This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2123
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/2123 of 10 October 2019 supplementing Regulation (EU) 2017/625 of the European Parliament and of the Council as regards rules for the cases where and the conditions under which identity checks and physical checks on certain goods may be performed at control points and documentary checks may be performed at distance from border control posts (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/7004
ĠU L 321, 12.12.2019, pp. 64–72
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
03/02/2025
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repeal | 32004L0103 | 14/12/2020 | |||
| Repeal | 32010D0313 | 14/12/2019 | |||
| Repeal | 32010D0458(01) | 14/12/2019 | |||
| Completion | 32017R0625 | 14/12/2019 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32019R2123R(01) | (SV) | |||
| Modified by | 32021R2305 | Sostituzzjoni | artikolu 7 Test | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Żieda | artikolu 4 paragrafu 4 | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Żieda | artikolu 2a | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 sentenza 1 | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 4 | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Żieda | artikolu 4 paragrafu 1 punt (c) | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 1 sentenza 1 | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Żieda | artikolu 8 paragrafu 1 punt (a) punt (v) | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 3 | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 4 | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Żieda | artikolu 6 paragrafu 6 | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Sostituzzjoni | artikolu 8 paragrafu 2 | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 punt (a) punt (ii) | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 punt (b) | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 1 punt (a) punt (ia) | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Żieda | artikolu 4 paragrafu 5 | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32021R2305 | Żieda | artikolu 1a | 01/01/2022 | |
| Modified by | 32025R0065 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 punt (d) | 03/02/2025 |
|
12.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/64 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2123
tal-10 ta’ Ottubru 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(a) u (e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi l-qafas għall-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari. Dak il-qafas jinkludi l-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’dan ir-rigward, bl-għan li jiġi żgurat twettiq effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali u kontroll xieraq tar-riskji, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri jkunu jistgħu jippermettu t-twettiq tal-verifiki identitarji u fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti, u oġġetti oħra msemmija fil-punti (c) u (e) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 f’punt ta’ kontroll li ma jkunux il-post tal-kontroll fuq il-fruntiera, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
|
(3) |
Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li dan ikun il-każ ukoll għall-kunsinni ta’ ikel u għalf li ma joriġinawx mill-annimali soġġetti għall-miżuri previsti mill-atti msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 (3) jistabbilixxu, fost l-oħrajn, ir-regoli dwar it-twettiq tal-verifiki identitarji u fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ikel u għalf li ma joriġinawx mill-annimali koperti minnhom, f’punt ta’ kontroll li ma jkunux il-punt tad-dħul deżinjat. B’mod partikolari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tat-trasferiment tal-kunsinna lejn punt ta’ importazzjoni deżinjat għat-twettiq tal-verifiki identitarji u fiżiċi, ir-regoli dwar id-dokumenti meħtieġa biex jakkumpanjaw il-kunsinna sal-punt ta’ importazzjoni deżinjat, l-obbligi ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-punti tad-dħul deżinjati u tal-operaturi responsabbli mill-kunsinna, u r-regoli applikabbli fil-każ li l-operatur jiddeċiedi li jibdel il-post ta’ importazzjoni deżinjat wara li l-kunsinna tkun telqet mill-punt tad-dħul deżinjat. Dawk ir-Regolamenti huma mħassra b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019 u d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’dan ir-Regolament. Sabiex jiġu żgurati twettiq effettiv tal-kontrolli uffiċjali u traċċabbiltà adegwata tal-kunsinni, jenħtieġ li r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament jagħmlu użu sħiħ ukoll mill-possibbiltajiet ta’ skambju tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali u t-traċċabbiltà tal-kunsinni offruti mis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (“IMSOC”) jew mis-sistemi nazzjonali eżistenti. |
