mill-bogħod ma tkunx ta’ aktar minn kilometru (1);

    (e)

    ikunu disponibbli mezzi ta’ komunikazzjoni robusti u effettivi għall-komunikazzjoni bejn il-bdot mill-bogħod u l-osservatur(i) tal-ispazju tal-ajru;

    (7)

    minn bdot mill-bogħod li jkollu:

    (a)

    ċertifikat ta’ għarfien teoretiku ta’ bdot mill-bogħod għall-operazzjonijiet fix-xenarji standard, maħruġ mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru;

    (b)

    akkreditazzjoni tat-tlestija tat-taħriġ fil-ħiliet prattiċi STS-02, f’konformità mal-Hemża A ta’ dan il-Kapitolu u maħruġa minn:

    (A)

    entità li tkun iddikjarat konformità mar-rekwiżiti fl-Appendiċi 3 u li tkun rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru; jew

    (B)

    minn operatur tal-UAS li jkun iddikjara lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, il-konformità mal-STS-02 u li jkun iddikjara l-konformità mar-rekwiżiti fl-Appendiċi 3;

    (8)

    b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    li jkun immarkat bħala tal-klassi C6 u jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 17 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945;

    (b)

    ikun operat b’sistema attiva li tipprevjeni lill-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord milli ma jirrispettax il-ġeografija tat-titjira;

    (c)

    ikun operat b’sistema attiva u aġġornata ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod.

    (9)

    Il-bdot mill-bogħod għandu jikseb iċ-ċertifikat tal-għarfien teoretiku għall-operazzjonijiet fix-xenarji standard wara:

    (a)

    li jkun temm kors ta’ taħriġ online u għadda mill-eżami tal-għarfien teoretiku online kif imsemmi fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020; u

    (b)

    li jkun għadda minn eżami addizzjonali tal-għarfien teoretiku pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru f’konformità mal-Hemża A ta’ dan il-Kapitolu.

    (10)

    Dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal ħames snin. Il-validazzjoni mill-ġdid matul il-perjodu ta’ validità tiegħu, hija soġġetta għal kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    il-wiri tal-kompetenzi skont il-punt (9);

    (b)

    it-tlestija ta’ taħriġ ta’ tiġdid li jindirizza s-suġġetti tal-għarfien teoriku kif definit fil-punt (9) ipprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti;

    (11)

    Għall-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat meta dan jiskadi, il-bdot mill-bogħod għandu jkun konformi mal-punt (9).

    UAS.STS-02.030 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS

    Minbarra r-responsabbiltajiet definiti fil-UAS.SPEC.050, l-operatur tal-UAS għandu:

    (1)

    jiżviluppa manwal tal-operazzjonijiet li jinkludi l-elementi ddefiniti fl-Appendiċi 5;

    (2)

    jiddefinixxu l-volum operattiv u l-buffer tar-riskju fuq l-art għall-operazzjonijiet previsti, inkluża ż-żona ta’ art ikkontrollata li tkopri l-projezzjonijiet fuq is-superfiċe tal-art kemm tal-volum kif ukoll tal-buffer;

    (3)

    jiżgura l-adegwatezza tal-proċeduri ta’ kontinġenza u ta’ emerġenza permezz ta’ kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:

    (a)

    testijiet tat-titjira ddedikati;

    (b)

    simulazzjonijiet, dment li r-rappreżentattività tal-mezzi ta’ simulazzjoni tkun xierqa għall-iskop maħsub;

    (4)

    jiżviluppa pjan effettiv ta’ reazzjoni għal emerġenza (ERP) adattat għall-operazzjoni li jinkludi mill-inqas:

    (a)

    il-pjan li jiġu limitati l-effetti aggravanti tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza;

    (b)

    il-kundizzjonijiet biex jiġu allertati l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti;

    (c)

    il-kriterji biex tiġi identifikata sitwazzjoni ta’ emerġenza;

    (d)

    delineazzjoni ċara tad-dmirijiet tal-bdot(i) mill-bogħod u ta’ kwalunkwe persunal ieħor responsabbli mid-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS;

