Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0627

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2014 tat- 12 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 biex jiġi adattat għall-progress tekniku fir-rigward ta' monitoraġġ ta' materja partikolata tas-sistema dijanjostika abbord il-vettura Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 174, 13.6.2014, p. 28–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/627/oj

    13.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 174/28


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 627/2014

    tat-12 ta' Ġunju 2014

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 biex jiġi adattat għall-progress tekniku fir-rigward ta' monitoraġġ ta' materja partikolata tas-sistema dijanjostika abbord il-vettura

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 12(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (2) jistabbilixxi l-obbligu tal-Kummissjoni li twettaq reviżjoni dwar il-fattibbiltà teknika ta' monitoraġġ, għal vetturi ta' tqabbid bil-kompressjoni, il-prestazzjoni ta' filtru tal-partikuli tad-diżil (DPF) meta mqabbla mal-ogħla limiti tas-sistema dijanjostika abbord il-vettura (OTLs) stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness X ta' dak ir-Regolament.

    (2)

    Il-Kummissjoni wettqet dik ir-reviżjoni u kkonkludiet li t-teknoloġija kapaċi mill-monitoraġġ tal-prestazzjoni tad-DPF meta mqabbla mal-OTLs hija disponibbli. Madankollu, minn dik ir-reviżjoni jirriżulta wkoll li huwa xieraq li tiġi diferita d-data tal-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-DPF sabiex jingħata biżżejjed żmien lill-industrija biex tiżgura d-disponibilità tat-tagħmir f'termini ta' produzzjoni tal-massa u l-adattament tagħha għall-vetturi. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi adattata t-Tabella 1 tal-Appendiċi 9 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, sabiex tiġi inkluża d-data ta' implimentazzjoni l-ġdida.

    (3)

    Barra minn hekk, u fil-każ ta' magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs, it-Tabella 1 tal-Appendiċi 9 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 għandha tiġi adattata wkoll billi tiddaħħal kolonna li tirreferi għall-ħtieġa li l-livelli ta' monossidu tal-karbonju jiġu mmonitorjati waqt li jiġu mqabbla mal-OTLs stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, kif ukoll il-kolonna li tirreferi għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6. sa 6.5.5.1 tal-Anness X ta' dak ir-Regolament

    (4)

    Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 għandu għalhekk jigi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 4, il-paragrafu 8 jinbidel b'dan li ġej:

    “8.   Fuq talba tal-manifattur, sal-31 ta' Diċembru 2015, fil-każ ta' tipi ġodda ta' vetturi jew magni u sal-31 ta' Diċembru 2016 għall-vetturi ġodda kollha mibjugħa, irreġistrati jew imqiegħda fis-servizz fl-Unjoni, il-fabbrikant jista' jekk irid, juża dispożizzjonijiet alternattivi għall-monitoraġġ tad-DPF kif stipulat fil-Punt 2.3.3.3 tal-Anness X.”;

    (2)

    L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija għal magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u vetturi skont l-Ittra B fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 9 tal-Anness I qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu validi wara dik id-data.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).


    ANNESS

    It-Tabella 1 fl-Appendiċi 9 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 jinbidel b'dan li ġej:

    “Tabella 1

    Ittra

    NOx OTL (1)

    PM OTL (2)

    CO OTL (6)

    IUPR

    Reaġent tal-kwalità u l-konsum

    Dati tal-implimentazzjoni: tipi ġodda

    Dati tal-implimentazzjoni: il-vetturi kollha

    L-aħħar data ta' reġistrazzjoni

    A

    Ir-ringiela ‘il-perjodu ta' dħul gradwali’ tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

    Monitoraġġ tal- prestazzjoni (3)

     

    Id-dħul gradwali (7)

    Id-dħul gradwali (4)

    31.12.2012

    31.12.2013

    31.8.2015 (9)

    30.12.2016 (10)

    B (11)

    Ir-ringiela ‘il-perjodu ta' dħul gradwali’ tat-Tabella 2

     

    Ir-ringiela ‘il-perjodu ta' dħul gradwali’ tat-Tabella 2

    Id-dħul gradwali (7)

    Id-dħul gradwali (4)

    1.9.2014

    1.9.2015

    30.12.2016

    C

    Ir-ringiela ‘rekwiżiti ġenerali’ tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

    Ir-ringiela ‘rekwiżiti ġenerali’ tat-Tabella 1

    Ir-ringiela ‘rekwiżiti ġenerali’ tat-Tabella 2

    Ġenerali (8)

    Ġenerali (5)

    31.12.2015

    31.12.2016

     


    (1)  ‘NOx OTL’ rekwiżiti ta' monitoraġġ kif stipulati fit-Tabella 1 u 2 tal-Anness X.

    (2)  ‘PM OTL’ rekwiżiti ta' monitoraġġ kif stipulati fit-Tabella 1 tal-Anness X.

    (3)  Ir-rekwiżiti tal-‘monitoraġġ tal-prestazzjoni’ kif stipulati fil-Punt 2.1.1 tal-Anness X.

    (4)  Ir-rekwiżiti ta' ‘dħul gradwali’ tar-reaġent tal-kwalità u l-konsum kif stipulati fil-Punti 7.1.1.1 u 8.4.1.1. tal-Anness XIII.

    (5)  Ir-rekwiżiti ‘ġenerali’ tar-reaġent tal-kwalità u l-konsum kif stipulati fil-Punti 7.1.1. u 8.4.1. tal-Anness XIII.

    (6)  ‘CO OTL’ rekwiżiti ta' monitoraġġ kif stipulati fit-Tabella 2 tal-Anness X.

    (7)  Ir-rekwiżiti ta' ‘dħul gradwali’ IUPR kif stipulati fil-punti 6.4.4, 6.5.5 u 6.5.5.1 tal-Anness X.

    (8)  Ir-rekwiżiti ‘ġenerali’ IUPR kif stipulati fit-Taqsima 6 tal-Anness X.

    (9)  Għal magni u vetturi bi starjar pożittiv mgħammra b'tali magni.

    (10)  Għal magni u vetturi bi startjar bil-kompressjoni mgħammra b'tali magni.

    (11)  Applikabbli biss għal magni u vetturi bi startjar pożittiv mgħammra b'tali magni.”


    Top