Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0762

    2012/762/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8889) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 336, 8.12.2012, p. 94–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/762/oj

    8.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 336/94


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta’ Diċembru 2012

    li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces

    (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8889)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2012/762/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar it-tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (4), tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera approvati bi qbil mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    In-nota (15) tar-rimarki speċjali fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tirreferi għall-validità tal-approvazzjoni provviżorja għall-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Marseille Port sa ma jaslu fi tmiemhom ix-xogħlijiet għat-titjib ta’ dawk il-faċilitajiet biex jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti stipulati fil-leġislazzjoni tal-Unjoni. L-approvazzjoni provviżorja kienet valida sal-1 ta’ Lulju 2012. Franza għarrfet lill-Kummissjoni li x-xogħlijiet ġew finalizzati u li ċ-ċentru ta’ spezzjoni Hangar 23 ilu jaħdem mill-1 ta’ Lulju 2012. In-nota (15) tar-rimarki speċjali fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għalhekk titħassar u l-annotazzjoni dwar l-ispezzjoni fl-fruntiera ta’ Marseille Port għandha tiġi emendata skont dan. Għall-finijiet ta’ ċertezza legali, dawk l-emendi għandhom japplikaw retroattivament.

    (3)

    Wara komunikazzjoni mid-Danimarka, Spanja, Franza, l-Italja, is-Slovakkja u r-Renju Unit, l-annotazzjonijiet għall-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera f’dawk l-Istati Membri għandhom jiġu emendati fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (4)

    Il-Ġermanja kkomunikat li l-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta’ Stuttgart għandu jitħassar mil-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru. Għalhekk, il-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (5)

    Is-servizz ta’ verifika tal-Kummissjoni (li qabel kien magħruf bħala s-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni), l-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju, wettaq verifika fi Spanja, wara li għamel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lil dak l-Istat Membru. Spanja kkomunikat li ċ-ċentru ta’ Spezzjoni “Laxe” fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ A Coruña-Laxe, il-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruporti ta’ Cuidad Real u Sevilla, iċ-ċentru ta’ Spezzjoni “Puerto Exterior” fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera f’Huelva u ċ-ċentru ta’ Spezzjoni “Protea Productos del Mar” fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Marín għandhom jiġu sospiżi temporanjament. Għalhekk, l-annotazzjonijiet għal dawk il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntieri stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

    (6)

    L-Italja kkomunikat li l-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta’ Ancona għandu jiġi mħassar mil-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru. Għalhekk, il-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (7)

    Wara komunikazzjoni mil-Latvja, is-sospensjoni temporanja tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera f’Patarnieki għandha titneħħa u għalhekk l-annotazzjoni relevanti għal dak l-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (8)

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, l-unitajiet reġjonali u l-unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

    (9)

    Wara komunikazzjoni mill-Ġermanja u l-Italja, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista tal-unitajiet reġjonali u lokali fi Traces għal dawn l-Istati Membri, stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (10)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (11)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    L-emendi stipulati fil-punti (1)(a) u 1(e)(ii) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2012.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

    (3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

    (4)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.


    ANNESS

    L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    in-nota (15) tar-rimarki speċjali hija mħassra;

    (b)

    fil-parti li tikkonċerna d-Danimarka, l-annotazzjoni għall-ajruport ta’Kopenħagen hija sostitwita b’dan li ġej:

    “København

    DK CPH 4

    A

    Ċentru 1

    NHC(2)

     

    Ċentru 3

     

    U, E, O

    Ċentru 4

    HC(2)”

     

    (c)

    fil-parti li tikkonċerna l-Ġermanja, l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Stuttgart hija mħassra;

    (d)

    il-parti li tikkonċerna lil Spanja hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ A Coruña-Laxe hija sostitwita b’dan li ġej:

    “A Coruña-Laxe

    ES LCG 1

    P

    A Coruña

    HC, NHC

     

    Laxe (*)

    HC (*)”

     

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Ciudad Real hija sostitwita b ‘dan li ġej:

    “Ciudad Real (*)

    ES CQM 4

    A

     

    HC(2) (*), NHC(2) (*)”

     

    (iii)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Huelva hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Huelva

    ES HUV 1

    P

    Puerto Interior

    HC-T(FR)(2), HC-T(CH)(2)

     

    Puerto Exterior (*)

    NHC-NT (*)”

     

    (iv)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Marín hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Marín

    ES MAR 1

    P

     

    HC, NHC-T(FR), NHC-NT

     

    Protea Productos del Mar (*)

    HC-T(FR)(3) (*)”

     

    (v)

    l-annotazzjonijiet għall-ajruport u l-port ta’ Sevilla huma sostitwiti b’ dan li ġej:

    “Sevilla (*)

    ES SVQ 4

    A

     

    HC(2) (*), NHC(2) (*)

    O (*)

    Sevilla

    ES SVQ 1

    P

     

    HC(2), NHC(2)”

     

    (vi)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Vigo hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Vigo

    ES VGO 1

    P

    T.C. Guixar

    HC, NHC-T(FR), NHC-NT

     

    Frioya

    HC-T(FR)(2)(3)

     

    Frigalsa

    HC-T(FR)(2)(3)

     

    Pescanova

    HC-T(FR)(2)(3)

     

    Puerto Vieira

    HC-T(FR)(2)(3)

     

    Fandicosta

    HC-T(FR)(2)(3)

     

    Frig. Morrazo

    HC-T(FR)(3)”

