Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0008

    2011/8/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2011) 70) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 6, 11.1.2011, p. 15–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/8(1)/oj

    11.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 6/15


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta’ Jannar 2011

    rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 70)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/8/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 9(3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Instab każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’ħanżir selvaġġ fir-reġjun ta’ Burgas fix-Xlokk tal-Bulgarija f’żona ta’ sorveljanza rinforzata mal-fruntiera tat-Turkija.

    (2)

    Il-qagħda fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija tista’ tipperikola l-merħliet fl-Istati Membri l-oħra, fid-dawl tal-kummerċ ta’ annimali bijungulati ħajjin u tat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti tagħhom.

    (3)

    Il-Bulgarija ħadet il-miżuri fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (3) (‘id-Direttiva’), partikolarment il-miżuri previsti fl-Artikolu 85(4) ta’ dik id-Direttiva u dettaljati fl-Anness XVIII tagħha.

    (4)

    It-territorju sħiħ tal-Bulgarija huwa suġġett għar-restrizzjonijiet tal-Artikoli 2, 4, 5, 6, 8b u 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (4). Madankollu, billi hija elenkata fil-Parti II tal-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Bulgarija, f’ċerti kundizzjonijiet sanitarji, tista’ tibgħat laħam tal-majjal frisk u preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti li jsiru minn dan il-laħam.

    (5)

    Minħabba l-qagħda tal-marda fil-Bulgarija jeħtieġ li jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fil-Bulgarija għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

    (6)

    Huwa xieraq li jiġu ddefiniti bħala miżura permanenti ż-żoni ta’ riskju għoli u baxx fl-Istati Membri affettwati u li tiġi prevista l-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ annimali suxxettibbli miż-żoni ta’ riskju għoli u baxx u fuq id-dispaċċ ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali suxxettibbli fiż-żona ta’ riskju għoli. Id-Deċiżjoni għandha wkoll tistipula r-regoli applikabbli għad-dispaċċ minn dawk iż-żoni ta’ prodotti sikuri li jew kienu prodotti qabel ir-restrizzjonijiet, minn materja prima li oriġinat minn barra ż-żoni ristretti jew li għaddew minn trattament li kien ippruvat effettiv f’li jinattiva l-possibilità tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

    (7)

    Id-daqs taż-żoni definiti ta’ riskju huwa funzjoni diretta tar-riżultat minn traċċar ta’ kuntatti possibbli ma’ azjenda infettata u jagħti kas tal-possibilità li jkunu implimentati kontrolli suffiċjenti fuq iċ-ċaqliq ta’ annimali u prodotti. F’dan il-waqt u fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta mill-Bulgarija, ir-reġjun sħiħ ta’ Burgas għandu jibqa’ żona ta’ riskju għoli għalissa.

    (8)

    Il-projbizzjoni tad-dispaċċ għandha tkopri biss prodotti li ġejjin minn annimali ta’ speċi suxxettibbli li ġejjin minn jew inkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni ta’ riskju għoli elenkati fl-Anness I u ma għandhiex teffettwa t-tranżitu minn dawn iż-żoni ta’ prodotti bħal dawn li jkunu ġejjin minn jew inkisbu minn annimali li joriġinaw f’żoni oħra.

    (9)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (5), tirrigwarda problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u suwini.

    (10)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE (6), tirrigwarda kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju fl-animali ovini u kaprini.

    (11)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għar-rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali stipulati f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (7), tirrigwarda, fost l-oħrajn, il-kummerċ ta’ bijungulati oħra u fis-semen, l-ova u l-embrijuni tan-nagħaġ u l-mogħoż, u tal-embrijuni ta’ annimali porċini.

    (12)

    Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (8) jirrigwarda, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ laħam frisk, laħam ikkapuljat, laħam separat mekkanikament, preparati tal-laħam, laħam tal-kaċċa minn stabbilimenti agrikoli, inklużi stonkujiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren ittrattati, u prodotti tal-ħalib.

    (13)

    Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (9) jirrigwarda, fost l-oħrajn, l-immarkar sanitarju ta’ ikel ta’ oriġini mill-annimali.

    (14)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (10) tistipula t-trattament speċifiku tal-prodotti tal-laħam li jiżgura l-inattivazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali.