    (5)

    jiżgura li l-livell ta’ prestazzjoni għal kwalunkwe servizz ipprovdut esternament meħtieġ għas-sikurezza tat-titjira jkun adegwat għall-operazzjoni prevista;

    (6)

    jiddefinixxi l-allokazzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet bejn l-operatur u l-fornitur(i) estern(i) tas-servizzi, jekk applikabbli;

    (7)

    itella’ informazzjoni aġġornata fil-ġeokonsapevolezza, jekk il-funzjoni tiġi installata fuq il-UAS, meta din tkun meħtieġa miż-żona ġeografika tal-UAS għall-post ippjanat tal-operazzjoni;

    (8)

    jiżgura li, qabel ma tibda l-operazzjoni, jittieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jitnaqqas ir-riskju ta’ dħul mhux awtorizzat ta’ persuni mhux involuti fiż-żona ta’ art ikkontrollata konformi mad-distanza minima ddefinita fil-punt UAS.STS-02.020(2) u, meta tkun meħtieġa, tkun twettqet koordinazzjoni mal-awtoritajiet xierqa;

    (9)

    jiżgura li, qabel ma tibda l-operazzjoni, il-persuni kollha preżenti fiż-żona ta’ art ikkontrollata:

    (a)

    ikunu ġew informati dwar ir-riskji tal-operazzjoni;

    (b)

    ikunu ġew informati u, jekk applikabbli, imħarrġa dwar il-prekawzjonijiet u l-miżuri ta’ sikurezza stabbiliti mill-operatur tal-UAS għall-protezzjoni tagħhom; u

    (c)

    ikunu qablu b’mod espliċitu li jipparteċipaw fl-operazzjoni;

    (10)

    qabel ma jibda l-operazzjoni, jekk jintużaw osservaturi tal-ispazju tal-ajru:

    (a)

    jiżgura l-pożizzjoni korretta u l-għadd ta’ osservaturi tal-ispazju tal-ajru tul il-passaġġ tat-titjira maħsub;

    (b)

    jivverifika:

    (i)

    li l-viżibbiltà u d-distanza ppjanata tal-osservatur tal-ispazju tal-ajru jkunu fil-limiti aċċettabbli kif iddefiniti fil-manwal tal-operazzjonijiet;

    (ii)

    l-assenza ta’ ostakli terreni potenzjali għal kull osservatur tal-ispazju tal-ajru;

    (iii)

    li ma hemm l-ebda spazju bejn iż-żoni koperti minn kull wieħed mill-osservaturi tal-ispazju tal-ajru;

    (iv)

    li l-komunikazzjoni ma’ kull osservatur tal-ispazju tal-ajru tkun stabbilita u effettiva;

    (v)

    li jekk jintużaw mezzi mill-osservaturi tal-ispazju tal-ajru biex jiddeterminaw il-pożizzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, dawk il-mezzi jkunu qed jiffunzjonaw u jkunu effettivi;

    (c)

    jiżgura li l-osservaturi tal-ispazju tal-ajru jkunu ġew informati dwar it-trajettorja maħsuba tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar il-ħin assoċjat;

    (11)

    jiżgura li:

    (a)

    l-UAS tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE korrispondenti, inkluż ir-referenza għall-klassi C6;

    (b)

    l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord iġorr fuqu t-tikketta ta’ identifikazzjoni tal-klassi C6.

    UAS.STS-02.040 Responsabbiltajiet tal-bdot mill-bogħod

    Minbarra r-responsabbiltajiet definiti fil-UAS.SPEC.060, il-bdot mill-bogħod għandu:

    (1)

    qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS:

    (a)

    jistabbilixxi l-volum ta’ titjir programmabbli tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord biex iżommu fil-limiti tal-ġeografija tat-titjira;

    (b)

    jivverifika li l-mezzi biex tintemm it-titjira u l-funzjonalità programmabbli tal-volum operattiv tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikunu operattivi; u, jiċċekkja jekk l-identifikazzjoni mill-bogħod diretta tkunx attiva u aġġornata.

