This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0085
2014/85/EU: Commission Decision of 13 February 2014 concerning the placing on the market for essential use of biocidal products containing copper (notified under document C(2014) 718)
2014/85/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Frar 2014 dwar it-tqegħid fis-suq għall-użu essenzjali ta’ prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram (notifikata bid-dokument C(2014) 718)
2014/85/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Frar 2014 dwar it-tqegħid fis-suq għall-użu essenzjali ta’ prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram (notifikata bid-dokument C(2014) 718)
ĠU L 45, 15.2.2014, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 32007R1451 | Deroga | artikolu 5.3 |
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Frar 2014
dwar it-tqegħid fis-suq għall-użu essenzjali ta’ prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram
(notifikata bid-dokument C(2014) 718)
(It-testi bl-Ingliż, bl-Olandiż, bil-Pollakk u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
(2014/85/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 fuq l-ewwel fażi tal-programm msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali, (2) ir-ram ġie notifikat għall-użu, fost l-oħrajn, fit-tipi tal-prodott 2, 5 u 11, kif definit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (3). |
(2) |
Ma tressaq l-ebda fajl komplut fl-iskadenzi stipulati bħala appoġġ għall-inklużjoni tar-ram fl-Annessi I, IA jew IB għad-DIrettiva 98/8/KE. Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/78/UE tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4) moqrija flimkien mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-ram m’għandux jibqa’ jitqiegħed fis-suq għall-użu f’tipi tal-prodott 2, 5 jew 11 mill-1 ta’ Frar 2013. |
(3) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-Renju Unit, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja ressqu applikazzjonijiet separati lill-Kummissjoni għall-permess li jippermetti t-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram għall-użi indikati minn “Iva” fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
(4) |
Il-Kummissjoni għamlet dawn il-listi disponibbli pubblikament b’mezzi elettroniċi. Waslu l-kummenti u saru disponibbli pubblikament. |
(5) |
Isegwi mill-applikazzjonijiet li t-tixrid tal-Legionella ġie assoċjat, b’mod partikolari, mal-użu ta’ ilma bħal ilma tax-xorb, l-ilma għall-banju, l-ilma tad-doċċa, u l-ilma f’torrijiet għat-tkessiħ. Barra minn hekk, jirriżulta li l-Leġjonella tista’ tkun fatali, speċjalment fi gruppi vulnerabbli bħall-pazjenti tal-isptarjiet. Skont l-applikazzjonijiet, għażla ta’ sistema xierqa għal kontroll tal-Leġjonella hija kumplessa u tiddependi fuq għadd ta’ parametri bħad-disinn tas-sistema, l-età, il-kumplessità u l-kimika tal-ilma. |
(6) |
Jirriżulta wkoll minn xi applikazzjonijiet, li l-prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram jintużaw biex jipprevjenu t-tkabbir ta’ organiżmi fil-pajp ewlieni għad-dħul tal-ilma għall-pjattaformi taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar, fejn dak l-użu huwa essenzjali biex jiġi evitat l-imblukkar tal-pajp tad-dħul ta’ ilma użat għal, fost l-oħrajn, l-ipproċessar, il-produzzjoni tal-ilma tax-xorb u tal-banju, u t-tifi tan-nar, peress li l-imblukkar tal-pajp jista’ jkun fatali għas-saħħa u s-sigurtà tal-persunal fl-installazzjoni. |
(7) |
Xi kummenti li waslu matul il-konsultazzjoni pubblika lindikaw l-eżistenza ta’ metodi alternattivi għal sistema tad-diżinfettar tal-ilma. Madankollu, l-Istati Membri li ppreżentaw l-applikazzjonijiet argumentaw li, fit-territorji tagħhom, huwa meħtieġ li jkun hemm firxa adegwata ta’ alternattivi tekniċi u ekonomiċi disponibbli għall-kontroll tal-legionella, u, fejn rilevanti, sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-imblokkar tal-pajp ewlieni tad-dħul tal-ilma għal installazzjonijiet offshore. Dan ġie kkonfermat f’xi konsultazzjonijiet pubbliċi mill-utenti tal-prodotti inkwistjoni, bħall-isptarijiet. |
(8) |
Jidher għalhekk probabbli li n-nuqqas ta’ permess għall-użu għall-kontroll tal-Legionella, jew fejn rilevanti għal prevenzjoni tat-tkabbir ta’ organiżmi fil-pajp ewleini għad-dħul tal-ilma għal pjattaformi taż-żejt u l-gass offshore, f’dawk l-Istati Membri attwalment jippreżenta riskju serju għas-saħħa pubblika. Id-derogi mitluba għall-użu essenzjali huma għalhekk attwalment meħtieġa. |
(9) |
Madankollu, sakemm applikazzjoni kompluta għall-approvazzjoni tar-ram għall-użu fit-tipi ta’ prodotti rilevanti ma titressaqx mingħajr dewmien żejjed, l-utenti tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram għandhom jimplimentaw metodi alternattivi ta’ kontroll tal-Legionella jew ta’ prevenzjoni tat- tkabbir tal-oragniżmu. Għalhekk huwa xieraq li jkun meħtieġ li, f’dan il-każ, l-utenti f’dawk l-Istati Membri jkunu infurmati b’mod attiv fi żmien xieraq biex ikunu jistgħu jiżguraw li dawk il-metodi alternattivi jkunu effettivi qabel ma l-prodotti bijoċidali li jkun fihom ram jiġu rtirati mis-suq. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-Renju Unit, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali li fihom ir-ram (Nru KE 231-159-6; CAS No. 7440-50-8) għall-użi indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
2. Jekk jitressqu, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembeu 2014, fajls kompluti għall-approvazzjoni tar-ram għat-tip tal-prodotti rilevanti għal dawn l-użi mill-Istat Membru li qed jevalwa, ir-Renju Unit, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja jistgħu jkomplu jippermettu l-awtorizzazzjoni ta’ dak itt-tqegħid fis-suq sal-iskadenzi stipulati fl-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-każijiet fejn sustanza tiġi jew ma tiġix approvata.
3. F’każijiet oħra għajr dawk ipprovduti fil-paragrafu 2, ir-Renju Unit, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja jistgħu jkomplu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq sal-31 ta’ Diċembru 2017 sakemm dawk l-Istati Membri jiżguraw, sa mill-1 ta’ Jannar 2015, li l-utenti jkunu attivament infurmati dwar il-ħtieġa immedjata li jiġu implimentati metodi alternattivi għall-għanijiet rilevanti.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja, lir-Renju tal-Olanda, lir-Repubblika tal-Polonja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.
(3) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(4) ĠU L 38, 11.2.2012, p. 48.
ANNESS
L-użi li l-Istati Membri elenkati hawn taħt jistgħu jippermettu, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet tal- Artikolu 1
|
Ir-Renju Unit |
Spanja |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Il-Polonja |
It-tip ta’ prodott 2: Għall-kontroll tal-Legionella f’ilma għall-użu tal-bniedem, bħal l-ilma tal-banju u għad-doċċa |
Iva |
Iva |
|
Iva |
It-tip ta’ prodott 5: Għall-kontroll tal-Legionella fl-ilma tax-xorb |
Iva |
Iva |
Iva |
|
It-tip ta’ prodott 11: Għall-kontroll tal-Legionella f’torrijiet tat-tkessiħ |
|
Iva |
Iva |
Iva |
It-tip ta’ prodott 11: Għall-prevenzjoni tat-tkabbir ta’ organiżmi f’pajpijiet tal-ilma fuq pjattaformi offshore taż-żejt u l-gass |
|
|
Iva |
|