    (15)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/304/KE tal-11 ta’ April 2001 dwar il-marki u l-użu ta’ ċerti prodotti tal-annimali skont id-Deċiżjoni 2001/172/KE dwar miżuri ta’ ħarsien kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (11) tirrigwarda marka sanitarja speċifika li għandha tkun applikata għal ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għandhom ikunu ristretti għas-suq nazzjonali. Huwa xieraq li jiġu stipulati f’Anness separat marki simili fil-każ ta’ marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija.

    (16)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (12) tistipula r-rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE.

    (17)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (13) jipprovdi għal firxa ta’ trattamenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li huma tajbin biex jiddiżattivaw il-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

    (18)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE (14) tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen iffriżat ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini.

    (19)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE (15) tirrigwarda kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina.

    (20)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE (16) tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi porċina.

    (21)

    Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina (17).

    (22)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KEE tas-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (18) tipprovdi għal mekkaniżmu biex ikunu kkumpensati azjendi effettwati għal telf li jkun sar b’riżultat ta’ miżuri ta’ kontroll tal-marda.

    (23)

    Sa fejn prodotti mediċinali definiti fid-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward prodotti medicinali veterinarji (19), id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Knusll tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali għal użu uman (20), u d-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati mal-implimentazzjoni ta’ prattika klinika tajba fil-mod kif isiru l-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għal użu uman (21) ma għadhomx jaqgħu aktar fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma għandhom ikunu esklużi minn restrizzjonijiet marbuta mas-saħħa tal-annimali stabbiliti minn din id-Deċiżjoni.

    (24)

    L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 rigward listi ta’ annimali u prodotti soġġetti għal kontrolli f’postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE (22) jistipula deroga mill-iċċekkjar veterinarju għal ċerti prodotti li jkollhom prodotti tal-annimali. Huwa xieraq li jitħalla jsir dispaċċ miż-żoni ta’ riskju għoli ta’ prodotti bħal dawn skont sistema ta’ ċertifikazzjoni simplifikata.

    (25)

    L-Istati Membri barra l-Bulgarija għandhom jappoġġjaw il-miżuri ta’ kontroll tal-marda li jsiru fiż-żoni affettwati billi jiżguraw li annimali suxxettibbli ħajjin ma jkunux konsenjati lil dawk iż-żoni.

    (26)

    Sabiex tinftiehem aħjar il-qagħda epidemjoloġika u sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvelar ta’ infezzjoni possibbli, jeħtieġ li jkun infurzat moratorju prolongat għall-bhejjem fl-Istat Membru kkonċernat filwaqt li tingħata l-possibilità għat-tbiċċir u t-trasport ta’ equidae taħt kondizzjonijiet kontrollati.

    (27)

    Sakemm jiltaqa l-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u f’kollaborazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tiegħu miżuri interim ta’ ħarsien marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija.

    (28)

    Il-qagħda għandha tiġi eżaminata mill-ġdid fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali skedata għall-11-12 ta’ Jannar 2011, u l-miżuri għandhom jiġu adattati fejn ikun meħtieġ.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Annimali ħajjin

    1.   Mingħajr ħsara għall-miżuri meħuda mill-Bulgarija fil-qafas ta’

    (a)

    id-Direttiva 2003/85/KE, u partikolarment dawk tal-Artikolu 85(4) ta’ dik id-Direttiva u ddettaljati fl-Anness XVIII tagħha, u

    (b)

    l-Artikoli 2 u 4 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE

    Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu jiġu sodisfatti.

    2.   Ebda annimal ħaj tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra ma għandu jiċċaqlaq bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II.

    3.   Ebda annimal ħaj tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra ma jintbagħat minn jew ikun imċaqlaq bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II.

    4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw it-tranżitu dirett u bla interruzzjoni ta’ annimali bijungulati bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II f’toroq prinċipali u f’linji tal-ferroviji.

    5.   Iċ-ċertifikati tas-saħħa, kif previsti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-annimali bovini ħajjin u, mingħajr ħsara għall-Artikoli 8b u 9 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, għall-annimali porċini u fid-Direttiva 91/68/KEE għall-annimali ovini u kaprini ħajjin, annimali supplementari mibgħuta minn partijiet tat-territorju tal-Bulgarija li mhumiex elenkati fl-Anness I u l-Anness II lil Stati Membri oħra għandu jkun fihom il-kliem li ġejjin:

    “Annimali konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/UE tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*).

    6.   Iċ-ċertifikati tas-saħħa li jakkumpanjaw il-bijungulati, għajr dawk koperti biċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 5, mibgħuta minn partijiet tat-territorju tal-Bulgarija li mhumiex elenkati fl-Anness I u l-Anness II lil Stati Membri oħra għandu jkun fihom il-kliem li ġejjin:

    ‘Biungulati ħajjin konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (**).