    (2)

    waqt titjira:

    (a)

    sakemm ma jkunx appoġġjat minn osservaturi tal-ispazju tal-ajru, iżomm sorveljanza tal-ispazju tal-ajru bir-reqqa tal-ispazju tal-ajru madwar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ kolliżjoni ma’ xi inġenji tal-ajru bi bdot abbord. Il-bdot mill-bogħod għandu jwaqqaf it-titjira jekk l-operazzjoni tippreżenta riskju għall-inġenji tal-ajru oħra, għan-nies, għall-annimali, għall-ambjent jew għall-proprjetà;

    (b)

    ikollu l-kapaċità jżomm il-kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, ħlief fil-każ ta’ kollegament ta’ kmand u kontroll (C2) mitlufa;

    (c)

    fi kwalunkwe waqt ikun jopera inġenju tal-ajru wieħed biss;

    (d)

    ma joperax l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord minn vettura li tkun miexja;

    (e)

    ma jagħtix il-kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord lil unità ta’ kmand oħra;

    (f)

    jgħarraf lill-osservatur(i) tal-ispazju tal-ajru, meta jintuża(w), b’mod puntwali dwar kull devjazzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord mit-trajettorja ppjanata, u l-ħin assoċjat magħha;

    (g)

    jiwettaq il-proċeduri ta’ kontinġenza ddefiniti mill-operatur tal-UAS għal sitwazzjonijiet anormali, inkluż meta l-bdot mill-bogħod ikollu indikazzjoni li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun jista’ jaqbeż il-limiti tal-ġeografija tat-titjira;

    (h)

    iwettaq il-proċeduri ta’ emerġenza ddefiniti mill-operatur tal-UAS għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluża t-tnedija tal-mezzi biex tiġi tterminata t-titjira meta l-bdot mill-bogħod ikollu indikazzjoni li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun jista’ jaqbeż il-limiti tal-volum operattiv.

    UAS.STS-02.050 Responsabbiltajiet tal-osservatur tal-ispazju tal-ajru

    Osservatur tal-ispazju tal-ajru għandu:

    (1)

    iżomm sorveljanza tal-ispazju tal-ajru bir-reqqa tal-ispazju tal-ajru madwar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex jiġi identifikat kwalunkwe riskju ta’ kolliżjoni ma’ xi inġenji tal-ajru bi bdot abbord;

    (2)

    iżomm konsapevolezza dwar il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord permezz ta’ osservazzjoni diretta tal-ispazju tal-ajru jew permezz ta’ assistenza pprovduta b’mezzi elettroniċi;

    (3)

    jallerta lill-bdot mill-bogħod meta jiġi identifikat periklu u jgħin biex jiġu evitati jew minimizzati l-effetti negattivi potenzjali.

    HEMŻA A: GĦARFIEN TEORETIKU U ĦILIET PRATTIĊI TAL-BDOTI MILL-BOGĦOD GĦALL-STS-02

    1.   Eżami tal-għarfien teoretiku

    L-eżami għandu jiġi ddefinit f’konformità mal-punt 1 tal-Hemża A tal-Kapitolu I.

    2.   Taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi

    Minbarra l-oqsma ddefiniti fil-punt A.2 tal-Hemża A tal-Kapitolu I, għandhom jiġu koperti l-oqsma li ġejjin:

    Tabella 1:

    Is-suġġetti u l-oqsma addizzjonali li jridu jiġu koperti għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi għall-STS-02

    Suġġett

    L-oqsma li għandhom jiġu koperti

    (a)

    l-operazzjonijiet BVLOS imwettqa skont l-STS-02

    (i)

    Azzjonijiet ta’ qabel it-titjira — l-ippjanar tal-operazzjonijiet, il-kunsiderazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru u l-valutazzjoni tar-riskju tas-sit. Għandhom jiġu inklużi l-punti li ġejjin:

    (A)

    sorveljanza tal-ispazju tal-ajru;

    (B)

    operazzjonijiet b’osservaturi tal-ispazju tal-ajru (AOs): tqegħid adegwat ta’ AOs, u skema ta’ dekonflizzjoni li tinkludi l-frażjoloġija, il-koordinazzjoni u l-mezzi ta’ komunikazzjoni;

    (ii)

    Il-proċeduri waqt it-titjira, iddefiniti fil-punt 2.(b)(ii) tal-Hemża A tal-Kapitolu I, għandhom jitwettqu kemm fil-VLOS kif ukoll fil-BVLOS.

