Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1279

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1279/2013 tad- 9 ta’ Diċembru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceto balsamico tradizionale di Reggio Emilia (DPO)]

    ĠU L 332, 11.12.2013, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1279/oj

    11.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1279/2013

    tad-9 ta’ Diċembru 2013

    li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceto balsamico tradizionale di Reggio Emilia (DPO)]

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Aceto balsamico tradizionale di Reggio Emilia”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 813/2000 (2).

    (2)

    Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (3).

    (3)

    Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għall-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emenda għall-ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Dacian CIOLOȘ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 5.

    (3)  ĠU C 172, 18.6.2013, p. 8.


    ANNESS

    Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

    Klassi 1.8.   Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar; eċċ.)

    L-ITALJA

    Aceto balsamico tradizionale di Reggio Emilia (DPO)


    Top