EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2176

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2176 tal-21 ta' Novembru 2017 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (notifikata bid-dokument C(2017) 7874) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/7874

ĠU L 306, 22.11.2017, p. 82–84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/12/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/2176/oj

22.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/82


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2176

tal-21 ta' Novembru 2017

li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja

(notifikata bid-dokument C(2017) 7874)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered ma' rziezet oħra tal-ħnieżer u mal-ħnieżer selvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi l-istabbiliment ta' żona infettata wara li jiġi kkonfermat każ wieħed jew iktar tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi.

(4)

Il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni aġġornata fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, u f'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żona infettata fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva.

(5)

Sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jinħtieġ li tiġi identifikata fuq il-livell tal-Unjoni ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja, f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru.

(6)

Għaldaqstant, sakemm issir il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, jenħtieġ li ż-żona infettata fil-Polonja titniżżel fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul ta' żmien ta' din ir-reġjonalizzazzjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Polonja għandha tiżgura li ż-żona infettata stabbilita skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tinkludi tal-inqas iż-żoni mniżżlin bħala ż-żona infettata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-8 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).


ANNESS

Iż-żoni stabbiliti bħala Żona Infettata fil-Polonja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Id-data sa meta japplikaw

W powiecie legionowskim gminy: miasto Legionowo, Jabłonna, Nieporęt, Wieliszew.

W powiecie wołomińskim gmina Radzymin.

W powiecie Nowy Dwór Mazowiecki część miasta Nowy Dwór Mazowiecki ograniczona od północy rzeką Narew i od południa rzeką Wisłą.

It-8 ta' Diċembru 2017


Top