Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1791

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1791 tas-16 ta’ Novembru 2020 li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott f’Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f’Martinique u f’Réunion

    ĠU L 402, 1.12.2020, p. 7–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1791/oj

    1.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 402/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1791

    tas-16 ta’ Novembru 2020

    li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott f’Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f’Martinique u f’Réunion

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxi f’konformità ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 189/2014/UE (2) awtorizzat lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott f’Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f’Martinique u f’Réunion, u mibjugħ fi Franza kontinentali, li tista’ tkun aktar baxxa mir-rata minima tad-dazju tas-sisa stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE (3) iżda mhux aktar minn 50 % anqas mir-rata tad-dazju tas-sisa standard nazzjonali fuq l-alkoħol. It-tnaqqis tad-dazju tas-sisa huwa limitat għal kwota annwali ta’ 144 000 ettolitru ta’ alkoħol pur. Dik l-awtorizzazzjoni tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2020.

    (2)

    Fit-18 ta’ Ottubru 2019, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni biex tressaq proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li testendi l-perjodu tal-awtorizzazzjoni stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 189/2014/UE, bi kwota ogħla għal perjodu ta’ seba’ snin, mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

    (3)

    Minħabba l-iskala żgħira tas-suq lokali, id-distilleriji fl-erba’ reġjuni ultraperiferiċi koperti minn dik l-awtorizzazzjoni jistgħu jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom biss jekk ikollhom aċċess suffiċjenti għas-suq fi Franza kontinentali, li huwa s-suq ewlieni għar-rum tagħhom (65 % tar-rum). Id-diffikultà li għandu r-rum “tradizzjonali” biex jikkompeti fis-suq tal-Unjoni hija kkaġunata minn żewġ parametri: kostijiet ogħla ta’ produzzjoni u taxxi ogħla għal kull flixkun peress li r-rum “tradizzjonali” jiġi tipikament ikkummerċjalizzat b’livelli ogħla ta’ saħħa alkoħolika u fi fliexken akbar.

    (4)

    Il-kostijiet ta’ produzzjoni tal-katina tal-valur tal-kannamieli-zokkor-rum fl-erba’ reġjuni ultraperiferiċi huma ogħla milli f’reġjuni oħra tad-dinja. B’mod partikolari, il-periferiċità, it-topografija u l-klima diffiċli ta’ dawk l-erba’ reġjuni ultraperiferiċi għandhom impatt konsiderevoli fuq il-kost tal-ingredjenti u tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-kostijiet lavorattivi huwa ħafna ogħla minn dawk f’pajjiżi ġirien peress li l-leġiżlazzjoni soċjali Franċiża hija applikabbli f’Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f’Martinique u f’Réunion. Dawk ir-reġjuni ultraperiferiċi huma soġġetti wkoll għal standards ambjentali u ta’ sikurezza tal-Unjoni, li jinvolvu investimenti konsiderevoli u kostijiet li mhumiex marbuta direttament mal-produttività, minkejja li parti minn dawk l-investimenti hija kofinanzjata mill-fondi strutturali tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-distilleriji f’dawk ir-reġjuni ultraperiferiċi huma iżgħar mid-distilleriji ta’ gruppi internazzjonali. Dan jiġġenera kostijiet ta’ produzzjoni ogħla għal kull unità ta’ produzzjoni.

    (5)

    Ir-rum “tradizzjonali” mibjugħ fi Franza kontinentali huwa tipikament ikkummerċjalizzat fi fliexken akbar (36 % tar-rum jinbiegħ fi fliexken li jesgħu litru) u b’livelli ogħla ta’ alkoħol (li jvarjaw minn 40° sa 59°) minn prodotti tal-kompetituri bbażati fuq ir-rum, li huma tipikament ikkummerċjalizzati fi fliexken ta’ 0,7 litru b’37,5°. Il-livelli ogħla tal-kontenut tal-alkoħol min-naħa tagħhom iwasslu għal dazji tas-sisa ogħla, “cotisation sur les boissons alcooliques” (magħruf ukoll bħala “vignette sécurité sociale”) (VSS) ogħla u, barra minn hekk, taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ogħla għal kull litru ta’ rum mibjugħ. Għaldaqstant, ir-rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa, li mhix aktar minn 50 % anqas mid-dazju tas-sisa standard nazzjonali fuq l-alkoħol, għadha proporzjonata mal-kostijiet addizzjonali kumulattivi li ġejjin mill-kostijiet ogħla ta’ produzzjoni kif ukoll mid-dazju tas-sisa, mill-VSS u mill-VAT ogħla.

