This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2031
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/2031 of 13 November 2015 amending Regulation (EC) No 1918/2006 opening and providing for the administration of tariff quota for olive oil originating in Tunisia
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2031 tat-13 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2031 tat-13 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija
ĠU L 298, 14.11.2015, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006R1918 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 | 21/11/2015 | |
Modifies | 32006R1918 | Tħassir | artikolu 2 paragrafu 3 | 21/11/2015 | |
Modifies | 32006R1918 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 1 | 21/11/2015 | |
Modifies | 32006R1918 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 4 | 21/11/2015 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32020R0760 | 01/01/2021 |
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2031
tat-13 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa verġni li jaqa' fil-kodiċijiet NM 1509 10 10 u 1509 10 90, miksub kollu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż. L-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi limiti fix-xahar għall-kwantità ta' żejt taż-żebbuġa li għalih jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni bħala parti mill-volum globali tal-kwota stipulata fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu. Minħabba l-ħtieġa li jittieħdu miżuri biex tittaffa s-sitwazzjoni ekonomika tat-Tuneżija, huwa xieraq li jitħaffef il-kummerċ fiż-żejt taż-żebbuġa bejn l-Unjoni u t-Tuneżija billi jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-amministrazzjoni tal-kwota miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1918/2006. Jeħtieġ għalhekk jitrażżnu l-limiti ta' kull xahar stipulati fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
L-ammont ta' garanzija stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006 għandu jiżdied sabiex jiggarantixxi li l-impenn għall-importazzjoni jkun issodisfat matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzji tal-importazzjoni. |
(3) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika għall-perjodi tal-kwota li jibdew fl-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).