    7.   Annimali akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 6 jistgħu biss jiċċaqilqu lejn Stati Membri oħra jekk l-awtorità veterinarja lokali fil-Bulgarija tkun innotifikat, tlitt ijiem qabel iċ-ċaqliqa, lill-awtoritajiet ċentrali u lokali fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

    8.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw it-trasport ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer mill-azjenda li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness II għal biċċerija li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Laħmijiet

    1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘laħmijiet’ jinkludu ‘laħam frisk’, ‘laħam ikkapuljat’, ‘laħam separat mekkanikament’ u ‘preparati tal-laħam’ kif definiti fil-punti 1.10, 1.13, 1.14 u 1.15 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

    2.   Il-Bulgarija ma għandhirx tibgħat laħmijiet tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina jew porċina u bijungulati oħra li ġejjin jew li nkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

    3.   Laħmijiet li mhumiex eliġibbli biex jintbagħtu mill-Bulgarija skont din id-Deċiżjoni għandhom ikunu mmarkati skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), tad-Direttiva 2002/99/KE jew skodn l-Anness IV.

    4.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal laħmijiet li jkollhom marka tas-saħħa fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004, sakemm:

    (a)

    il-laħam ikun identifikat b’mod ċar, u li kien trasportat u maħżun mid-data tal-produzzjoni separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli, skont din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

    (b)

    il-laħam ikun konformi ma’ waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    inkiseb qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni; jew

    (ii)

    ikun ġej minn annimali mrobbija għal mill-inqas 90 jum, jew minn twelidhom jekk għandhom età ta’ inqas minn 90 jum, qabel il-id-data ta’ tbiċċir u li tbiċċru, jew fil-każ ta’ laħam li nkiseb minn annimali selvaġġi ta’ speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer (‘annimali selvaġġi’) li tbiċċru, lil hinn miż-żoni elenkati fl-Annessi I u II; jew

    (iii)

    li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (c), (d) u (e);

    (c)

    il-laħam inkiseb minn ungulati domestiċi jew minn annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet ta’ speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer (’annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet’), kif speċifikat għall-kategorija rispettiva ta’ laħam f’kolonna waħda xierqa mill-kolonni 4 sa 7 fl-Anness III, u jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    l-annimali trabbew għal mill-inqas 90 jum qabel id-data ta’ tbiċċir, jew minn twelidhom jekk għandhom età ta’ inqas minn 90 jum, f’azjendi li jinsabu fi ħdan iż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 tal-Anness III, fejn ma kien hemm l-ebda tfaqqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul mill-inqas 90 jum qabel id-data ta’ tbiċċir;

    (ii)

    matul il-21 jum qabel id-data ta’ trasport lejn il-biċċerija, jew fil-każ ta’ annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet qabel id-data ta’ tbiċċir fir-razzett, l-annimali baqgħu taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji kompetenti f’azjenda waħda li tinsab fiċ-ċentru ta’ ċirku li għandu raġġ ta’ mill-inqas 10 km madwar l-azjenda, fejn ma kien hemm l-ebda tfaqqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul mill-inqas 30 jum qabel id-data ta’ kunsinna;

    (iii)

    l-ebda annimali ta’ speċi suxxettibli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma kien introdott fl-azjenda msemmija fil-punt (ii) matul il-21 jum qabel id-data ta’ kunsinna, jew fil-każ ta’ annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet qabel id-data ta’ tbiċċir fir-razzett, minbarra fil-każ ta’ ħnieżer li ġejjin minn azjenda ta’ forniment li tikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (ii), li f’dan il-każ il-perjodu ta’ 21 jum jista’ jitnaqqas għal 7 ti-jiem;

    Minkejja dan, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-introduzzjoni fl-azjenda msemmija fil-punt (ii) ta’ annimali ta’ speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (i) u (ii) u li

