This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2286
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/2286 of 8 December 2015 Approving non-minor amendments to the specification for a name entered in the register of traditional specialities guaranteed [Belokranjska pogača (TSG)]
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2286 tat-8 ta' Diċembru 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Belokranjska pogača (STG)]
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2286 tat-8 ta' Diċembru 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Belokranjska pogača (STG)]
ĠU L 323, 9.12.2015, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2286
tat-8 ta' Diċembru 2015
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Belokranjska pogača (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tas-Slovenja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Belokranjska pogača”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2010 (2). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament imsemmi. |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Belokranjska pogača” (STG) hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2010 tat-3 ta' Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Belokranjska pogača (STG)] (ĠU L 53, 4.3.2010, p. 1).