Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1220

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1220/2012 tat- 3 ta’ Diċembru 2012 dwar miżuri relatati mal-kummerċ sabiex tkun garantita l-provvista ta’ ċerti prodotti tas-sajd lill-proċessuri tal-Unjoni mill-2013 sal-2015, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 104/2000 u (UE) Nru 1344/2011

ĠU L 349, 19.12.2012, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015: This act has been changed. Current consolidated version: 22/12/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1220/oj

19.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1220/2012

tat-3 ta’ Diċembru 2012

dwar miżuri relatati mal-kummerċ sabiex tkun garantita l-provvista ta’ ċerti prodotti tas-sajd lill-proċessuri tal-Unjoni mill-2013 sal-2015, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 104/2000 u (UE) Nru 1344/2011

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-provvista tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd bħalissa tiddipendi fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar 15-il sena l-Unjoni saret aktar dipendenti fuq l-importazzjonijiet biex tissodisfa l-konsum tagħha tal-prodotti tas-sajd. Ir-rata ta’ awtosuffiċjenza tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd naqset minn 57 % għal 38 %. Sabiex ma jipperikolawx il-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodotti tas-sajd u sabiex tiġi żgurata provvista adegwata għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, id-dazji doganali għandhom jiġu sospiżi parzjalment jew totalment għal għadd ta’ prodotti fil-kwoti tariffarji ta’ volum xieraq. Għandha titqies ukoll is-sensittività ta’ prodotti tas-sajd individwali fis-suq tal-Unjoni biex ikunu ggarantiti kondizzjonijiet ekwi għall-produtturi tal-Unjoni.

(2)

Taħt ir-Regolament (KE) Nru 1062/2009 (1), il-Kunsill fetaħ u pprovda għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu mill-2010 sal-2012. Minħabba li l-perjodu tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012, huwa importanti li r-regoli rilevanti li jinsabu fih jiġu riflessi fil-perjodu mill-2013 sal-2015.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (2) qed jiġi rieżaminat fil-kuntest tar-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd. Dak ir-Regolament jistabbilixxi sospensjonijiet ta’ tariffi doganali għal ċerti prodotti tal-ħut prodotti. Sabiex is-sistema ssir aktar koerenti u jiġu ssimplifikati l-proċeduri tal-preferenzi awtonomi tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd, għandhom jiġu stabbiliti għadd ta’ kwoti tariffarji awtonomi li jissostitwixxu dawk is-sospensjonijiet, u r-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. Il-kwoti tariffarji awtonomi l-ġodda għandhom ikunu ta’ volum suffiċjenti sabiex tkun żgurata provvista adwegwata ta’ materja prima tas-sajd għall-Unjoni u biex jkunu garantiti l-previdibbiltà u l-kontinwità tal-importazzjonijiet.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1344/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli, tas-sajd u industrijali (3) fih għadd limitat ta’ sospensjonijiet għall-prodotti tas-sajd. Sabiex is-sistema ssir aktar koerenti u jiġu ssimplifikati l-proċeduri tal-preferenzi awtonomi tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd, għandhom jiġu stabbiliti għadd ta’ kwoti tariffarji awtonomi li jissostitwixxu dawk is-sospensjonijiet. Konsegwentement, ir-Regolament (UE) Nru 1344/2011 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. Il-kwoti tariffarji awtonomi l-ġodda għandhom ikunu ta’ volum suffiċjenti sabiex tkun żgurata provvista adwegwata ta’ materja prima tas-sajd għall-Unjoni u biex jkunu garantiti l-previdibbiltà u l-kontinwità tal-importazzjonijiet.

(5)

Huwa importanti li l-industrija tal-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd tiġi pprovduta bis-sigurtà tal-provvista ta’ materja prima tas-sajd sabiex jiġu permessi t-tkabbir kontinwat u l-investiment, u l-aktar importanti biex hija tkun tista’ tibdel is-sospensjonijiet bi kwoti mingħajr interruzzjoni tal-provvista. Huwa għalhekk xieraq li jsir provvediment, fir-rigward ta’ ċerti prodotti tas-sajd li s’issa għalihom applikaw is-sospensjonijiet, għal sistema li toħloq żieda awtomatika fil-kwoti tariffarji applikabbli taħt ċerti kondizzjonijiet.

