EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0570
Commission Implementing Decision (EU) 2019/570 of 8 April 2019 laying down rules for the implementation of Decision No 1313/2013/EU of the European Parliament and of the Council as regards rescEU capacities and amending Commission Implementing Decision 2014/762/EU (notified under document C(2019) 2644) (Text with EEA relevance.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 tat-8 ta' April 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (notifikata bid-dokument C(2019) 2644) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 tat-8 ta' April 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (notifikata bid-dokument C(2019) 2644) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/2644
ĠU L 99, 10.4.2019, p. 41–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/07/2022
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014D0762 | Tħassir | kapitolu 7 | 09/04/2019 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32019D0570R(01) | (EN) | |||
Modified by | 32019D1930 | Żieda | anness I taqsima 3 | 19/11/2019 | |
Modified by | 32019D1930 | Żieda | artikolu 1 punt (d) | 19/11/2019 | |
Modified by | 32019D1930 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 | 19/11/2019 | |
Modified by | 32019D1930 | Żieda | artikolu 1a | 19/11/2019 | |
Modified by | 32019D1930 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 | 19/11/2019 | |
Modified by | 32019D1930 | Żieda | anness I taqsima 4 | 19/11/2019 | |
Modified by | 32019D1930 | Żieda | artikolu 3a | 19/11/2019 | |
Modified by | 32019D1930 | Sostituzzjoni | artikolu 1 punt (b) | 19/11/2019 | |
Modified by | 32019D1930 | Żieda | anness I taqsima 5 | 19/11/2019 | |
Modified by | 32019D1930 | Żieda | artikolu 1 punt (c) | 19/11/2019 | |
Modified by | 32019D1930 | Żieda | artikolu 3b | 19/11/2019 | |
Modified by | 32020D0414 | Sostituzzjoni | artikolu 1 punt (d) | 20/03/2020 | |
Modified by | 32020D0414 | Żieda | artikolu 1 punt (e) | 20/03/2020 | |
Modified by | 32020D0414 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 2 punt (f) | 20/03/2020 | |
Modified by | 32020D0414 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 1 inċiż 4 | 20/03/2020 | |
Modified by | 32020D0414 | Żieda | artikolu 3c | 20/03/2020 | |
Modified by | 32020D0414 | Żieda | anness taqsima 6 | 20/03/2020 | |
Modified by | 32020D0414 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 inċiż 3 | 20/03/2020 | |
Modified by | 32020D0414 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 punt (e) | 20/03/2020 | |
Modified by | 32020D0452 | Żieda | artikolu 1 punt (f) | 19/03/2020 | |
Modified by | 32020D0452 | Żieda | artikolu 3d | 19/03/2020 | |
Modified by | 32020D0452 | Żieda | artikolu 1 punt (g) | 19/03/2020 | |
Modified by | 32020D0452 | Sostituzzjoni | artikolu 1 punt (e) | 19/03/2020 | |
Modified by | 32020D0452 | Żieda | artikolu 3e | 19/03/2020 | |
Modified by | 32021D0088 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 punt (f) | 28/01/2021 | |
Modified by | 32021D0088 | Sostituzzjoni | artikolu 3e paragrafu 3 | 28/01/2021 | |
Modified by | 32021D0088 | Żieda | anness taqsima 7 | 28/01/2021 | |
Modified by | 32021D0088 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 1 inċiż 5 | 28/01/2021 | |
Modified by | 32021D0088 | Żieda | artikolu 3f | 28/01/2021 | |
Modified by | 32021D0088 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 inċiż 4 | 28/01/2021 | |
Modified by | 32021D0088 | Sostituzzjoni | artikolu 3e paragrafu 4 | 28/01/2021 | |
Modified by | 32021D0088 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 2 punt (g) | 28/01/2021 | |
Modified by | 32021D1886 | Sostituzzjoni | artikolu 3a | 29/10/2021 | |
Modified by | 32021D1886 | Tħassir | artikolu 3c | 29/10/2021 | |
Modified by | 32021D1886 | Sostituzzjoni | artikolu 3e paragrafu 3 | 29/10/2021 | |
Modified by | 32021D1886 | Tħassir | artikolu 3f | 29/10/2021 | |
Modified by | 32021D1886 | Tħassir | artikolu 3b | 29/10/2021 | |
Modified by | 32021D1886 | Sostituzzjoni | artikolu 3e paragrafu 4 | 29/10/2021 | |
Modified by | 32021D1886 | Żieda | anness taqsima 8 | 29/10/2021 | |
Modified by | 32021D1886 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 2 punt (h) | 29/10/2021 | |
Modified by | 32021D1886 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 punt (g) | 29/10/2021 | |
Modified by | 32022D0288 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 1 inċiż 6 | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022D0288 | Sostituzzjoni | anness taqsima 5 | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022D0288 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 punt (e) | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022D0288 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 inċiż 5 | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022D0288 | Żieda | anness taqsima 9 | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022D0288 | Sostituzzjoni | artikolu 3e paragrafu 3 | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022D0288 | Żieda | artikolu 1a paragrafu 3 | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022D0288 | Sostituzzjoni | artikolu 1a paragrafu 2 | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022D0288 | Sostituzzjoni | artikolu 3a | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022D0288 | Sostituzzjoni | artikolu 3e paragrafu 4 | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022D0288 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 punt (h) | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022D0288 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 2 punt (i) | 24/02/2022 | |
