Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1140

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1140/2013 tat- 12 ta’ Novembru 2013 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Riz de Camargue (IĠP)]

ĠU L 303, 14.11.2013, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1140/oj

14.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1140/2013

tat-12 ta’ Novembru 2013

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Riz de Camargue (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Riz de Camargue” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2000 (2).

(2)

Peress li l-emendi inkwistjoni mhumiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) kif meħtieġ bl-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emendi fl-ispeċifikazzjoni għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni li tinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament huma hawnhekk approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 133, 6.6.2000, p. 19.

(3)  ĠU L 127, 4.5.2013, p. 17.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski u pproċessati

FRANZA

Riz de Camargue (IĠP)


Top