|
(5) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jenħtieġ li jawtorizzaw b’ċertu kundizzjonijiet it-trasferiment ta’ kunsinna ta’ oġġetti lejn punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera deżinjat għal dik il-kategorija ta’ oġġetti fuq talba tal-operatur. F’dan il-każ, jenħtieġ li l-operatur jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti l-isem u l-kodiċi tas-Sistema Esperta u tal-Kontroll tal-Kummerċ (Traces) tal-punt ta’ kontroll fejn il-kunsinna jenħtieġ li tiġi trasferita. |
|
(6) |
Sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-verifiki identitarji u fiżiċi effettivi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ikunu jistgħu jitolbu lill-operatur jittrasferixxi l-oġġetti f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jiksbu l-qbil tal-operatur qabel ma jawtorizzaw it-trasferiment lejn il-punt ta’ kontroll. Jenħtieġ li l-qbil tal-operatur ikun neċessarju fid-dawl tal-kostijiet ta’ trasport imġarrba mill-operatur sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn il-kunsinni li jkun fihom oġġetti li jitħassru jiġu trasferiti fil-punt ta’ kontroll li ma jkunx jinsab f’distanza xierqa mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
|
(7) |
Sabiex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-pjanti jew għas-saħħa pubblika, jenħtieġ li t-trasferiment tal-kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra u ta’ ikel u għalf li ma joriġinawx mill-annimali għall-punt ta’ kontroll jiġi awtorizzat abbażi tal-eżitu sodisfaċenti tal-verifiki dokumentarji fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-kunsinni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll jonformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera bil-wasla tal-kunsinna. Fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jivverifikaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll jekk il-kunsinna tkunx waslet fil-punt ta’ kontroll u meta dik il-verifika turi li l-kunsinna ma tkunx waslet, jenħtieġ li jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 u jwettqu investigazzjoni ulterjuri biex jiddeterminaw fejn tinsab eżattament il-kunsinna. |
|
(9) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu verifiki identitarji u fiżiċi effiċjenti fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħrajn, jenħtieġ li dawn jiġu trasferiti mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera għall-punt ta’ kontroll. Jenħtieġ li t-trasferiment isir b’tali mod li ma jikkawżax infestazzjoni jew infezzjoni lil pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-operaturi jiżguraw li l-imballaġġ jew il-mezzi tat-trasport ikunu magħluqa jew issiġillati waqt it-trasferiment għall-punt ta’ kontroll. F’każijiet speċifiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jippermettu li l-imballaġġ jew il-mezz tat-trasport tal-kunsinni tal-injam tal-koniferi ma jkunux magħluqin jew issiġillati matul it-trasport tagħhom mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera sal-punt tal-kontroll jekk jiġu ssodisfati kundizzjonijiet speċifiċi. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-injam tal-koniferi f’dawn il-kunsinni jkun tkabbar jew prodott f’żona ġeografika ta’ pajjiż terz li jaqsam fruntiera tal-art mal-Istat Membru li għalih hija responsabbli l-awtorità kompetenti u fejn ikun hemm informazzjoni li l-injam ikollu l-istess status fitosanitarju f’dak il-pajjiż terz u f’dak l-Istat Membru. |
|
(10) |
Sabiex jiġu organizzati kontrolli uffiċjali effiċjenti, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-awtoritajiet doganali li lilhom l-Istat Membru jkun ikkonferixxa r-responsabbiltà biex iwettqu l-kontrolli uffiċjali, jew l-awtoritajiet kompetenti f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, ikunu jistgħu jwettqu l-verifiki dokumentarji ’l bogħod mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
|
(11) |
Bl-għan li jiġi żgurat twettiq effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali fil-punti tad-dħul fl-Unjoni li ma jkunux il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-awtoritajiet doganali li lilhom l-Istat Membru jkun ikkonferixxa r-responsabbiltà biex iwettqu l-kontrolli uffiċjali, ikunu jistgħu jwettqu verifiki dokumentarji fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra li huma soġġetti għal kontroll b’inqas frekwenza kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/2004 (4). |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/313/UE (5) tawtorizza verifiki fiżiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jridu jitwettqu fi stabbilimenti approvati tal-operaturi tan-negozju tal-ikel u tal-għalf f’Ċipru. Bl-istess mod, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/458/UE (6) tawtorizza verifiki fiżiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jridu jitwettqu fi stabbilimenti approvati tal-operaturi tan-negozju tal-ikel u tal-għalf f’Malta. Billi dan ir-Regolament japplika għall-oqsma koperti minn dawk id-Deċiżjonijiet, huwa xieraq li d-Deċiżjonijiet 2010/313/UE u 2010/458/UE jitħassru b’effett mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Billi r-Regolament (UE) 2017/625 japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll minn dik id-data għal raġunijiet ta’ konsistenza u ċertezza tad-dritt. