This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016H2115
Commission Recommendation (EU) 2016/2115 of 1 December 2016 on the monitoring of the presence of Δ9-tetrahydrocannabinol, its precursors and other cannabinoids in food (Text with EEA relevance )
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2115 tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta' Δ9-tetraidrokannabinol, tal-prekursuri tiegħu u ta' kannabinojdi oħra fl-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2115 tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta' Δ9-tetraidrokannabinol, tal-prekursuri tiegħu u ta' kannabinojdi oħra fl-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
C/2016/7693
ĠU L 327, 2.12.2016, p. 103–104
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/103 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2115
tal-1 ta' Diċembru 2016
dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta' Δ9-tetraidrokannabinol, tal-prekursuri tiegħu u ta' kannabinojdi oħra fl-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bord dwar kontaminanti fil-katina tal-ikel (il-CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) adotta opinjoni xjentifika dwar it-tetraidrokannabinol (it-THC) fil-ħalib u f'ikel ieħor li joriġina mill-annimali (1). |
(2) |
It-tetraidrokannabinol, u b'mod aktar preċiż id-delta-9-tetraidrokannabinol (Δ9-THC) huwa l-aktar kostitwent rilevanti tal-pjanta tal-qanneb Cannabis sativa. L-EFSA stabbiliet doża akuta ta' referenza (DAR) ta' 1 μg ta' Δ9-THC għal kull kg ta' piż tal-ġisem. |
(3) |
Hija disponibbli biss dejta limitata dwar il-preżenza ta' Δ9-THC f'ikel li joriġina mill-annimali u hija disponibbli biss dejta limitata mir-rata ta' trasferiment mill-għalf għall-ikel li joriġina mill-annimali. Għaldaqstant hemm bżonn ta' iktar dejta dwar il-preżenza fl-ikel li joriġina mill-annimali, li dwarha hemm evidenza li l-ikel li joriġina mill-annimali huwa prodott minn annimali li qed jintemgħu għalf li fih il-qanneb jew materjal tal-għalf derivat mill-qanneb. |
(4) |
Barra minn hekk, hija meħtieġa aktar dejta dwar l-okkorrenza tal-preżenza ta' Δ9-THC f'ikel derivat mill-qanneb u f'ikel li fih il-qanneb jew li fih ingredjenti derivati mill-qanneb. Huwa xieraq ukoll, jekk dan ikun possibbli, li jiġu analizzati l-prekursuri mhux psikoattivi, jiġifieri l-aċidi delta-9-tetraidrokannabinoliċi (2-COOH-Δ9-THC imsejjaħ Δ9-THCA-A u 4-COOH-Δ9-THC imsejjaħ Δ9-THCA-B) u kannabinojdi oħrajn (bħalma huma d-delta-8-tetraidrokannabinol (Δ8-THC), il-kannabinol (CBN), il-kannabidjol (CBD) u d-delta-9-tetraidrokannabivarin (Δ9-THCV). |
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li jiġi rrakkomandat il-monitoraġġ tal-preżenza ta' Δ9-THC, tal-prekursuri tiegħu u ta' kannabinojdi oħra fl-ikel. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
(1) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri, bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozju tal-ikel u ta' partijiet interessati oħrajn, jimmonitorjaw il-prezenza ta' Δ9-tetraidrokannabinol (Δ9-THC) f'ikel li joriġina mill-annimali u Δ9-tetraidrokannabinol (Δ9-THC), tal-prekursuri mhux psikoattivi tiegħu, l-aċidi delta-9-tetraidrokannabinoliċi (2-COOH-Δ9-THC imsejjaħ Δ9-THCA-A u 4-COOH-Δ9-THC imsejjaħ Δ9-THCA-B) u ta' kannabinojdi oħrajn (bħalma huma d-delta-8-tetraidrokannabinol (Δ8-THC), il-kannabinol (CBN), il-kannabidjol (CBD) u d-delta-9-tetraidrokannabivarin (Δ9-THCV) f'ikel derivat mill-qanneb u f'ikel li fih il-qanneb jew li fih ingredjenti derivati mill-qanneb. Għall-monitoraġġ tal-ikel li joriġina mill-annimali, jenħtieġ li tkun disponibbli evidenza li turi li l-ikel li joriġina mill-annimali huwa prodott minn annimali li jkunu qed jintemgħu għalf li fih il-qanneb jew materjal tal-għalf derivat mill-qanneb. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-lott li minnu ttieħed il-kampjun, l-Istati Membri għandhom isegwu l-proċeduri ta' kampjunar stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (2). |
(3) |
Il-metodu ta' analiżi li għandu jintuża għall-monitoraġġ preferibbilment għandu jkun is-separazzjoni permezz tal-kromatografija flimkien mal-ispettrometrija tal-massa (LC-MS jew GC-MS) wara pass adegwat tat-tindif (l-estrazzjoni b'ripartizzjoni likwidu-likwidu (LLE) jew l-estrazzjoni f'fażi solida (SPE)). Għandha tingħata preferenza lil tekniki tal-kromatografija li jippermettu d-determinazzjoni ta' Δ9-THC, tal-prekursuri tiegħu u ta' kannabinojdi oħra separatament fil-prodotti tal-ikel li fihom il-qanneb. |
(4) |
L-Istati Membri, l-operaturi tan-negozju tal-ikel u partijiet interessati oħrajn għandhom jiżguraw li r-riżultati analitiċi jiġu pprovduti fuq bażi regolari lill-EFSA u sa mhux aktar tard minn Ottubru tal-2018 fil-format għall-preżentazzjoni tad-dejta tal-EFSA, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Gwida tal-EFSA “Guidance on Standard Sample Description (SSD) for Food and Feed (3)” u mar-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi tar-rappurtar tal-EFSA. |
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) EFSA CONTAM Panel (EFSA Panel on Contaminants in the Food Chain), 2015. Opinjoni xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem marbuta mal-preżenza tat-tetraidrokannabinol (it-THC) fil-ħalib u f'ikel ieħor li joriġina mill-annimali. EFSA Journal 2015;13(6):4141, 125 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4141.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).
(3) http://www.efsa.europa.eu/en/data/toolbox