(6)

Għandu jiġi żgurat aċċess ugwali u bla interruzzjoni għall-kwoti tariffarji li hawn provvediment għalihom f’dan ir-Regolament, għall-importaturi kollha tal-Unjoni u r-rati stabbiliti għall-kwoti għandhom jiġu applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti kkonċernati fl-Istati Membri kollha sakemm il-kwoti tariffarji jkunu ntużaw.

(7)

Biex tiġi żgurata ġestjoni komuni effikaċi tal-tal-kwoti tariffarji, l-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jiġbdu l-kwantitajiet neċessarji li jikkorrispondu mal-importazzjoni attwali tagħhom mill-ammont tal-kwota. Billi dak il-metodu ta’ ġestjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tikkontrolla r-rata li bihom jintużaw il-kwoti u għandha tinforma l-Istati Membri b’dan.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4) jipprovdi għal sistema ta’ ġestjoni tal-kwota tariffarja li ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti tariffarji miftuħa b’dan ir-Regolament għandhom jiġu mmaniġġjati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri skont dik is-sistema,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Anness huma b’dan sospiżi fi ħdan il-kwoti tariffarji, bir-rati, għal dawk il-perjodi u ammonti fih indikati.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

1.   Mingħajr dewmien bla bżonn, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk, sat-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja rilevanti, 80 % tal-kwota tariffarja annwali, fir-rigward ta’ prodott tas-sajd li għalih japplika dan l-Artikolu skont l-Anness, intużawx. Jekk dak ikun il-każ, il-kwota tariffarja annwali stabbilita fl-Anness għandha tkun meqjusa bħala miżjuda awtomatikament b’20 %. Il-kwota tariffarja annwali miżjuda għandha tkun il-kwota tariffarja applikabbli fir-rigward ta’ dak il-prodott tas-sajd għas-sena kalendarja rilevanti.

2.   Fuq it-talba ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk 80 % tal-kwota tariffarja annwali, fir-rigward ta’ prodott tas-sajd li għalih japplika dan l-Artikolu skont l-Anness, intużawx qabel it-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja rilevanti Jekk dak ikun il-każ, għandu japplika l-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinforma lill-Istati Membri li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 ġew sodisfatti u għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar il-kwota tariffarja applikabbli reċentement fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Għas-sena kalendarja rilevanti ma tista’ tapplika l-ebda żieda oħra għal kwota tariffarja miżjuda skont il-paragrafu 1.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw il-ġestjoni u l-kontroll korretti tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

1.   Fir-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma b’dan imħassra l-Artikolu 28 u l-Anness VI.

2.   Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1344/2011, huma b’dan imħassra l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw il-prodotti tas-sajd skont il-kodiċi TARIC 0302899030, 0302900095, 0303909091, 0305200011, 0305200030, 1604110020, 1604320010, 1605100011 u 1605100019.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SYLIKIOTIS


(1)  ĠU L 291, 7.11.2009, p. 8.

(2)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(3)  ĠU L 349, 31.12.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Deskrizzjoni

Ammont annwali tal-kwota

(f’tunnellati) (*)

Dazju tal-kwota

Perjodu tal-kwota

09.2759

ex 0302 51 10

20

Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus), u ħut tal-ispeċi Boreaogadus saida, minbarra l-fwied u l-bajd, frisk, imkessaħ jew iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

70 000  (8)

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0302 51 90

10

ex 0302 59 10

10

ex 0303 63 10

10

ex 0303 63 30

10

ex 0303 63 90

10

ex 0303 69 10

10

09.2765

ex 0305 62 00

20

Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux imnixxef jew iffumikat, għall-ipproċessar (1)  (2)

2 600

0  %

1.1.2013-31.12.2015

 

25

 

29

ex 0305 69 10

10

09.2776

ex 0304 71 10

10

Merluzz, (Gadus morhua, Gadus macrocephalus), fletti ffriżati u laħam iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

30 000

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0304 71 90

10

ex 0304 95 21

10

ex 0304 95 25

10

09.2761

ex 0304 79 50

10

Blue grenadier (Macruronus spp.), fletti ffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

25 000  (8)

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0304 79 90

11

 

17

ex 0304 95 90

11

 