    ġejjin minn azjenda fejn l-ebda annimali ta’ speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma kien introdott matul il-21 jum qabel id-data ta’ trasport lejn l-azjenda msemmija fil-punt (ii), ħlief fil-każ ta’ ħnieżer li ġejjin minn azjenda ta’ forniment li f’dan il-każ il-perjodu ta’ 21 jum jista’ jitnaqqas għal 7 t ijiem; jew

    kienu soġġetti b’riżultati negattivi għal test għall-antikorpi kontra l-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer imwettaq fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien 10t ijiem qabel id-data ta’ trasport lejn l-azjenda msemmija fil-punt (ii); jew

    li ġejjin minn azjenda li kienet soġġetta b’riżultat negattiv għal servej serjoloġiku skont protokoll ta’ teħid ta’ kampjuni adattat sabiex jiżvela 5 % prevalenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer b’mill-inqas 95 % livell ta’ kunfidenza;

    (iv)

    l-annimali jew, fil-każ ta’ annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet li tbiċċru fir-razzett, il-karkassi ġew trasportati taħt kontroll uffiċjali f’mezz tat-trasport li tnaddfu u li ġew diżinfettati qabel il-kunsinna mill-azjenda msemmija fil-punt (ii) lejn il-biċċerija eletta;

    (v)

    l-annimali tbiċċru f’inqas minn 24 siegħa wara l-ħin ta’ wasla fil-biċċerija u separatament minn annimali li laħamhom mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żona elenkata fl-Anness I;

    (d)

    il-laħam, jekk immarkat b’mod pożittiv fil-kolonna 8 tal-Anness III, inkiseb minn annimali selvaġġi, li nqatlu f’żoni fejn ma kien hemm l-ebda tfaqqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas perjodu ta’ 90 jum qabel id-data tal-qatla u f’distanza ta’ mill-inqas 20 km miż-żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 tal-Anness III;

    (e)

    Laħam imsemmi fil-punti (c) u (d) irid ukoll jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    id-dispaċċ ta’ laħam tali għandu jkun awtorizzat biss mill-awtorità veterinarja kompetenti tal-Bulgarija, jekk

    l-annimali msemmija fil-punt (c)(iv) kienu ttrasportati lejn l-istabbiliment mingħajr kuntatt ma’ azjendi li jinsabu f’żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 tal-Anness III; u

    l-istabbiliment ma jinsabx fiż-żona ta’ protezzjoni;

    (ii)

    il-laħam huwa f’kull mument identifikat ċar, u jkun ittrattat, ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żoni elenkati fl-Anness I;

    (iii)

    matul l-ispezzjoni post-mortem mill-veterinarju uffiċjali fl-istabbiliment tad-dispaċċ, jew fil-każ ta’ tbiċċir fir-razzett ta’ annimali selvaġġi mrobbija fir-razzett li jinsabu fl-azjenda msemmija fil-punt (c)(ii), jew fil-każ ta’ annimali selvaġġi fl-istabbiliment ta’ ġestjoni tal-annimali selvaġġi, l-ebda sinjal kliniku jew evidenza post-mortem tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma ġew stabbiliti;

    (iv)

    il-laħam baqa’ fl-istabbilimenti jew l-azjendi msemmija fil-punt (e)(iii) għal mill-inqas 24 siegħa wara l-ispezzjoni post-mortem tal-annimali msemmija fil-punti (c) u (d),

    (v)

    kull preparazzjoni ulterjuri tal-laħam għad-dispaċċ lil hinn miż-żona elenkata fl-Anness I għandha tiġi sospiża:

    fil-każ fejn il-marda tal-ilsien u d-dwiefer ġiet dijanjostikata fl-istabbilimenti jew l-azjendi msemmija fil-punt (e)(iii), sakemm jitlestew kompletament it-tbiċċir tal-annimali kollha preżenti u t-tneħħija tal-laħam u l-annimali kollha, u jkunu għaddew mill-inqas 24 siegħa mit-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni totali ta’ dawk l-istabbilimenti u l-azjendi taħt kontroll ta’ veterinarju uffiċjali, u

    fil-każ ta’ tbiċċir fl-istess stabbiliment ta’ annimali suxxettibbli għal marda tal-ilsien u d-dwiefer li ġejjin minn azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-punt 4(c) jew (d), sakemm jitlestew it-tbiċċir ta’ annimali tali u t-tindif u d-diżinfestazzjoni ta’ dawk l-istabbilimenti taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali;

    (vi)

    l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta’ dawk l-istabbilimenti u l-azjendi li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punti (c), (d) u (e).