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 165(4) tar-Regolament (UE) 2017/625, ir-regoli stabbiliti fil-punt (e) tal-Artikolu 53(1) jistgħu jsiru applikabbli biss mill-inqas 12-il xahar wara l-adozzjoni tagħhom fir-rigward tal-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1) tal-istess Regolament. Għal din ir-raġuni, il-miżuri tranżitorji rigward id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2000/29/KE (7) se jkunu meħtieġa sat-13 ta’ Diċembru 2020. Dan il-perjodu ta’ sena huwa meħtieġ sabiex l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aktar żmien biex jimplimentaw ir-rekwiżiti speċifiċi. |
|
(14) |
Billi dan ir-Regolament japplika għall-oqsma koperti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (8) fir-rigward tal-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u l-oġġetti l-oħra msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, huwa xieraq li dik id-Direttiva titħassar mill-14 ta’ Diċembru 2020, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-każijiet u l-kundizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu:
|
(a) |
verifiki identitarji u verifiki fiżiċi f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fuq:
|
|
(b) |
verifiki dokumentarji ’l bogħod minn post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti, u oġġetti oħra msemmija fl-Artikoli 72(1) u 74(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
2. L-awtoritajiet kompetenti li jinsabu ’l bogħod mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inkluż f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u f’punt tad-dħul fl-Unjoni, għandhom iwettqu l-operazzjonijiet matul u wara l-verifiki dokumentarji, identitarji u fiżiċi f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2019/2130 (10).
Kapitolu I
Verifiki identitarji u verifiki fiżiċi mwettqa f’punti ta’ kontroll li ma jkunux il-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri
Artikolu 2
Kundizzjonijiet għat-twettiq tal-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera
1. Il-verifiki identitarji u fiżiċi jistgħu jitwettqu f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera meta japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-operatur, meta jagħti n-notifika minn qabel f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, jew l-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fid-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (“CHED”) ikunu indikaw il-punt ta’ kontroll fejn iridu jitwettqu l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi; |
|
(b) |
l-eżitu tal-verifiki dokumentarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkun sodisfaċenti; |
|
(c) |
l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu rreġistraw fis-CHED l-awtorizzazzjoni tagħhom għat-trasferiment tal-kunsinna lejn il-punt ta’ kontroll; |
|
(d) |
qabel ma l-kunsinna titlaq mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, l-operatur ikun innotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll fejn ikunu jridu jsiru l-verifiki identitarji u fiżiċi, il-ħin mistenni tal-wasla tal-kunsinna u l-mezz tat-trasport billi jimla u jissottometti CHED separat fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (“IMSOC”); |
|
(e) |
l-operatur ikun ittrasporta l-kunsinna mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera sal-punt ta’ kontroll taħt superviżjoni doganali mingħajr ma l-oġġetti jinħattu matul it-trasport; |
|
(f) |
l-operatur ikun żgura li l-kunsinna tkun akkumpanjata sal-punt ta’ kontroll b’kopja tas-CHED imsemmi fil-punt (c), f’format fuq karta jew f’format elettroniku; |
|
(g) |
l-operatur ikun żgura li:
|
|
(h) |
l-operatur ikun indika n-numru ta’ referenza tas-CHED imsemmi fil-punt (c) fid-dikjarazzjoni doganali mressqa lill-awtoritajiet doganali għall-finijiet tat-trasferiment tal-kunsinna fil-punt ta’ kontroll u jkun żamm kopja ta’ dak is-CHED għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali kif imsemmi fl-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
2. Ir-rekwiżit għall-kopja awtentikata msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-paragrafu 1(g) li takkumpanja l-kunsinna ma għandux japplika meta ċ-ċertifikati uffiċjali rispettivi jew ir-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju jkunu ġew sottomessi fl-IMSOC mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew ikunu ttellgħu fl-IMSOC mill-operatur u l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu vverifikaw li jikkorrispondu għaċ-ċertifikati oriġinali jew għar-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju.
3. Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tiġġestixxi sistema nazzjonali eżistenti li tirreġistra r-riżultati tal-verifiki dokumentarji, identitarji u dawk fiżiċi, il-punti (d) u (h) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-kunsinni li jitilqu mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera lejn punt ta’ kontroll fi ħdan l-istess Stat Membru, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
l-informazzjoni dwar il-ħin mistenni tal-wasla tal-kunsinna fil-punt ta’ kontroll u dwar it-tip ta’ mezz tat-trasport tkun disponibbli fis-sistema nazzjonali eżistenti; |
|
(b) |
is-sistema nazzjonali eżistenti tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 3
Verifiki identitarji u fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ikel u għalf li ma joriġinawx mill-annimali mwettqa f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera
1. Il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ikel u għalf li ma joriġinawx mill-annimali li jkunu soġġetti għall-miżuri previsti mill-atti msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti f’punt ta’ kontroll li ma jkunux post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, meta tkun tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jkun talab lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera biex il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi jitwettqu fil-punt ta’ kontroll, li jkun ġie deżinjat għall-kategorija ta’ oġġetti ta’ dik il-kunsinna, u l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jawtorizzaw it-trasferiment tal-kunsinna lejn dak il-punt ta’ kontroll; |
|
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu ddeċidew li l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi jitwettqu fil-punt ta’ kontroll, li jkun ġie deżinjat għall-kategorija ta’ oġġetti ta’ dik il-kunsinna u l-operatur ma joġġezzjonax għal din id-deċiżjoni. |
2. Il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jekk tkun tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
ma jkun hemm l-ebda awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kif imsemmi fil-paragrafu 1(a), |
|
(b) |
l-operatur joġġezzjona għad-deċiżjoni li l-kunsinna tiġi trasferita lejn il-punt ta’ kontroll kif imsemmi fil-paragrafu 1(b). |
Artikolu 4
Verifiki identitarji u fiżiċi fuq pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra mwettqa f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera
1. Il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fuq il-kunsinni ta’:
|
(a) |
pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra msemmija fl-Artikoli 72(1) u 74(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, |
|
(b) |
pjanti, prodotti tal-pjanti, u oġġetti oħra soġġetti għal miżura ta’ emerġenza prevista fl-atti adottati skont l-Artikoli 28(1), 30(1), 40(3), 41(3), 49(1), 53(3) u 54(3) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
2. Il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera meta tkun tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jkun talab lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera biex il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi jitwettqu f’punt ta’ kontroll, li jkun ġie deżinjat għall-kategorija ta’ oġġetti ta’ dik il-kunsinna, u l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jawtorizzaw it-trasferiment tal-kunsinna lejn dak il-punt ta’ kontroll; |
|
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu ddeċidew li l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi jitwettqu f’punt ta’ kontroll, li jkun ġie deżinjat għall-kategorija ta’ oġġetti ta’ dik il-kunsinna u l-operatur ma joġġezzjonax għal din id-deċiżjoni. |
3. Il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jekk tkun tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
ma jkun hemm l-ebda awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kif imsemmi fil-paragrafu 2(a), |
|
(b) |
l-operatur joġġezzjona għad-deċiżjoni li l-kunsinna tiġi trasferita fil-punt ta’ kontroll kif imsemmi fil-paragrafu 2(b). |
Artikolu 5
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi tal-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera
1. Il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi jistgħu jitwettqu f’punt ta’ kontroll għall-kunsinni msemmija fl-Artikolu 4(1) bil-kundizzjoni li l-operatur ikun żgura li l-imballaġġ jew il-mezz tat-trasport tal-kunsinni jkunu magħluqa jew issiġillati b’mod li, matul it-trasferiment tagħhom lejn il-punt ta’ kontroll ma jkunux jistgħu jikkawżaw l-infestazzjoni jew l-insfezzjoni ta’ pjanti, ta’ prodotti tal-pjanti jew ta’ oġġetti oħra bil-pesti elenkati bħala pesti tal-kwarantina fl-Unjoni jew bħala pesti regolati li mhumiex ta’ kwarantina fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikoli 5(2) u 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 u, fil-każ taż-żoni protetti, bil-pesti rispettivi inklużi fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 32(3) ta’ dak ir-Regolament.