17

09.2798

ex 0306 16 99

20

Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis, fil-qoxra, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar (1)  (2)  (4)

9 000

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0306 26 90

12

 

92

09.2794

ex 1605 21 90

45

Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar (1)  (2)  (4)

30 000

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 1605 29 00

50

09.2800

ex 1605 21 90

55

Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus jordani, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar (1)  (2)  (4)

2 000

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 1605 29 00

60

09.2802

ex 0306 17 92

10

Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Penaeus jordani, sew fil-qoxra jew le, friski, imkessħin jew ffriżati għall-ipproċessar (1)  (2)

20 000

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0306 27 99

10

09.2760

ex 0303 66 11

10

Marlozz (Merluccius spp. minbarra Merluccius merluccius, Urophycis spp.), u Pink cusk-eel (Genypterus blacodes), iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

12 500

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0303 66 12

10

ex 0303 66 13

10

ex 0303 66 19

11

 

91

ex 0303 89 70

10

09.2774

ex 0304 74 19

10

Marlozz tat-Tramuntana tal-Paċifiku (Merluccius productus), fletti ffriżati u laħam ieħor, għall-ipproċessar (1)  (2)

12 000

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0304 95 50

10

09.2770

ex 0305 63 00

10

Inċova (Engraulis anchoita), immellħa jew fis-salmura, iżda mhux imnixxfa jew iffumikata, għall-ipproċessar (1)  (2)

2 500

0  %

1.1.2013-31.12.2015

09.2788

ex 0302 41 00

10

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), b’piż ta’ aktar minn 100 g kull biċċa jew qatgħat imdendlin (‘flaps’) b’piż li jaqbeż it-80 g kull biċċa, minbarra l-fwied u l-bajd, għall-ipproċessar (1)  (2)

17 500

0  %

1.10.2013-31.12.2013

ex 0303 51 00

10

1.10.2014-31.12.2014

ex 0304 59 50

10

1.10.2015-31.12.2015

ex 0304 86 00

10

ex 0304 99 23

10

09.2792

ex 1604 12 99

1111

Aringi, imħawra u/jew ippriżervati fil-ħall, fis-salmura, ippriżervati fil-btieti ta’ għall-inqas piż mingħajr ilma nett ta’ 70 kg, għall-ipproċessar (1)  (2)

15 000  (7)

6  %

1.1.2013-31.12.2015

09.2790

ex 1604 14 16

21

23

31

33

41

43

91

93

Fletti magħrufa bħala ‘loins’ tat-tonn u tal-palamit, għall-ipproċessar (1)  (2)

22 000

0  %

1.1.2013-31.12.2015

09.2762

ex 0306 11 90

10

Rock lobster u awwist imxewwek ieħor (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ħaj, imkessaħ, iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

200

6  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0306 21 90

10

09.2785

ex 0307 49 59

10

Tubu (‘pod’) (6) ta’ klamari (Ommastrephes spp. - minbarra Ommastrephes sagittatus -, Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati, bil-ġilda u bil-pinen, għall-ipproċessar (1)  (2)

45 000

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0307 99 11

10

09.2786

ex 0307 49 59

20

Klamari (Ommastrephes spp. — minbarra Ommastrephes sagittatus —, Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati sħaħ, jew tentakli u pinen, għall-ipproċessar (1)  (2)

3 000

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0307 99 11

20

09.2777

ex 0303 67 00

10

Pollakkju tal-Alaska (Theragra chalcogramma), iffriżat, fletti ffriżati u laħam iffriżat ieħor, għall-ipproċessar (1)  (2)

350 000  (8)

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0304 75 00

10

ex 0304 94 90

10

09.2772

ex 0304 93 10

10

Surimi, iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

66 000  (8)

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0304 94 10

10

ex 0304 95 10

10

ex 0304 99 10

10

09.2746

ex 0302 89 90

30

Red snapper tan-Nofsinhar (Lutjanus purpureus), frisk, imkessaħ, għall-ipproċessar (1)  (2)

1 650  (8)

0  %

1.1.2013-31.12.2015

09.2748

ex 0302 90 00

95

Bajd iebes tal-ħut, frisk, imkessaħ jew iffriżat, immellaħ jew fis-salmura

11 000  (8)