Modified by | 32022D0461 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 inċiż 6 | 22/03/2022 | |
Modified by | 32022D0461 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 1 inċiż 7 | 22/03/2022 | |
Modified by | 32022D0461 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 punt (i) | 22/03/2022 | |
Modified by | 32022D0461 | Sostituzzjoni | artikolu 3a | 22/03/2022 | |
Modified by | 32022D0461 | Sostituzzjoni | artikolu 3e paragrafu 4 | 22/03/2022 | |
Modified by | 32022D0461 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 2 punt (j) | 22/03/2022 | |
Modified by | 32022D0461 | Żieda | anness taqsima 10 | 22/03/2022 | |
Modified by | 32022D0461 | Sostituzzjoni | artikolu 3e paragrafu 3 | 22/03/2022 | |
Modified by | 32022D0465 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 2 punt (k) | 23/03/2022 | |
Modified by | 32022D0465 | Sostituzzjoni | artikolu 3e paragrafu 4 | 23/03/2022 | |
Modified by | 32022D0465 | Sostituzzjoni | artikolu 3e paragrafu 3 | 23/03/2022 | |
Modified by | 32022D0465 | Żieda | anness taqsima 11 | 23/03/2022 | |
Modified by | 32022D0465 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 punt (j) | 23/03/2022 | |
Modified by | 32022D0465 | Sostituzzjoni | artikolu 3a | 23/03/2022 | |
Modified by | 32022D0465 | Żieda | artikolu 1a punt 4 | 23/03/2022 | |
Modified by | 32022D0465 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 2 punt (l) | 23/03/2022 | |
Modified by | 32022D0465 | Żieda | anness taqsima 12 | 23/03/2022 | |
Modified by | 32022D1198 | Sostituzzjoni | artikolu 3e paragrafu 3 | 12/07/2022 | |
Modified by | 32022D1198 | Sostituzzjoni | artikolu 3a | 12/07/2022 | |
Modified by | 32022D1198 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 2 punt (m) | 12/07/2022 | |
Modified by | 32022D1198 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 1 inċiż 8 | 12/07/2022 | |
Modified by | 32022D1198 | Sostituzzjoni | artikolu 3e paragrafu 4 | 12/07/2022 | |
Modified by | 32022D1198 | Sostituzzjoni | anness taqsima 13 | 12/07/2022 |
10.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/41 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/570
tat-8 ta' April 2019
li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE
(notifikata bid-dokument C(2019) 2644)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1)(g) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“il-Mekkaniżmu tal-Unjoni”) stabbilit fid-Deċiżjoni 1313/2013/UE jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u jiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili sabiex itejjeb ir-rispons tal-Unjoni għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 1313/2013/UE tiddefinixxi l-qafas legali tar-rescEU. rescEU għandha l-għan li tipprovdi assistenza f'sitwazzjonijiet predominanti fejn il-kapaċitajiet eżistenti fil-livell nazzjonali u dawk impenjati mill-Istati Membri għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ma jkunux jistgħu jiżguraw rispons effettiv. |
(3) |
F'dawn l-aħħar snin kien hemm żieda qawwija fin-numru ta' nirien estremi tal-foresti fl-Ewropa b'konsegwenzi ekonomiċi, ambjentali u soċjali serji. B'mod partikolari, l-istaġuni tan-nirien tal-foresti tal-2017 u l-2018 urew il-ħtieġa li nkunu ppreparati meta jseħħu diżastri severi u fl-istess ħin jaffettwaw diversi Stati Membri. |
(4) |
In-natura li qed tinbidel tar-riskju ta' nirien tal-foresti rriżultat f'nuqqasijiet ta' kapaċità ta' rispons ippruvati fil-livell tal-Unjoni. Dawn il-lakuni kienu partikolarment evidenti matul l-istaġun tat-tifi tan-nar fil-foresti tal-2017 meta l-kapaċitajiet disponibbli permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni ma kinux biżżejjed biex jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-pajjiżi li qed jitolbu l-assistenza. |
(5) |
Il-kompożizzjoni inizjali ta' rescEU għandha għalhekk tiġi definita bl-akbar urġenza skont l-Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE u fl-ewwel deċiżjoni ta' implimentazzjoni għandha tinkludi kapaċitajiet ta' tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru biex wieħed jirreaġixxi għan-nirien fil-foresti. Minħabba l-flessibbiltà meħtieġa matul il-perjodu tranżitorju skont l-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE, l-għadd ta' kapaċitajiet tar-rescEU jenħtieġ li jiġi stabbilit b'mod indikattiv f'deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni sussegwenti. |
(6) |