    Appendiċi 2:

    Dikjarazzjoni operattiva

    Image 1

    “Dikjarazzjoni operattiva

    Protezzjoni tad-data: Id-data personali inkluża f’din id-dikjarazzjoni tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). Tiġi pproċessata għall-finijiet tal-prestazzjoni, tal-ġestjoni u tas-segwitu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947.

    Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek jew tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek (eż. sabiex taċċessa jew tirrettifika kwalunkwe data mhux preċiża jew mhux kompluta), jekk jogħġbok irreferi għall-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti.

    L-applikant għandu d-dritt li jagħmel ilment rigward l-ipproċessar ta’ data personali fi kwalunkwe ħin lill-Awtorità Superviżorja għall-Protezzjoni tad-Data nazzjonali.

    In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS

     

    Isem l-operatur tal-UAS

     

    Manifattur tal-UAS

     

    Mudell UAS

     

    Numru tas-serje tal-UAS

     

    Jiena hawnhekk niddikjara li:

    Jien konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u mal-STS.x; u

    ser ikun hemm fis-seħħ kopertura tal-assigurazzjoni xierqa għal kull titjira li ssir skont id-dikjarazzjoni, jekk tkun meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

    Data

     

    Firma jew verifika oħra

     

    Appendiċi 3:

    Rekwiżiti addizzjonali għall-entitajiet rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti u l-operaturi tal-UAS li jwettqu taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal operazzjonijiet koperti mill-STS

    Entità li għandha l-intenzjoni li tiġi rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti għat-twettiq ta’ taħriġ fil-ħiliet prattiċi u l-valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal STS, għandha tiddikjara lill-awtorità kompetenti l-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin billi tuża l-formola tad-dikjarazzjoni fl-Appendiċi 6.

    Operatur tal-UAS li għandu l-intenzjoni li jwettaq taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal STS, minbarra li jissottometti d-dikjarazzjoni operattiva għal dak l-STS, għandu jiddikjara lill-awtorità kompetenti l-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin bl-użu tal-formola tad-dikjarazzjoni fl-Appendiċi 4.

    Jekk l-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS ikun biħsiebu jwettaq taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal STS fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni, kopja tal-formola tad-dikjarazzjoni fl-Appendiċi 4 għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jitwettaq it-taħriġ.

    Jekk entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jkun biħsiebha twettaq taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal STS fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta’ rikonoxximent, prova tar-rikonoxximent għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jitwettaq it-taħriġ.

    (1)   

    L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew mill-operatur tal-UAS għandha tiżgura separazzjoni ċara bejn l-attivitajiet ta’ taħriġ u kwalunkwe attività operattiva oħra biex tiggarantixxi l-indipendenza tal-evalwazzjoni.

    (2)   

    L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS għandu jkollha l-kapaċità li twettaq b’mod adegwat l-attivitajiet tekniċi u amministrattivi marbuta mal-proċess kollu tal-kompitu, inkluża l-adegwatezza tal-persunal u l-użu tal-faċilitajiet u t-tagħmir xierqa għall-kompitu.

    (3)   

    L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS għandu jkollha maniġer responsabbli, bir-responsabbiltà li jiżgura li l-kompiti kollha jitwettqu f’konformità mal-informazzjoni u l-proċeduri identifikati fil-punt (8).