    (6)

    Għaldaqstant, għandhom jitqiesu l-kostijiet żejda li jitnisslu mill-prattika ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ għaxar snin ta’ bejgħ tar-rum “tradizzjonali” b’livelli ogħla ta’ alkoħol u li, għalhekk, iwasslu għal taxxi ogħla.

    (7)

    Biex il-vantaġġ fiskali li jkopri kemm id-dazji tas-sisa armonizzati u l-VSS jiġi awtorizzat, dan jeħtieġ li jibqa’ proporzjonat biex ma jdgħajjifx l-integrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni, inkluż is-salvagwardja ta’ kompetizzjoni mhux imxekkla fis-suq intern u fil-politiki ta’ għajnuna mill-Istat.

    (8)

    Sal-lum, il-vantaġġ fiskali ma kellux impatt fuq is-suq intern peress li s-sehem mis-suq tar-rum ‘tradizzjonali’ naqas bi 11 % f’dawn l-aħħar snin, minħabba l-konsum dejjem akbar ta’ xorb alkoħoliku bbażat fuq ir-rum.

    (9)

    Sabiex jiġi evitat li jkun hemm trażżin qawwi tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u biex tiġi ggarantita l-kontinwazzjoni tal-industrija tal-kannamieli-zokkor-rum u l-impjiegi li din l-industrija tipprovdi fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi, jeħtieġ li l-kwota annwali tal-awtorizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 189/2014/UE tiżdied u tiġi aġġornata.

    (10)

    Sabiex jiġi ggarantit li din id-Deċiżjoni ma ddgħajjifx is-suq intern, il-kwantitajiet massimi ta’ rum, li joriġinaw mid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej eliġibbli għall-miżura, għandhom jiġu ffissati għal 153 000 ettolitru ta’ alkoħol pur kull sena.

    (11)

    Peress li l-benefiċċju fiskali huwa limitat għal dak li huwa neċessarju biex ipatti għall-kostijiet addizzjonali, u peress li l-volumi kkonċernati huma żgħar u l-benefiċċju fiskali huwa limitat għall-konsum fi Franza kontinentali, il-miżura ma ddgħajjifx l-integrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni.

    (12)

    Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni għadhomx jiġu ssodisfati, jenħtieġ li Franza tressaq rapport ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2025.

    (13)

    Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa (TFUE),

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    B’deroga mill-Artikolu 110 TFUE, Franza hija awtorizzata testendi l-applikazzjoni fuq Franza kontinentali, għar-rum “tradizzjonali” prodott f’Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f’Martinique jew f’Réunion, ta’ rata tad-dazju tas-sisa anqas mir-rata sħiħa fuq l-alkoħol stabbilita f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE u ta’ rata ta’ imposta imsejħa “cotisation sur les boissons alcooliques” (VSS) anqas mir-rata sħiħa applikabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    Artikolu 2

    Id-deroga stabbilita fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni għandha tapplika għar-rum kif iddefinit fil-punt 1(f) tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) sal-24 ta’ Mejju 2021 u għar-rum kif iddefinit fil-punt 1(g)(i) tal-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) mill-25 ta’ Mejju 2021, li jiġi prodott f’Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f’Martinique u f’Réunion mill-kannamiela miġbura fil-post tal-manifattura, li jkollha kontenut ta’ sustanzi volatili għajr l-etanol u l-metanol li jkun ugwali għal 225 gramma jew li jaqbiżhom għal kull ettolitru ta’ alkoħol pur u qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 40° jew aktar.

    Artikolu 3

    1.   Ir-rati mnaqqsa tad-dazju tas-sisa u tal-VSS imsemmija fl-Artikolu 1 u applikabbli għar-rum imsemmi fl-Artikolu 2 għandhom ikunu limitati għal kwota annwali ta’ 153 000 ettolitru ta’ alkoħol pur.

    2.   Ir-rati mnaqqsa tad-dazju tas-sisa u tal-VSS imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkunu anqas mir-rata minima tad-dazju tas-sisa fuq l-alkoħol stabbilita bid-Direttiva 92/84/KEE, iżda ma għandhomx ikunu aktar minn 50 % anqas mir-rata sħiħa fuq l-alkoħol stabbilita f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE jew mir-rata sħiħa fuq l-alkoħol għall-VSS.

    3.   Il-vantaġġ fiskali kumulattiv awtorizzat f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikun aktar minn 50 % tar-rata sħiħa fuq l-alkoħol stabbilita f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE.

