Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2213

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2213 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem (notifikata bid-dokument C(2020) 9547) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/9547

    ĠU L 438, 28.12.2020, p. 48–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/2213/oj

    28.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 438/48


    ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2213

    tat-22 ta’ Diċembru 2020

    li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem

    (notifikata bid-dokument C(2020) 9547)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-frażi introduttorja u l-punt (c) tal-Artikolu 9(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistabbilixxi, inter alia, il-kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni (“il-komoditajiet”), inkluż lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-komoditajiet. B’mod partikolari, il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li huma awtorizzati l-importazzjonijiet tal-komoditajiet fl-Unjoni, dment li jkunu għaddew mit-trattament rilevanti msemmi f’dik il-Parti tal-Anness II. Dawk it-trattamenti huma mmirati biex jeliminaw ċerti riskji tas-saħħa tal-annimali marbuta mal-komoditajiet speċifiċi. Il-Parti 4 ta’ dak l-Anness tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi “B” sa “F” elenkati f’ordni ta’ severità dixxendenti tar-riskju tas-saħħa tal-annimali marbut mal-komodità speċifika.

    (2)

    Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mid-Deċiżjoni 2007/ 777/KE sabiex ir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jiġu elenkati fil-Parti 2 tal-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

    (3)

    Madankollu, minn Novembru 2020, ir-Renju Unit ikkonferma għadd ta’ tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) tas-sottotip H5N8 fit-territorju tiegħu, li wħud minnhom mhumiex se jissolvew sal-1 ta’ Jannar 2021. Għalhekk, it-territorju kollu tar-Renju Unit ma jistax jitqies ħieles mill-marda u sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni tal-virus HPAI fl-Unjoni, il-prodotti tal-laħam u l-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati miksuba minn tjur, kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti), ratiti mrobbija u għasafar tal-kaċċa selvaġġi miż-żona tar-Renju Unit affettwata mill-HPAI u li l-awtoritajiet tar-Renju Unit poġġewha taħt restrizzjoni minħabba dawk it-tifqigħat, jenħtieġ li tal-anqas jgħaddu minn “trattament D” kif elenkat fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Stella KYRIAKIDES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).


    ANNESS

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fil-Parti I, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għaċ-Ċina:

    “Ir-Renju Unit  (*1)

    GB

    01/2021

    Il-pajjiż kollu

    GB-1

    01/2021

    Il-pajjiż kollu tar-Renju Unit, minbarra ż-żona GB-2

    GB-2

    01/2021

    It-territorji tar-Renju Unit deskritti taħt GB-2 fil-kolonna 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, soġġetti għad-dati msemmija fil-kolonni 6A u 6B ta’ dik it-tabella.

    (2)

    Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għall-Etjopja:

    “GB

    Ir-Renju Unit  (*2) GB

    A

    A

    A

    A

    XXX

    XXX

    A

    A

    A

    A

    A

    XXX

    A

    Ir-Renju Unit  (*2) GB-1

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    XXX

    Ir-Renju Unit  (*2) GB-2

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    D

    D

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    D

    XXX

    GG

    Guernsey

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    (b)

    l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżrael:

    “IM

    Isle of Man

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX”

    (c)

    l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżlanda:

    “JE

    Jersey

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX”


    (*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”;

    (*2)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”;


    Top