This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2330
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2330 of 14 December 2017 concerning the authorisation of Iron(II) carbonate, Iron(III) chloride hexahydrate, Iron(II) sulphate monohydrate, Iron(II) sulphate heptahydrate, Iron(II) fumarate, Iron(II) chelate of amino acids hydrate, Iron(II) chelate of protein hydrolysates and Iron(II) chelate of glycine hydrate as feed additives for all animal species and of Iron dextran as feed additive for piglets and amending Regulations (EC) No 1334/2003 and (EC) No 479/2006 (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2330 tal-14 ta' Diċembru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-ħadid(II), tal-klorur tal-ħadid(III) eżaidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) monoidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat, tal-fumarat tal-ħadid(II), tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi, tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrolizzati tal-proteina u tal-kelat tal-ħadid (II) tal-idrat tal-gliċina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tal-ħadid dekstran bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003 u (KE) Nru 479/2006 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2330 tal-14 ta' Diċembru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-ħadid(II), tal-klorur tal-ħadid(III) eżaidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) monoidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat, tal-fumarat tal-ħadid(II), tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi, tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrolizzati tal-proteina u tal-kelat tal-ħadid (II) tal-idrat tal-gliċina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tal-ħadid dekstran bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003 u (KE) Nru 479/2006 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/8421
ĠU L 333, 15.12.2017, pp. 41–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
25/09/2022
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32003R1334 | Tħassir | anness Test | 04/01/2018 | |
| Modifies | 32006R0479 | Tħassir | anness Test | 04/01/2018 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32017R2330R(01) | ||||
| Modified by | 32019R0230 | Sostituzzjoni (CS, FR, HR) | artikolu 3 Test | 28/02/2019 | |
| Modified by | 32022R1457 | Sostituzzjoni | anness Test | 25/09/2022 |
|
15.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/41 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2330
tal-14 ta' Diċembru 2017
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-ħadid(II), tal-klorur tal-ħadid(III) eżaidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) monoidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat, tal-fumarat tal-ħadid(II), tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi, tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrolizzati tal-proteina u tal-kelat tal-ħadid (II) tal-idrat tal-gliċina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tal-ħadid dekstran bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003 u (KE) Nru 479/2006
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-komposti tal-ħadid klorur ferriku eżaidrat, tal-ossidu ferriku, tal-karbonat ferriku, tal-kelat ferriku tal-idrat tal-aċidi amminiċi, tal-kelat ferriku tal-idrat tal-gliċina, tal-fumerat ferriku, tas-sulfat ferruż ettaidrat u tas-sulfat ferruż monoidrat kienu awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 (3) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2006 (4) skont id-Direttiva 70/524/KEE. Dawk is-sustanzi sussegwentement iddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-klorur ferriku eżaidrat, tal-ossidu ferriku, tal-karbonat ferruż, tal-kelat ferruż tal-idrat tal-aċidi amminiċi, tal-kelat ferruż tal-idrat tal-gliċina, tal-fumerat ferruż, tas-sulfat ferruż ettaidrat u tas-sulfat ferruż monoidrat bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Barra minn hekk, b'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dekstran tal-ħadid bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes. L-applikanti talbu li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Għal raġunijiet xjentifiċi, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) irrakkomandat fl-opinjonijiet tagħha tad-19 ta' Ġunju 2013 (5), tat-30 ta' Jannar 2014 (6), tal-5 ta' Marzu 2014 (7), tat-28 ta' April 2014 (8) u tas-27 ta' Jannar 2016 (9) biex l-isem Ferriku jinbidel f'Ħadid(III) u Ferruż f'Ħadid(II), sabiex jiġu evitati l-ambigwitajiet potenzjali. L-Awtorità tirrakkomanda wkoll li taqsam il-kelat tal-ħadid(II) tal-aċidi amminiċi fiż-żewġ gruppi li ġejjin, minħabba l-karatteristiċi kimiċi tagħhom; Kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi u kelat tal-ħadid(II) tal-idrolizzati tal-proteina. |
|
(5) |
L-awtorità kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-karbonat tal-ħadid(II), il-klorur tal-ħadid(III) eżaidrat, is-sulfat tal-ħadid(II) monoidrat, is-sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat, il-fumarat tal-ħadid(II), il-kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-kelat tal-ħadid(II) tal-idrolizzati tal-proteina u l-kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-gliċina ma għandhom l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumatur u fuq l-ambjent. Meta wieħed iqis li jista' jkun hemm irritazzjoni tal-ġilda, irritazzjoni respiratorja jew irritazzjoni tal-għajnejn minħabba l-preżenza tan-nikil f'kull kompost tal-ħadid(III), jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa fir-rigward tat-trattament tal-addittivi kkonċernati u tat-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, sabiex jiġi evitat li jinqala xi tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. |
|
(6) |
Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta' Jannar 2017 (10), l-Awtorità kkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, id-dekstran tal-ħadid ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumatur u fuq l-ambjent, u li ma hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti sakemm jittieħdu l-miżuri xierqa ta' protezzjoni. |
|
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-karbonat tal-ħadid(III), il-klorur tal-ħadid(III) eżaidrat, is-sulfat tal-ħadid(II) monoidrat, is-sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat, il-fumarat tal-ħadid(II), il-kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-kelat tal-ħadid(II) ta' idrolizzati tal-proteina, il-kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-gliċina u d-dekstran tal-ħadid huma sorsi effettivi ta' ħadid; madankollu, il-bijodisponibbiltà tal-karbonat tal-ħadid(II) tvarja b'mod sinifikanti, u hija meqjusa li tkun aktar baxxa minn dik tas-sulfat tal-Ħadid(II). L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf imressqa mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(8) |
Il-valutazzjoni tal-karbonat tal-ħadid(II), tal-klorur tal-ħadid(III) eżaidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) monoidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat, tal-fumarat tal-ħadid(II), tal-kelat tal-ħadid(II) tal-aċidi amminiċi, tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrolizzati tal-proteina u tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-gliċina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tad-dekstran tal-ħadid għall-ħnienes turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati, minbarra għall-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta' dawn is-sustanzi jkun awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li jiġi pprojbit l-użu tagħhom permezz tal-ilma tax-xorb. |
|
(9) |
Minħabba li ngħataw awtorizzazzjonijiet ġodda għal “klorur ferriku eżaidrat”, “karbonat ferruż”, “kelat ferruż tal-idrat tal-aċidi ammiċi”, “fumarat ferruż”, “sulfat ferruż, ettaidrat”, “sulfat ferruż, monoidrat” u “kelat ferruż tal-idrat tal-gliċina” minn dan ir-Regolament u ċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni għal “ossidu ferriku”, l-entrati dwar dawn is-sustanzi fir-Regolamenti (KE) Nru 479/2006 u (KE) Nru 1334/2003 jenħtieġ li jitħassru. |
|
(10) |
Billi l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi fl-opinjoni tagħha tal-24 ta' Mejju 2016 (11) dwar is-sikurezza tal-ossidu ferriku għall-ispeċijiet fil-mira, l-addittiv u l-għalf li fihom jinsab dan l-addittiv jenħtieġ li jiġu rtirati mis-suq mill-aktar fis possibbli. Madankollu, għal raġunijiet prattiċi jenħtieġ li jkun permess perjodu tranżitorju limitat għall-irtirar mis-suq tal-prodotti kkonċernati sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jikkonformaw kif xieraq mal-obbligu tal-irtirar. |
|
(11) |
Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal “klorur ferriku eżaidrat”, “karbonat ferruż”, “kelat ferruż tal-idrat tal-aċidi ammiċi”, “kelat ferruż tal-idrat tal-gliċina”, “fumarat ferruż”, “sulfat ferruż, ettaidrat” u “sulfat ferruż monoidrat” hekk kif awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1334/2003 u r-Regolament (KE) Nru 479/2006, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' mikronutrijenti”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Kundizzjonijiet speċjali tal-użu
Is-sustanzi awtorizzati speċifikati fl-Anness bħala addittivi fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “komposti ta' mikronutrijenti” ma għandhomx jintużaw fl-ilma tax-xorb.
Artikolu 3
Ċaħda
L-awtorizzazzjoni tal-ossidu ferriku huwa b'dan miċħud u s-sustanza ma għadhiex se tibqa' tintuża bħala addittiv fl-għalf nutrittiv.
Artikolu 4
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003, mill-entrata E1 dwar l-element Fe tal-ħadid, l-addittivi li ġejjin, il-formoli u d-deskrizzjonijiet kimiċi jitħassru: “klorur ferriku eżaidrat”, “karbonat ferruż”, “kelat ferruż tal-idrat tal-aċidi ammiċi”, “fumarat ferruż”, “sulfat ferruż, ettaidrat”, “sulfat ferruż monoidrat” u “ossidu ferriku”.
Artikolu 5
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 479/2006
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 479/2006, l-entrata E1 dwar l-addittiv “Kelat ferruż tal-idrat tal-gliċina” titħassar.
Artikolu 6
Miżuri tranżitorji
1. Is-sustanzi “klorur ferriku eżaidrat”, “karbonat ferruż”, “kelat ferruż tal-idrat tal-aċidi ammiċi”, “kelat ferruż tal-idrat tal-gliċina”, “fumarat ferruż”, “sulfat ferruż, ettaidrat”, “ossidu ferriku” u “sulfat ferruż monoidrat” kif awtorizzati permezz tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003 u tar-Regolament (KE) Nru 479/2006, u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, li huma prodotti u tikkettati qabel l-4 ta' Lulju 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u tikkettati qabel l-4 ta' Jannar 2019 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk huma maħsuba għal annimali li jipproduċu l-ikel.
3. Il-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta' Jannar 2020 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk huma maħsuba għal annimali li ma jipproduċux ikel.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 tal-25 ta' Lulju 2003 li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' numru ta' addittivi fi ħwejjeġ tal-ikel li jappartjenu għall-grupp ta' oligoelementi (ĠU L 187, 26.7.2003, p. 11).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2006 tat-23 ta' Marzu 2006 fir-rigward ta' ċerti addittivi li jagħmlu parti mill-grupp tal-komposti tal-oligoelementi (ĠU L 86, 24.3.2006, p. 4).
(5) EFSA Journal 2013;11(7):3287.
(6) EFSA Journal 2014;12(2):3566.
(7) EFSA Journal 2014;12(3):3607.
(8) EFSA Journal 2015;13(5):4109.
(9) EFSA Journal 2016;14(2):4396.
(10) EFSA Journal 2017;15(2):4701.
(11) EFSA Journal 2016;14(6):4508.