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul jistgħu jippermettu li l-imballaġġi jew il-mezzi tat-trasport tal-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ma jingħalqux jew ma jiġux ssiġillati, meta japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-kunsinna tkun tikkonsisti minn injam tal-koniferi mkabbar jew prodott f’żona ġeografika ta’ pajjiż terz fejn dak il-pajjiż terz jaqsam fruntiera tal-art mal-Istat Membru li tkun responsabbli minnu l-awtorità kompetenti u fejn ikun hemm informazzjoni li l-injam ikollu l-istess status fitosanitarju f’dak il-pajjiż terz u f’dak l-Istat Membru, |
|
(b) |
il-kunsinni tal-injam tal-koniferi jiġu trasportati f’punt ta’ kontroll li jkun jinsab fl-istess Stat Membru bħall-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul, |
|
(c) |
il-kunsinni tal-injam tal-koniferi ma jippreżentawx riskju speċifiku ta’ tixrid ta’ pesti tal-kwarantina fl-Unjoni, jew ta’ pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, waqt it-trasport lejn il-punt ta’ kontroll, |
|
(d) |
qabel ma jħalli t-territorju ta’ dak l-Istat Membru, l-awtorità kompetenti tiżgura li dak l-injam jiġi pproċessat b’mod li l-injam ma jirrappreżentax riskju fitosanitarju. |
3. L-Istati Membri li jsegwu d-dispożizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 għandhom:
|
(a) |
jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar iż-żona kkonċernata tal-pajjiż terz u dwar l-istatus fitosanitarju ta’ din iż-żona; |
|
(b) |
kull sena jissottomettu rapport bil-volum u r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-injam tal-koniferi kkonċernat. |
Artikolu 6
Operazzjonijiet matul u wara l-verifiki identitarji u fiżiċi f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera
1. Wara li l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu awtorizzaw jew iddeċidew dwar it-trasferiment tal-kunsinna fil-punt ta’ kontroll indikat fis-CHED, l-operatur responsabbli mill-kunsinna ma għandux jippreżenta l-kunsinna għall-verifiki identitarji u fiżiċi f’punt ta’ kontroll differenti minn dak indikat fis-CHED, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ma jawtorizzawx it-trasferiment tal-kunsinna għal punt ta’ kontroll ieħor, f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 4(2).
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll għandhom jikkonfermaw il-wasla tal-kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera billi jimlew is-CHED imsemmi fl-Artikolu 2(1)(a) fl-IMSOC.
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll għandhom jiffinalizzaw is-CHED separat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 2(1) jew meta japplika l-Artikolu 2(3), is-CHED imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1), billi jirreġistraw fih l-eżitu tal-verifiki identitarji u tal-verifiki fiżiċi u kwalunkwe deċiżjoni dwar il-kunsinna meħuda skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625.