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0303 90 90

91

ex 0305 20 00

30

09.2750

ex 1604 32 00

10

Bajd iebes tal-ħut, maħsul, imnaddaf mill-organi aderenti u sempliċement immellaħ jew fis-salmura, għall-ipproċessar (1)

6 600  (8)

0  %

1.1.2013-31.12.2015

09.2764

ex 1604 11 00

20

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus spp.), għall-industrija tal-ipproċessar għall-manifattura ta’ pejsts jew pejsts li wieħed jidlek fuq il-ħobż (1)

1 300  (8)

0  %

1.1.2013-31.12.2015

09.2784

ex 1605 10 00

11

19

Granċijiet tal-ispeċi “King” (Paralithodes camchaticus), “Hanasaki” (Paralithodes brevipes), “Kegani” (Erimacrus isenbecki), “Queen” u “Snow” (Chionoecetes spp.), “Red” (Geryon quinquedens), “Rough stone” (Neolithodes asperrimus), Lithodes antarctica, “Mud” (Scylla serrata), “Blue” (Portunus spp.), sempliċiment mgħollijin fl-ilma u mqaxxrin, kemm jekk iffriżati jew le, f’ippakkjar immedjat b’kontenut nett ta’ 2 kg jew aktar

2 750  (8)

0  %

1.1.2013-31.12.2015

09.2778

ex 0304 83 90

21

Ħut ċatt, fletti ffriżati u laħam ieħor tal-ħut iffriżat (Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus, Limanda ferruginea, Lepidopsetta polyxstra) għall-ipproċessar (1)  (2)

5 000

0  %

1.1.2013-31.12.2015

ex 0304 99 99

65


(*)  Espress f’piż nett, ħlief fejn speċifikat mod ieħor.

(1)  Il-kwota hija suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93).

(2)  Il-kwota mhijiex disponibbli għal prodotti maħsuba biss għal waħda jew aktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:

tindif, tneħħija tal-ġewwieni, qtugħ tad-dnub, qtugħ tal-irjus,

tqattigħ (għajr tqattigħ f’biċċiet żgħar, fi fletti, il-produzzjoni ta’ qatgħat, tqattigħ ta’ blokki ffriżati jew qsim ta’ blokki ta’ fletti bil-friża b’fuljata bejniethom),

ippakkjar mill-ġdid ta’ fletti ffriżati tal-IQF,

teħid ta’ kampjuni, għażla skont il-gruppi,

tikkettjar,

pakkeġġ,

tkessiħ,

friżar,

friżar qawwi (“deep freezing”),

tneħħija tal-friża, separazzjoni.

Il-kwota mhijiex disponibbli għal prodotti maħsuba għal trattament jew operazzjonijiet li jikkonferixxi/u intitolament għal kwota, fejn tali trattament jew operazzjonijiet isir(u) fuq il-livell tal-bejgħ lill-konsumatur jew tal-forniment tal-ikel. Il-kwota hija disponibbli biss għal prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(3)  Prodotti taħt il-kodiċijiet NM 0306 11 90 (il-kodiċi TARIC 10) u 0306 21 90 (il-kodiċi TARIC 10) għandhom, minkejja n-nota tal-qiegħ (2), jikkwalifikaw għall-kwota jekk jgħaddu minn operazzjoni waħda, jew it-tnejn li huma, minn dawn li ġejjin: il-qsim tal-prodott iffriżat, it-trattament tal-prodott iffriżat bis-sħana sabiex ikun jista’ jitneħħa l-ħmieġ intern.

(4)  Prodotti taħt il-kodiċijiet NM 1605 21 90 (il-kodiċijiet TARIC 45 u 55) u 1605 29 00 (il-kodiċijiet TARIC 50 u 60) għandhom, minkejja n-nota tal-qiegħ (2), jikkwalifikaw għall-kwota jekk jgħaddu mill-operazzjoni li wieħed jgħaddi l-gambli u l-gambli kbar mit-trattament tal-ipproċessar b’gassijiet tal-imballaġġ kif definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (5).

(5)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(6)  Il-ġisem ta’ ċefalopidi jew il-klamari mingħajr ir-ras u mingħajr it-tentakoli.

(7)  Espress f’piż nett mingħajr ilma.

(8)  Japplika l-Artikolu 3.


Top