Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0795

    2011/795/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-marda vexxikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2009 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8715)

    ĠU L 320, 3.12.2011, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/795/oj

    3.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 320/39


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-30 ta’ Novembru 2011

    li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-marda vexxikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2009

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8715)

    (It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

    (2011/795/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 3(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, qabel ma jittieħed impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandha tkun ittieħdet deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-marda vexxikulari tal-ħnieżer malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-Artikolu 3(6) l-ewwel inċiż ta’ dik id-Deċiżjoni jistipula r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (2) jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. L-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/143/UE tal-5 ta’ Marzu 2010 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-marda vessikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2009 (3) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Italja għall-ispejjeż imġarrba għall-qerda tal-marda vexxikulari tal-ħnieżer.

    (5)

    Fit-3 u l-4 ta’ Mejju 2010, l-Italja ressqet talba uffiċjali għar-rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. Il-konklużjonijiet finali tal-Kummissjoni ġew ikkomunikati lill-Italja permezz ta’ e-Mail datata fid-29 ta’ Ġunju 2011. L-Itaja qablet permezz ta’ e-Mail datata fit-23 ta’ Awwissu 2011.

    (6)

    Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

    (7)

    L-awtoritajiet Taljani ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

    (8)

    Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-marda vexxikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2009 għandu issa jiġi stabbilit.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-marda vexxikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2009 hija stabbilita għal EUR 93 998,39. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

    (2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

    (3)  ĠU L 56, 6.3.2010, p. 12.


    Top