    (4)   

    Il-persunal responsabbli għall-kompiti tat-taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi għandu:

    (a)

    ikollu l-kompetenza li jwettaq dawn il-kompiti;

    (b)

    ikun imparzjali u ma għandux jipparteċipa fil-valutazzjonijiet jekk iħoss li l-oġġettività tiegħu tista’ tiġi affettwata;

    (c)

    ikollu għarfien teoretiku sod u esperjenza ta’ taħriġ fil-ħiliet prattiċi, u għarfien sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti għall-kompiti ta’ valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi li jwettaq kif ukoll esperjenza adegwata ta’ proċessi bħal dawn;

    (d)

    ikollu l-kapaċità li jamministra d-dikjarazzjonijiet, ir-rekords u r-rapporti li juru li l-valutazzjonijiet rilevanti tal-ħiliet prattiċi jkunu twettqu u li joħroġ il-konklużjonijiet ta’ dawk il-valutazzjonijiet tal-ħiliet prattiċi; u

    (e)

    ma jiżvela l-ebda informazzjoni pprovduta mill-operatur jew mill-bdot mill-bogħod lil kwalunkwe persuna għajr l-awtorità kompetenti fuq talba tagħha.

    (5)   

    It-taħriġ u l-valutazzjoni għandhom ikopru l-ħiliet prattiċi li jikkorrispondu għall-STS li għaliha ssir id-dikjarazzjoni, inklużi fl-Hemża A tal-Kapitolu rilevanti.

    (6)   

    It-taħriġ fil-ħiliet prattiċi u l-post(ijiet) tal-valutazzjoni għandhom isiru f’ambjent rappreżentattiv tal-kundizzjonijiet tal-STS.

    (7)   

    Il-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi għandha tikkonsisti f’evalwazzjoni kontinwa tal-istudent bdot mill-bogħod.

    (8)   

    L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS għandha tipproduċi rapport ta’ valutazzjoni wara li tkun tlestiet il-valutazzjoni prattika tal-ħiliet, li għandu:

    (a)

    jinkludi mill-inqas:

    (i)

    id-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-istudent bdot mill-bogħod;

    (ii)

    l-identità tal-persuna responsabbli għall-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi;

    (iii)

    l-identifikazzjoni tal-STS li għaliha tkun saret il-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi;

    (iv)

    il-marki ta’ prestazzjoni għal kull azzjoni mwettqa mill-istudent bdot mill-bogħod;

    (v)

    valutazzjoni ġenerali tal-ħiliet prattiċi tal-kompetenzi tal-istudent bdot mill-bogħod; u

    (vi)

    feedback prattiku dwar il-valutazzjoni tal-ħiliet li jipprovdi gwida dwar oqsma għat-titjib fejn applikabbli;

    (b)

    ikun iffirmat u datat kif xieraq mill-persuna responsabbli għall-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi ladarba jkun lest; u

    (c)

    jiġi rreġistrat u jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti fuq talba.

    (9)   

    Akkreditazzjoni tat-tlestija tat-taħriġ fil-ħiliet prattiċi għall-STS għandha tiġi pprovduta lill-istudent bdot mill-bogħod mill-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS jekk ir-rapport ta’ valutazzjoni jikkonkludi li l-istudent bdot mill-bogħod ikun kiseb livell sodisfaċenti ta’ ħila prattika.

    (10)   

    Il-ħruġ tal-akkreditazzjoni tat-tlestija tal-punt (9) għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isiru t-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi inklużi d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-istudent bdot mill-bogħod, l-STS koperta, id-data tal-ħruġ u d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew l-operatur tal-UAS li joħroġ din l-akkreditazzjoni.

    (11)   

    L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS għandhom jinkludu fil-manwal tal-operazzjonijiet, żviluppat skont l-Appendiċi 5, taqsima separata li tkopri l-elementi tat-taħriġ, inklużi dawn li ġejjin:

    (a)

    il-persunal nominat li jwettaq it-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi, inkluż:

    (i)

    deskrizzjonijiet tal-kompetenza rispettiva tal-persunal;

    (ii)

    id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-persunal; u

    (iii)

    organigramma li turi l-ktajjen ta’ responsabbiltà assoċjati;

    (b)

    il-proċeduri u l-proċessi użati għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi, inkluż is-sillabu tat-taħriġ li jkopri l-ħiliet prattiċi li jikkorrispondu għall-STS li għaliha ssir id-dikjarazzjoni, iddefiniti fl-Hemża A tal-Kapitolu rilevanti;

    (c)

    deskrizzjoni tal-UAS u kwalunkwe tagħmir, għodda u ambjent oħrajn użati għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi; u

    (d)

    mudell għar-rapport ta’ valutazzjoni.