    Artikolu 4

    Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2025, Franza għandha tressaq rapport ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista’ tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 1 għadhomx jiġu ssodisfati. Ir-rapport ta’ monitoraġġ għandu jkun fih it-tagħrif stabbilit fl-Anness.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. ROTH


    (1)  Opinjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 189/2014/UE tal-20 ta’ Frar 2014 li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fil-Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/659/KE(ĠU L 59, 28.2.2014, p. 1).

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 29).

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

    (5)  Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).


    ANNESS

    It-tagħrif li jrid jiddaħħal fir-rapport ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 4

    1.   

    Kostijiet addizzjonali stmati. It-tagħrif għandu jingħata għal kull tip ta’ rum (“rhum agricole” u “rhum sucrerie”) li jibbenefikaw minn rata mnaqqsa tat-taxxi indiretti rilevanti. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 1 tal-inqas bit-tagħrif li ġej, fejn tagħrif bħal dan ikun disponibbli. It-tagħrif mogħti fit-Tabella 1 għandu jkun biżżejjed biex jiġi vvalutat il-kost addizzjonali li jħabbtu wiċċhom miegħu l-produtturi fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi.

    Tabella 1

     

    Guadeloupe (EUR)

    Il-Guyana Franċiża (EUR)

    Martinique (EUR)

    Réunion (EUR)

    Noti (3)

    Prezz tal-kannamiela (għal kull 100 kg)

     

     

     

     

     

    Prezz tal-melassa (għal kull 100 kg)

     

     

     

     

     

    Kost tal-merkanzija (għal kull kg)

     

     

     

     

     

    Forza tax-xogħol (għal kull hlpa) (1)

     

     

     

     

     

    Inputs oħra (għal kull hpla) (1)

     

     

     

     

     

    Kostijiet tad-deprezzament

     

     

     

     

     

    Kostijiet tal-konformità

     

     

     

     

     

    Kostijiet oħra (2)

     

     

     

     

     

    Noti mat-Tabella 1:

    (1)

    Ettolitri ta’ alkoħol pur.

    (2)

    Ipprovdi tagħrif dwar l-ispeċifikazzjonijiet u l-kjarifiki kollha li jirfdu l-metodi ta’ kalkolu.

    (3)

    Ipprovdi tagħrif dwar il-kostijiet relatati mal-ilma, mal-enerġija u mal-iskart u kostijiet rilevanti oħra.

    2.   

    Sussidji oħra. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 2, jelenkaw il-miżuri l-oħra kollha ta’ għajnuna u ta’ appoġġ li jindirizzaw il-kostijiet operatorji addizzjonali tal-operaturi ekonomiċi marbuta mal-istatus tar-reġjuni ultraperifiċi.

    Tabella 2

    Miżura ta’ għajnuna/appoġġ(1)

    Perjodu(2)

    Setturi fil-mira(3)

    Ammont tal-baġit f’EUR(4)

    Nefqa annwali, f’EUR (2019-2024)(5)

    Sehem tal-baġit attribwit għall-kumpens tal-kostijiet addizzjonali(6)

    Stima tan-numru ta’ ditti benefiċjarji(7)

    Noti(8)

    [lista]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Noti mat-Tabella 2:

    (1)

    Ipprovdi tagħrif dwar l-identifikazzjoni u t-tip ta’ miżura (programm, numru tal-għajnuna mill-Istat eċċ.).

    (2)

    Ipprovdi tagħrif dwar is-snin koperti mill-miżura.

    (3)

    Ipprovdi tagħrif għall-miżuri orjentati lejn is-settur biss.

    (4)

    Ipprovdi tagħrif dwar il-baġit globali tal-miżura u dwar is-sorsi ta’ finanzjament.

    (5)

    Ipprovdi tagħrif dwar in-nefqa attwali sena b’sena għall-perjodu ta’ monitoraġġ (2019–2024), fejn disponibbli.

    (6)

    Ipprovdi stima approssimattiva, bħala perċentwal tal-baġit globali.

    (7)

    Ipprovdi stima approssimattiva, fejn possibbli.

    (8)

    Ipprovdi kwalunkwe kummenti u kjarifiki.

    3.   

    Impatt fuq il-baġit pubbliku. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 3 u jipprovdu l-ammont totali stmat (f’EUR) tat-taxxa mhux miġbura minħabba d-differenzjali tat-taxxa applikati.

    Tabella 3

     

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    2024

    Dħul mit-taxxa mitluf

     

     

     

     

     

     

    4.   