4. L-operatur għandu jipprovdi n-numru ta’ referenza tas-CHED iffinalizzat imsemmi fil-paragrafu 3 fid-dikjarazzjoni doganali li titressaq lill-awtoritajiet doganali għall-kunsinna u għandu jżomm kopja ta’ dak is-CHED għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali bħala dokument ta’ sostenn kif imsemmi fl-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
5. Meta, fi żmien 15-il jum minn dak li fih ġie awtorizzat it-trasferiment ta’ kunsinna lejn il-punt ta’ kontroll, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ma jkunux għadhom irċevew il-konferma tal-wasla tal-kunsinna mill-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll, dawn għandhom:
|
(a) |
jivverifikaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll jekk il-kunsinna tkunx waslet fil-punt ta’ kontroll; |
|
(b) |
meta l-verifika prevista fil-punt (a) turi li l-kunsinna ma tkunx waslet fil-punt ta’ kontroll, jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra msemmija fl-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 bil-fatt li ma jkunux irċevew il-konferma tal-wasla tal-kunsinna fid-destinazzjoni; |
|
(c) |
iwettqu investigazzjoni ulterjuri biex jiddeterminaw fejn jinsabu eżatt l-oġġetti b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra kif imsemmi fl-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
Kapitolu II
Verifiki tad-dokumenti mwettqa ’l bogħod minn post ta’ kontroll fuq il-fruntiera
Artikolu 7
Verifiki tad-dokumenti fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra mwettqa ’l bogħod minn post ta’ kontroll fuq il-fruntiera
Il-verifiki dokumentarji fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra kif imsemmi fl-Artikolu 47(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, li jidħlu fl-Unjoni, jistgħu jitwettqu minn waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
meta il-kunsinni jaslu f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu jinsabu ’l bogħod mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, bil-kundizzjoni li jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru bħall-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla tal-kunsinna; |
|
(b) |
meta l-kunsinni jkunu soġġetti għal kontroll b’inqas frekwenza kif stabbilit fir-regoli msemmijin fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 u jaslu f’punt tad-dħul li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, l-awtoritajiet kompetenti fil-punt tad-dħul fl-Unjoni. |
Artikolu 8
Kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ verifiki dokumentarji fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra mwettqa ’l bogħod minn post ta’ kontroll fuq il-fruntiera
1. It-twettiq tal-verifiki dokumentarji msemmija fl-Artikolu 7 għandu jkun soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7 għandhom iwettqu verifiki dokumentarji fuq:
|
|
(b) |
il-kunsinna ma għandhiex tiġi trasportata lejn il-punt ta’ kontroll għall-verifiki identitarji u fiżiċi mill-operatur mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera sakemm l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7 ma jkunux infurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera bir-riżultati sodisfaċenti tal-verifiki dokumentarji. |
2. Meta l-kunsinna ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra tkun trid tiġi trasportata mill-operatur għal punt ta’ kontroll biex jitwettqu l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi, għandhom japplikaw l-Artikoli 2, 4 u 5.
3. Kunsinna ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra tista’ tiġi ttrasportata mill-operatur mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera sal-punt ta’ kontroll biex jitwettqu l-verifiki dokumentarji, bil-kundizzjoni li l-punt ta’ kontroll ikun taħt is-superviżjoni tal-istess awtorità kompetenti bħall-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
Kapitolu III
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 9
Tħassir
1. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE hija mħassra b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2020.
2. Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/313/UE u 2010/458/UE huma mħassra b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.
L-Artikoli 4(1)(a), 7 u 8 għandhom japplikaw mill-14 ta’ Diċembru 2020.
L-Artikolu 2(3) għandu japplika sat-13 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 tat-13 ta’ Awwissu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 (ĠU L 242, 14.8.2014, p. 4).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/2004 tal-11 ta’ Ottubru 2004 li jispeċifika l-kondizzjonijiet dettaljati għall-evidenza meħtieġa u l-kriterji għat-tip u l-livell ta’ riduzzjoni tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti ta’ ċertu pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra elenkati fil-Parti B tal-Anness V għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 6).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/313/UE tas-7 ta’ Ġunju 2010 li tawtorizza kontrolli fiżiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 li għandhom jitwettqu fi stabbilimenti approvati tal-operaturi tan-negozju tal-għalf u tal-ikel f’Ċipru (ĠU L 140, 8.6.2010, p. 28).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/458/UE tat-18 ta’ Awwissu 2010 li tawtorizza l-kontrolli fiżiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 li għandhom jitwettqu fi stabbilimenti approvati tal-operaturi tan-negozju tal-għalf u tal-ikel f’Malta (ĠU L 218, 19.8.2010, p. 26).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(8) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f’ Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f’post ieħor li mhuwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f’post ieħor fil-qrib u tispeċifika il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2019/2130 tal-25 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu matul u wara l-verifiki dokumentarji, il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi, fuq l-annimali u l-oġġetti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri (Ara paġna 128 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(12) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidderoga mir-regoli dwar il-ħatra ta’ punti ta’ kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 4).