    Appendiċi 4:

    Dikjarazzjoni tal-operaturi tal-UAS li għandhom l-intenzjoni li jipprovdu taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi tal-bdoti mill-bogħod fl-STS-x

    Image 2

    STS-x

    Dikjarazzjoni tal-operaturi tal-UAS li għandhom l-intenzjoni li jipprovdu taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi tal-bdoti mill-bogħod

    Protezzjoni tad-data: Id-data personali inkluża f’din id-dikjarazzjoni tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). Tiġi pproċessata għall-finijiet tal-prestazzjoni, tal-ġestjoni u tas-segwitu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/947.

    Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek jew tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek (eż. sabiex taċċessa jew tirrettifika kwalunkwe data mhux preċiża jew mhux kompluta), jekk jogħġbok irreferi għall-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti.

    L-applikant għandu d-dritt li jagħmel ilment rigward l-ipproċessar ta’ data personali fi kwalunkwe ħin lill-Awtorità Superviżorja għall-Protezzjoni tad-Data nazzjonali.

    In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS

     

    Isem l-operatur tal-UAS

     

    Jiena hawnhekk niddikjara li:

    Jiena ppreżentajt id-dikjarazzjoni operattiva għall-STS-x;

    Jiena nikkonforma mar-rekwiżiti ddefiniti fl-Appendiċi 3 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947; u

    meta nopera UAS fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ taħriġ għall-STS.x, jiena nikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, inklużi r-rekwiżiti għall-operazzjonijiet taħt l-STS.x

    Data

     

    Firma jew verifika oħra

     

    Appendiċi 5:

    Manwal tal-operazzjonijiet għal Xenarju Standard

    Il-manwal tal-operazzjonijiet għall-STS iddefinit fl-Appendiċi 1 għandu jinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:

    (1)

    dikjarazzjoni li l-manwal tal-operazzjonijiet ikun konformi mar-rekwiżiti rilevanti dan ir-Regolament u mad-dikjarazzjoni, u jkun fih struzzjonijiet li għandhom jitħarsu mill-persunal involut fl-operazzjonijiet tat-titjir;

    (2)

    firma ta’ approvazzjoni mill-maniġer responsabbli jew l-operatur tal-UAS fil-każ ta’ persuna fiżika;

    (3)

    deskrizzjoni ġenerali tal-organizzazzjoni tal-operatur tal-UAS;

    (4)

    deskrizzjoni tal-kunċett tal-operazzjoni, li tinkludi mill-inqas:

    (a)

    in-natura u deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqa fl-operazzjonijiet tal-UAS, u r-riskji assoċjati identifikati;

    (b)

    l-ambjent operattiv u ż-żona ġeografika għall-operazzjonijiet previsti, inklużi:

    (i)

    il-karatteristiċi taż-żona li minn fuqha tgħaddi t-titjira f’termini tad-densità tal-popolazzjoni, it-topografija, l-ostakli, eċċ.;

    (ii)

    il-karatteristiċi tal-ispazju tal-ajru li għandu jintuża;

    (iii)

    il-kundizzjonijiet ambjentali inkluż, mill-inqas, it-temp u l-ambjent elettromanjetiku;

    (iv)

    id-definizzjoni tal-volum operattiv u l-buffers tar-riskju biex jiġu indirizzati r-riskji fuq l-art u fl-arja;

    (c)

    il-mezzi tekniċi użati u l-karatteristiċi ewlenin, il-prestazzjoni u l-limitazzjonijiet tagħhom, inklużi l-UAS, is-sistemi esterni li jappoġġaw l-operazzjoni tal-UAS, il-faċilitajiet, eċċ.;

    (d)

    il-persunal meħtieġ għat-twettiq tal-operazzjonijiet, inklużi l-kompożizzjoni tat-tim, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom, il-kriterji tal-għażla, it-taħriġ inizjali u r-rekwiżiti tal-esperjenza reċenti u/jew it-taħriġ rikorrenti;

    (5)