    Impatt fuq il-prestazzjoni ekonomika globali. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 4 u jipprovdu kwalunkwe data li turi l-impatt tar-rata mnaqqsa tat-taxxi indiretti rilevanti fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi. L-indikaturi mitluba fit-Tabella jirreferu għall-prestazzjoni tas-settur tar-rum meta mqabbel mal-prestazzjoni ġenerali fl-ekonomija reġjonali. Jekk uħud mill-indikaturi ma jkunux disponibbli, għandha tiddaħħal data alternattiva ta’ rappurtar dwar il-prestazzjoni ekonomika globali tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi.

    Tabella 4

    Sena(1)

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    2024

    Noti(2)

    Valur miżjud gross reġjonali

     

     

     

     

     

     

     

    Fis-settur tar-rum

     

     

     

     

     

     

     

    Fis-settur tal-kannamieli-zokkor-rum

     

     

     

     

     

     

     

    Impjieg fid-distilleriji lokali

     

     

     

     

     

     

     

    Impjieg fis-settur tal-kannamieli-zokkor-rum

     

     

     

     

     

     

     

    Rata tal-qgħad

     

     

     

     

     

     

     

    Għadd ta’ intrapriżi attivi

     

     

     

     

     

     

     

    Għadd ta’ produtturi tar-rum (inklużi l-SMEs)

     

     

     

     

     

     

     

    Żona ta’ kultivazzjoni tal-kannamiela (ha)

     

     

     

     

     

     

     

    Indiċi tal-livell tal-prezzijiet - Franza kontinentali

     

     

     

     

     

     

     

    Indiċi tal-livell tal-prezzijiet - reġjuni

     

     

     

     

     

     

     

    Għadd ta’ turisti - reġjuni

     

     

     

     

     

     

     

    Għadd ta’ turisti- distilleriji

     

     

     

     

     

     

     

    Noti mat-Tabella 4:

    (1)

    jista’ jkun li t-tagħrif mhux disponibbli għas-snin kollha elenkati

    (2)

    ipprovdi kummenti u kjarifiki kif meqjus rilevanti

    5.   

    Speċifikazzjonijiet tar-reġim. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 5 għal kull tip ta’ rum (“rhum agricole” u “rhum sucrerie”) u għal kull reġjun (Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique u Réunion). Jekk uħud mill-indikaturi ma jkunux disponibbli, għandha tiddaħħal data alternattiva ta’ rappurtar dwar l-ispeċifikazzjonijiet tar-reġim.

    Tabella 5

    Kwantità (f’hlpa(1))

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    2024

    Produzzjoni tar-rum

     

     

     

     

     

     

    Produzzjoni tar-rum tradizzjonali

     

     

     

     

     

     

    Bejgħ lokali tar-rum

     

     

     

     

     

     

    Rum mibgħut lejn Franza kontinentali

     

     

     

     

     

     

    Rum tradizzjonali mibgħut lejn Franza kontinentali

     

     

     

     

     

     

    Rum tradizzjonali mibgħut bid-deroga

     

     

     

     

     

     

    Rum mibgħut lejn Stati Membri oħra

     

     

     

     

     

     

    Rum esportat lejn pajjiżi terzi

     

     

     

     

     

     

    Rum bħala perċentwal tal-volum totali tal-esportazzjonijiet supplimentari tar-reġjuni ultraperifiċi (%)

     

     

     

     

     

     

    Sehem mir-rum tradizzjonali Franċiż fis-suq tar-rum ta’ Franza kontinentali (%)

     

     

     

     

     

     

    Rata ta’ tkabbir tas-suq tar-rum ta’ Franza kontinentali (%)

     

     

     

     

     

     

    Rata ta’ tkabbir tal-ispirti ta’ Franza kontinentali (%)

     

     

     

     

     

     

    Nota mat-Tabella 5:

    (1)

    Ettolitri ta’ alkoħol pur.

    6.   

    Irregolaritajiet. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jipprovdu tagħrif dwar kwalunkwe investigazzjoni dwar irregolaritajiet amministrattivi, dwar evażjoni mit-taxxi indiretti rilevanti, u dwar kuntrabandu tal-prodotti alkoħoliċi kkonċernati fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni. Dawn għandhom jipprovdu tagħrif dettaljat, inkluż tal-inqas tagħrif dwar in-natura tal-każ, il-valur u l-perjodu ta’ żmien.

     

    7.   

    Ilmenti. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jipprovdu tagħrif dwar jekk l-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali rċevewx ilmenti li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni, jew mill-benefiċjarji jew inkella minn dawk li mhumiex benefiċjarji.

     


    Top