    5.   Il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

    6.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk minn annimali mrobbija barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u ttrasportati, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1(2) u (3), direttament u taħt kontroll uffiċjali mingħajr kuntatt ma’ azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I barra ż-żona ta’ protezzjoni għal tbiċċir immedjat, bil-kondizzjoni li laħam frisk ta’ din ix-xorta jitqiegħed fis-suq biss fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    kull laħam frisk ta’ din ix-xorta għandu jkun immarkat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE jew skont l-Anness IV għal din id-Deċiżjoni;

    (b)

    il-biċċerija

    (i)

    hija operata taħt kontroll veterinarju strett;

    (ii)

    tissospendi kull preparazzjoni ulterjuri ta’ laħam gġal dispaċċ ’il barra miż-żoni elenkati fl-Anness I fil-każ ta’ tbiċċir fl-istess biċċerija ta’ annimali suxxettibbli għal marda tal-ilsien u d-dwiefer li ġejjin minn azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I, sakemm jitlestew it-tbiċċir ta’ annimali tali u t-tindif u d-diżinfestazzjoni ta’ dawk l-istabbilimenti taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali;

    (c)

    il-laħam frisk ikun identifikat b’mod ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra mill-Bulgarija.

    (d)

    Ilkonformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

    (e)

    L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

    7.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk minn impjanti tat-tqattigħ li jinsabu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    fl-istess jum, f’dak l-impjant tat-tqattigħ jiġi pproċessat laħam frisk biss kif deskritt fil-paragrafu (4). Wara l-ipproċessar ta’ kwalunkwe laħam li ma jissodisfax dan ir-rekwiżit, isiru t-tindif u d-diżinfezzjoni;

    (b)

    kull laħam jeħtieġlu jkollu fuqu l-marka sanitarja fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004/KE;

    (c)

    l-impjant tat-tqattigħ ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett,

    (d)

    il-laħam frisk ikun identifikat ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

    Ilkonformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

    L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

    8.   Prodotti tal-laħam mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

    ‘Laħam konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (***).

    Artikolu 3

    Prodotti tal-laħam

    1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat prodotti tal-laħam, inklużi stonkujiet, vexxiki u msaren trattati, ta’ annimali tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina jew porċina u bijungulati oħra (‘prodotti tal-laħam’) li jkunu ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness I jew ippreparati bl-użu ta’ laħam miksub minn annimali li joriġinaw f’dawk iż-żoni.

    2.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-laħam, inkluż stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, li jkollhom il-marka tas-saħħa fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004, bil-kundizzjoni li l-prodotti tal-laħam:

    (a)

    ikunu identifikati b’mod ċar u li kienu trasportati u maħżuna mid-data tal-produzzjoni separatament minn prodotti tal-laħam mhumiex eliġibbli, skont din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

    (b)

    ikunu konformi ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    jew ikunu magħmula minn laħmijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4);

    (ii)

    ikunu għaddew minn talanqas wieħed mit-trattamenti rilevanti stipulati għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 2002/99/KE.

    Ilkonformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

    L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

    3.   Prodotti tal-laħam mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

    “Prodotti tal-laħam, inkluż stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (****).

    4.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti tal-laħam, konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 u li jkunu ġew ipproċessati fi stabbiliment li jopera l-Hazard Analysis and Critical Control Points (HACCP) u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards tal-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti għat-trattament stabbiliti fil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil mal-Artikolu 9(1).

    5.   B’deroga mid-dispożizzjoni fil-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti tal-laħam li jkunu għaddew minn trattament bis-sħana skont il-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 f’kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżommu stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.

    Artikolu 4

    Kolostru u ħalib

    1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat kolostru u ħalib minn annimali tal-ispeċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer maħsuba jew mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem miż-żoni elenkati fl-Anness I.

    2.   Il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal ħalib prodott minn annimali bovini, ovini u kaprini miżmuma f’żoni elenkati fl-Anness I li jkun ġie soġġett għal trattament fi qbil ma’:

    (a)

    Il-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva 2003/85/KE, jekk il-ħalib ikun maħsub għall-konsum uman; jew

    (b)

    Il-Parti B tal-Anness IX tad-Direttiva 2003/85/KE, jekk il-ħalib ma jkunx maħsub għall-konsum uman jew inkella jkun maħsub għall-għalf tal-annimali ta’ speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

    3.   Bil-kundizzjonjiet li ġejjin, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-ħalib minn annimali bovini, ovini u kaprini ppreparat fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkata fl-Anness I:

    (a)

    il-ħalib kollu użat fl-istabbiliment jeħtieġlu jew ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 jew inkella jinkiseb minn annimali mrobbija u maħluba barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

    (b)

    l-istabbiliment ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett;