    L-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni meħtieġa biex il-UAS tinżamm f’kundizzjoni sikura, li jkopru l-istruzzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ manutenzjoni tal-manifattur tal-UAS, jekk applikabbli;

    (6)

    il-proċeduri operattivi, li għandhom ikunu bbażati fuq l-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS, u għandhom jinkludu:

    (a)

    konsiderazzjoni ta’ dawn li ġejjin biex jiġu minimizzati l-iżbalji mill-bniedem:

    (i)

    distribuzzjoni ċara u assenjament tal-kompiti; u

    (ii)

    lista ta’ kontroll interna biex jiġi vverifikat li l-persunal qed iwettaq il-kompiti assenjati lilu b’mod adegwat;

    (b)

    kunsiderazzjoni tad-deterjorament tas-sistemi esterni li jappoġġjaw l-operazzjoni tal-UAS;

    (c)

    proċeduri normali, li jinkludu mill-inqas:

    (i)

    il-preparazzjonijiet ta’ qabel it-titjira u l-listi ta’ kontroll, li jkopru:

    (A)

    il-valutazzjoni tal-volum operattiv u l-buffers relatati (il-buffer tar-riskju fuq l-art, u l-buffer tar-riskju fl-ajru fejn applikabbli), inklużi t-terren u l-ostakli u l-ostruzzjonijiet potenzjali li jistgħu jnaqqsu l-kapaċità li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jinżamm fil-linja viżwali tal-vista jew jissorvelja l-ispazju tal-ajru, il-potenzjal ta’ titjir li jgħaddi minn fuq persuni li mhumiex involuti u l-potenzjal ta’ titjir li jgħaddi minn fuq infrastruttura kritika;

    (B)

    il-valutazzjoni tal-ambjent u tal-ispazju tal-ajru tal-madwar, inkluż il-prossimità lejn iż-żoni ġeografiċi tal-UAS u l-attivitajiet potenzjali minn utenti oħra tal-ispazju tal-ajru;

    (C)

    il-kundizzjonijiet ambjentali adattati għat-twettiq tal-operazzjoni tal-UAS;

    (D)

    l-għadd minimu ta’ persunal responsabbli mid-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS li huwa meħtieġ sabiex iwettaq l-operazzjoni, u r-responsabbiltajiet tiegħu;

    (E)

    il-proċeduri ta’ komunikazzjoni meħtieġa bejn il-bdot(i) mill-bogħod u kwalunkwe persunal ieħor responsabbli mid-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni UAS u ma’ kwalunkwe parti esterna, meta jkun meħtieġ;

    (F)

    il-konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit speċifiku mill-awtoritajiet rilevanti fiż-żona tal-operazzjonijiet maħsuba, inklużi dawk relatati mas-sigurtà, il-privatezza, id-data u l-ħarsien tal-ambjent, u l-użu tal-ispettru RF;

    (G)

    il-mitigazzjonijiet tar-riskji meħtieġa fis-seħħ sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni sikura tal-operazzjoni; b’mod partikolari, għaż-żona ta’ art ikkontrollata:

    (a)

    determinazzjoni taż-żona ta’ art ikkontrollata; u

    (b)

    l-iżgurar taż-żona ta’ art ikkontrollata biex jiġi evitat li partijiet terzi jidħlu fiż-żona matul l-operazzjoni, u l-iżgurar tal-koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali, meta jkun meħtieġ;

    (H)

    il-proċeduri biex jiġi vverifikat li l-UAS tkun f’kundizzjoni xierqa biex l-operazzjoni prevista titwettaq b’mod sikur;

    (ii)

    proċeduri ta’ tluq u rkupru;

    (iii)

    proċeduri waqt it-titjira, inklużi dawk biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jibqa’ fil-limiti tal-ġeografija tat-titjira;

    (iv)

    il-proċeduri ta’ wara t-titjira, inklużi l-ispezzjonijiet biex tiġi vverifikata l-kundizzjoni tal-UAS;

    (v)

    il-proċeduri għall-individwazzjoni ta’ inġenji tal-ajru potenzjalment konfliġġenti mill-bdot mill-bogħod u, meta meħtieġ mill-operatur tal-UAS, mill-osservatur(i) tal-ispazju tal-ajru jew mill-osservatur(i) tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif applikabbli;

