Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0414

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/414 tat- 12 ta' Marzu 2015 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidu (6 S )-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina użat fil-manifattura ta' supplimenti tal-ikel Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 68, 13.3.2015, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/414/oj

    13.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 68/26


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/414

    tat-12 ta' Marzu 2015

    li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina użat fil-manifattura ta' supplimenti tal-ikel

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE jistabbilixxi l-lista ta' vitamini u minerali, u għal kull wieħed minnhom il-forom, li jistgħu jintużaw fil-manifattura tas-supplimenti tal-ikel. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2009 (2) issostitwixxa l-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/46/KE.

    (2)

    Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/46/KE, dispożizzjonijiet dwar vitamini u sustanzi minerali fis-supplimenti tal-ikel li jista' jkollhom effett fuq is-saħħa pubblika għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

    (3)

    Wara talba biex jiżdied l-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina, bħala sors ta' folat mal-lista stabbilita fl-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE, fil-11 ta' Settembru 2013 l-Awtorità adottat Opinjoni Xjentifika dwar aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina, bħala sors ta' folat miżjud għal skopijiet ta' nutrizzjoni ma' supplimenti tal-ikel u d-disponibbiltà bijoloġika tal-folat minn dan is-sors (3).

    (4)

    Mill-opinjoni tal-Awtorità joħroġ li l-użu ta' aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina bħala sors ta' folat f'supplimenti tal-ikel ma joħloqx tħassib dwar is-sikurezza.

    (5)

    Skont l-opinjoni favorevoli tal-Awtorità, aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina għandu jiżdied mal-lista stabbilita fl-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE.

    (6)

    L-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina, huwa ingredjent tal-ikel ġdid li ġie awtorizzat biex ikun kummerċjalizzat mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/154/UE (4).

    (7)

    Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati permezz tal-Grupp Konsultattiv dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u tal-Pjanti, u l-kummenti li tressqu ġew ikkunsidrati.

    (8)

    Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/46/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

    (9)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE, il-punt (c) li ġej jiżdied fl-Intestatura 10 (FOLAT) tat-Taqsima A:

    “(c)

    aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-listi ta' vitamini u minerali u l-forom tagħhom li jkunu jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 36).

    (3)  EFSA Journal 2013;11(10): 3358.

    (4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/154/UE tad-19 ta' Marzu 2014 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina, bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 85, 21.3.2014, p. 10).


    Top