     

    (vii)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Villagarcía-Ribeira-Caramiñal hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Vilagarcía-Ribeira-Caramiñal

    ES RIB 1

    P

    Vilagarcía

    HC, NHC

     

    Ribeira

    HC-T(FR)(3)

     

    Caramiñal

    HC-T(FR)(3)”

     

    (e)

    il-parti li tikkonċerna lil Franza hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Le Havre hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Le Havre

    FR LEH 1

    P

    Route des Marais

    HC-T(1), HC-NT, NHC

     

    Dugrand

    HC-T(FR)(1)(2)

     

    EFBS

    HC-T(1)(2)

     

    Fécamp

    HC-NT(6), NHC-NT(6)”

     

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Marseille Port hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Marseille Port

    FR MRS 1

    P

    Hangar 14

     

    E

    Hangar 23

    HC-T(1)(2), HC-NT(2)”

     

    (iii)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Nizza hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Nizza

    FR NCE 4

    A

     

    HC-T(CH)(1)(2), NHC-NT(2)

    O(14)”

    (f)

    il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’Ancona titħassar;

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Roma-Fiumicino hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Roma-Fiumicino

    IT FCO 4

    A

    Nuova Alitalia

    HC(2), NHC-NT(2)

    O(14)

    FLE

    HC(2), NHC(2)

     

    Isola Veterinaria ADR

     

    U, E, O”

    (g)

    fil-parti li tikkonċerna l-Latvja, l-annotazzjoni għat-triq f’Patarnieki hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Patarnieki

    LV PAT 3

    R

    IC 1

    HC, NHC-T(CH), NHC-NT

     

    IC 2

     

    U, E, O”

    (h)

    fil-parti li tikkonċerna lis-Slovakkja, l-annotazzjoni għat-triq f’Vyšné Nemecké hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Vyšné Nemecké

    SK VYN 3

    R

    IC 1

    HC, NHC

     

    IC 2

     

    U, E, O”

    (i)

    fil-parti li tikkonċerna r-Renju Unit, l-annotazzjoni għall-port ta’ Falmouth hija sostitwita b ‘dan li ġej:

    “Falmouth

    GB FAL 1

    P

     

    HC-T(1)(3), HC-NT(1)(3)”

     

    (2)

    L-Anness II huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE17413 ROSTOCK” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “DE17413

    ROSTOCK, LANDKREIS”

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE16713 NORDWEST” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “DE16713

    NORDWESTMECKLENBURG”

    (b)

    il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali “IT00013 ABRUZZO” huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “IT00213

    LANCIANO-VASTO-CHIETI

    IT00413

    AVEZZANO-SULMONA-L’AQUILA

    IT00513

    PESCARA

    IT00613

    TERAMO”

    (ii)

    l-annotazzjonijiet li ġejjin għall-unità reġjonali “IT00017 BASILICATA” huma mħassra:

    “IT00317

    LAGONEGRO

    IT00517

    MONTALBANO JONICO

    IT00117

    VENOSA”

    (iii)

    l-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali “IT00015 CAMPANIA” huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “IT00115

    AVELLINO

    IT00315

    BENEVENTO

    IT00415

    CASERTA

    IT00615

    NAPOLI 1 CENTRO

    IT00915

    NAPOLI 2 NORD

    IT01015

    NAPOLI 3 SUD

    IT01115

    SALERNO”

    (iv)

    l-annotazzjonijiet li ġejjin għall-unità reġjonali “IT00008 EMILIA-ROMAGNA” jitħassru:

    “IT00708

    BOLOGNA NORD

    IT00508

    BOLOGNA SUD”

    (v)

    l-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali “IT00011 MARCHE” huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “IT0711

    A.S.U.R. ANCONA”

    (vi)

    l-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali “IT00014 MOLISE” huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “IT00314

    A.S.R.E.M.”

    (vii)

    l-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali “IT00016 PUGLIA” huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “IT00116

    BAT

    IT00216

    BA

    IT00616

    BR

    IT00716

    FG

    IT01016

    LE

    IT01216

    TA”

    (viii)

    l-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali “IT00019 SICILIA” huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “IT00119

    ASP - AGRIGENTO

    IT00219

    ASP - CALTANISETTA

    IT00319

    ASP - CATANIA

    IT00419

    ASP - ENNA

    IT00519

    ASP – MESSINA

    IT00619

    ASP – PALERMO

    IT00719

    ASP – RAGUSA

    IT00819

    ASP – SIRACUSA

    IT00919

    ASP – TRAPANI”

    (ix)

    l-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali “IT00004 TRENTINO-ALTO ADIGE” huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “IT00141

    A.S. DELLA P.A. DI BOLZANO

    IT00542

    TRENTO”

    (x)

    l-annotazzjoni li ġejja għall-unità reġjonali “IT00010 UMBRIA” titħassar:

    “IT00510

    TERNI”

    (xi)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “IT00102 VALLE D’AOSTA” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “IT00102

    AOSTA”

    (xii)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “IT01505 ALTA PADOVANA” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “IT01505

    CITTADELLA”

    (xiii)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “IT01705 CONSELVE” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “IT01705

    ESTE MONSELICE MONTAGNANA”

    (xiv)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “IT00305 MAROSTICA” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “IT00305

    BASSANO DEL GRAPPA”

    (xv)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “IT02205 VILLAFRANCA” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “IT02205

    BUSSOLENGO


    Top