Skont l-Artikolu 12(4) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE, ir-rekwiżiti ta' kwalità għal kapaċitajiet ta' tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru taħt rescEU għandhom jiġu stabbiliti wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u għandhom ikunu bbażati fuq standards internazzjonali stabbiliti, fejn standards bħal dawn diġà jeżistu. Minħabba n-nuqqas ta' standards internazzjonali stabbiliti għall-kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru, ir-rekwiżiti ta' kwalità għall-kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru fil-foresti għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti ġenerali eżistenti għall-moduli skont ir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili u l-aħjar prattiki fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Dawk ir-rekwiżiti tal-kwalità għandhom jiġu stipulati f'Anness għal din id-Deċiżjoni. |
(7) |
Għal raġunijiet ta' dixxiplina baġitarja, huwa meħtieġ li f'din id-Deċiżjoni jiġu stabbiliti l-ispejjeż assoċjati mal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni taħt ir-rescEU matul il-perjodu tranżitorju. |
(8) |
Fl-interess ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-għotjiet diretti għall-kapaċitajiet tar-rescEU matul il-perjodu tranżitorju għandhom jingħataw abbażi ta' programm ta' ħidma annwali. |
(9) |
Bid-dħul fis-seħħ fil-21 ta' Marzu 2019 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-regoli dwar l-indirizzar ta' nuqqasijiet temporanji f'diżastri straordinarji stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (3) saru obsoleti. Għal raġunijiet ta' konsistenza, il-Kapitolu 7 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE għandu jitħassar. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat li jissemma fl-Artikolu 33(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistipula regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, fir-rigward:
(a) |
Tal-kompożizzjoni inizjali ta' rescEU f'termini ta' kapaċitajiet u r-rekwiżiti ta' kwalità tagħha; |
(b) |
il-finanzjament tal-kapaċitajiet matul il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE. |
Artikolu 2
Il-kompożizzjoni inizjali ta' rescEU
1. rescEU għandha tikkonsisti f'kapaċitajiet ta' tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru.
2. Il-kapaċitajiet ta' tifi tan-nar fil-foresti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:
(a) |
kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu tal-ajruplani; |
(b) |
kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ħelikopters. |
3. Ir-rekwiżiti ta' kwalità għall-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 3
Arranġamenti finanzjarji għall-kapaċitajiet ta' rescEU kif riferuti fl-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
1. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi fil-programm ta' ħidma annwali l-kriterji għall-għoti ta' għotjiet diretti biex ikopru l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE li huma meħtieġa biex jiġi żgurat aċċess rapidu għall-kapaċitajiet li jikkorrispondu ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 2.
2. L-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom ikunu spejjeż stand-by, inkluż, jekk applikabbli, spejjeż relatati ma' manutenzjoni, spejjeż relatati ma' taħriġ, inkluż it-taħriġ tal-ekwipaġġ u l-persunal tekniku, spejjeż relatati mal-ħżin, spejjeż relatati mal-assigurazzjoni, kif ukoll spejjeż oħra meħtieġa biex tiġi żgurata d-disponibbiltà effettiva ta' dawn il-kapaċitajiet.
Artikolu 4
Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE
Il-Kapitolu 7 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE jitħassar.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Christos STYLIANIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924.
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 77 I, 20.3.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE tas-16 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom u 2007/606/KE, Euratom (ĠU L 320, 6.11.2014, p. 1).
ANNESS
REKWIŻITI TA' KWALITÀ GĦALL-KAPAĊITAJIET TAR-RESCEU
1. Kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu tal-ajruplani
Il-kompiti |
|
||||||||||
Kapaċitajiet |
|
||||||||||
Elementi prinċipali |
|
||||||||||
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||
Skjerament |
|
2. Kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ħelikopters
Il-kompiti |
|
||||||||||||||
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||||
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||||
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||||
Skjerament |
|
(1) Tali rekwiżiti jistgħu jkunu soġġetti għal rieżami bbażat fuq l-iżviluppi possibbli fis-suq tal-kapaċitajiet tat-tifi tan-nar mill-ajru ta' foresti, inkluż fir-rigward tad-disponibbiltà tal-parts tal-bdil.
(2) Rispons ta' intervent rapidu huwa operazzjoni ta' rispons li ddum sa ġurnata waħda, inkluża t-titjira lejn u mis-sit fejn tinsab il-kapaċità rescEU.
(3) Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE u meta jkun iġġustifikat abbażi tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà reġjonali, il-kapaċitajiet ta' tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ħelikopters jistgħu jkunu magħmula minn massimu ta' 3 ħelikopters b'kapaċità minima totali ta' 3 000 litru.
(4) Rispons ta' intervent rapidu huwa operazzjoni ta' rispons li ddum sa ġurnata waħda, inkluża t-titjira lejn u mis-sit fejn tinsab il-kapaċità rescEU.