    (d)

    il-proċeduri ta’ kontinġenza, li jinkludu mill-inqas:

    (i)

    il-proċeduri ta’ kif jiġi ttrattat każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li joħroġ mill-“ġeografija tat-titjira” indikata;

    (ii)

    il-proċeduri ta’ kif jiġi ttrattat każ ta’ persuni li mhumiex involuti li jidħlu fiż-żona ta’ art ikkontrollata;

    (iii)

    il-proċeduri ta’ kif jiġi ttrattat każ ta’ kundizzjonijiet operattivi avversi;

    (iv)

    il-proċeduri ta’ kif jiġi ttrattat każ ta’ deterjorazzjoni tas-sistemi esterni li jappoġġaw l-operazzjoni;

    (v)

    jekk jintużaw osservaturi tal-ispazju tal-ajru, il-frażjoloġija li għandha tintuża;

    (vi)

    il-proċeduri biex jiġi evitat il-kunflitt ma’ utenti oħra tal-ispazju tal-ajru;

    (e)

    il-proċeduri ta’ emerġenza biex ilaħħqu ma’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inklużi mill-inqas:

    (i)

    il-proċeduri biex tiġi evitata, jew mill-inqas imminimizzata, il-ħsara lil partijiet terzi fl-ajru jew fuq l-art;

    (ii)

    il-proċeduri ta’ kif jiġi ttrattat każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li joħroġ mill-volum “operattiv”;

    (iii)

    il-proċeduri għall-irkupru ta’ emerġenza tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

    (f)

    il-proċeduri ta’ sigurtà kif imsemmija fil-punt (1)(a)(ii) u (iii) tal-punt UAS.SPEC.050;

    (g)

    il-proċeduri għall-protezzjoni tad-data personali msemmija fil-punt (1)(a)(iv) tal-punt UAS.SPEC.050;

    (h)

    il-linji gwida biex jiġu mminimizzati d-disturbi u l-impatt ambjentali msemmija fil-punt (1)(a)(v) tal-punt UAS.SPEC.050;

    (i)

    il-proċeduri għar-rapportar tal-okkorrenzi;

    (j)

    il-proċeduri għaż-żamma ta’ rekords; u

    (k)

    il-politika li tiddefinixxi kif il-bdot(i) mill-bogħod u kwalunkwe persunal ieħor responsabbli mid-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS jistgħu jiddikjaraw lilhom infushom tajbin biex joperaw qabel ma jwettqu kwalunkwe operazzjoni.”

    Appendix 6

    Declaration of the entity intending to be recognised by the competent authority to provide practical skill training and assessment of remote pilots in STS-x

    Image 3

    STS-x

    Dikjarazzjoni tal-entità li għandha l-intenzjoni li tiġi rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti biex tipprovdi taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi tal-bdoti mill-bogħod

    Protezzjoni tad-data: Id-data personali inkluża f’din id-dikjarazzjoni tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). Tiġi pproċessata għall-finijiet tal-prestazzjoni, tal-ġestjoni u tas-segwitu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza skont ir-Regolament (UE) 2019/947.

    Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek jew tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek (eż. sabiex taċċessa jew tirrettifika kwalunkwe data mhux preċiża jew mhux kompluta), jekk jogħġbok irreferi għall-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti.

    L-applikant għandu d-dritt li jagħmel ilment rigward l-ipproċessar ta’ data personali fi kwalunkwe ħin lill-Awtorità Superviżorja għall-Protezzjoni tad-Data nazzjonali.

    Identifikazzjoni tal-entità

     

    L-isem u l-kunjom, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tal-persuna responsabbli

     

    Jiena hawnhekk niddikjara li:

    Jiena nikkonforma mar-rekwiżiti ddefiniti fl-Appendiċi 3 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/947; u

    meta nopera UAS fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ taħriġ għall-STS.x, jiena nikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tar-Regolament (UE) 2019/947, inklużi r-rekwiżiti għall-operazzjonijiet taħt l-STS.x

    Data

     

    Firma jew verifika oħra

     


    Top