This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0797
2011/797/EU: Commission Implementing Decision of 30 November 2011 establishing the financial contribution by the Union to the expenditure incurred in the context of the emergency measures taken to combat Newcastle disease in Spain in 2009 (notified under document C(2011) 8717)
2011/797/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8717)
2011/797/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8717)
ĠU L 320, 3.12.2011, p. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 320/43 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Novembru 2011
li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8717)
(It-test Spanjol biss huwa awtentiku)
(2011/797/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, qabel ma jsir l-impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandha tittieħed deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarju tal-Unjoni għall-miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-marda ta’ Newcastle malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ din id-Deċiżjoni jistipula r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri. |
(3) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta' Frar 2005 li jistabilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), jistabbilixxi r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Unjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/208/UE tal-1 ta' April 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009 (3), ikkonċediet, fost affarijiet oħra, li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza biex tiġi miġġielda l-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009. Fil-31 ta’ Mejju 2011, Spanja bagħtet talba uffiċjali għar-rimborż, kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
(5) |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati jkunu fil-fatt ġew implimentati u li l-awtoritajiet ikunu pprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fl-iskadenzi stipulati. |
(6) |
B’konformità mal-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u mingħajr dewmien, Spanja infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li ġew applikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħhom. Kif mitlub mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005, it-talba għar-rimborż intbagħtet flimkien ma’ rapport finanzjarju, ma’ dokumenti ta’ sostenn, rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment fejn l-annimali ġew imbiċċra jew meqruda u r-riżultati tal-awditjar rispettivi. |
(7) |
L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lil Spanja fl-20 ta’ Ottubru 2011. Spanja qablet permezz ta’ e-Mail datata l-20 ta’ Ottubru 2011. |
(8) |
B’riżultat ta’ dan, l-ammont totali tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba b’rabta mal-qerda tal-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009 jista’ issa jiġi stabbilit. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009 hija stabbilita għal EUR 103 219,22.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.