This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0468
2012/468/EU: Commission Implementing Decision of 7 August 2012 amending Implementing Decision 2012/262/EU amending Decision 2008/589/EC establishing a specific control and inspection programme related to the cod stocks in the Baltic Sea
2012/468/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/262/UE li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku
2012/468/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/262/UE li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku
ĠU L 212, 9.8.2012, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32012D0262 | Sostituzzjoni | artikolu 1.3 | 10/08/2012 |
|
9.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 212/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Awwissu 2012
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/262/UE li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku
(2012/468/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/589/KE (2) stabbilixxiet programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni applikabbli għal perjodu ta’ erba’ snin sabiex tiżgura l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan multiannwali stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (3). |
|
(2) |
Biex tindirizza l-iżball klerikali li seħħ matul il-proċedura ta’ adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/262/UE (4), u konsegwentament biex id-Deċiżjoni tinġieb konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, it-test “jew għandhom il-probabbiltà li jkunu impenjati” għandu jitħassar mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/262/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni ġew stabbiliti flimkien mal-Istati Membri kkonċernati. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/262/UE għandu jinbidel b’dan li ġej:
“3. L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:
‘Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
“3.1. Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jkopri l-kontroll u l-ispezzjoni ta’:
|
(a) |
attivitajiet ta’ sajd minn bastimenti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 u minn bastimenti tas-sajd ta’ kull tip ta’ tul impenjati fil-qbid tas-salamun; |
|
(b) |
l-attivitajiet relatati kollha, inklużi l-iżbark, l-użin, il-kummerċjalizzazzjoni, it-trasport u l-ħżin tal-prodotti tas-sajd u r-reġistrazzjoni tal-ammonti mħatta l-art u mibjugħa. |
2. Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu japplika għal ħames snin.’ ”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 190, 18.7.2008, p. 11.