    (c)

    il-ħalib ikun identifikat ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn ħalib u prodotti tal-ħalib li mhuwiex/mhumiex eliġibbli biex jintbagħat/jintbagħtu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I;

    (d)

    it-trasport ta’ ħalib mhux ipproċessat minn stabbilimenti agrikoli barra miż-żoni elenkati fl-Anness I lejn l-istabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I isir f’vetturi li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati qabel l-operazzjoni u li ma jkun kellhom l-ebda kuntatt sussegwenti ma’ stabbilimenti fiż-żoni elenkati fl-Anness I li jżommu annimali ta’ speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer;

    Ilkonformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

    L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

    4.   Ħalib mibgħut mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun akkumpanjat b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

    “Ħalib konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (*****).

    5.   B’deroga mill-paragrafu 4, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 u li jkun ġie pproċessat fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards tal-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil mal-Artikolu 9(1).

    6.   B’deroga mill-paragrafu 4, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) jew (b) u li jkun għadda minn trattament bis-sħana f’kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżomm stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkun akkumpanjat b’dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.

    Artikolu 5

    Prodotti tal-ħalib

    1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat prodotti tal-ħalib minn annimali tal-ispeċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer maħsuba jew mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem miż-żoni elenkati fl-Anness I.

    2.   Il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib:

    (a)

    prodotti qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni; jew

    (b)

    ippreparati minn ħalib konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) jew (3), jew

    (c)

    għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz fejn il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni jippermettu li prodotti bħal dawn jgħaddu minn trattament differenti minn dak stipulat fl-Artikolu 4(2) li jiżgura l-inattivazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

    3.   Bla ħsara għall-Kapitolu II tas-Sezzjoni IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman li jkunu:

    (a)

    prodotti minn ħalib ta’ pH ikkontrollat ta’ anqas minn 7.0 u li jkun għadda minn trattament tas-sħana b’temperatura talanqas ta’ 72 °C u għal talanqas 15-il sekonda, bil-kundizzjoni li dan it-trattament ma jkunx meħtieġ għal prodotti finali li l-ingredjenti tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-Deċiżjoni;

    (b)

    prodotti minn ħalib mhux ipproċessat ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini li għal talanqas 30 jum, kienu residenti f’azjenda li tinsab f’żona elenkata fl-Anness I, fiċ-ċentru ta’ ċirku ta’ raġġ ta’ mhux anqas minn 10 km li fih ma tkun seħħet l-ebda tfaqqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fit-30 jum qabel il-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat, u li jeħtiġilhom jgħaddu minn proċess ta’ maturazzjoni ta’ mhux anqas minn 90 jum, li matulu l-pH titniżżel taħt 6.0 fis-sustanza kollha, u li l-qoxra tagħhom tkun ġiet trattata b’0,2 % aċidu ċitriku immedjatament qabel it-tgeżwir jew il-pakkeġġar.

    4.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-prodotti tal-ħalib ippreparati fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkata fl-Anness I fil-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-ħalib kollu użat fl-istabbiliment jeħtieġlu jew ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) jew inkella jkun minn annimali barra miż-żoni elenkati fl-Anness I;

    (b)

    il-prodotti kollha tal-ħalib użati fil-prodott finali jew ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2(a) u (b) jew il-paragrafu 3 jew inkella jkunu magħmulin minn ħalib minn annimali barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

    (c)

    l-istabbiliment ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett;

    (d)

    il-prodotti tal-ħalib ikunu identifikati ċar, u jkunu ttrasportati u maħżuna separatament minn ħalib u prodotti tal-ħalib li mhuwiex/mhumiex eliġibbli biex jintbagħat/jintbagħtu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

    Il-kontroll tal-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

    L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

    5.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib ippreparati fi stabbiliment li jkun barra ż-żoni elenkati fl-Anness I li juża ħalib miksub qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sakemm il-prodotti tal-ħalib ikunu identifikati b’mod ċar u trasportati u maħżuna separatament minn prodotti tal-ħalib li ma jkunux eliġibbli għal dispaċċ barra dawk iż-żoni.

    6.   Prodotti tal-ħalib mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

    “Prodotti tal-ħalib konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (******).

    7.   B’deroga mill-paragrafu 6, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b) u l-paragrafi 3 u 4 u li jkun ġie pproċessat fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards tal-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil mal-Artikolu 9(1).

    8.   B’deroga mill-paragrafu 6, fil-każ ta’ prodotti tal-ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b), l-paragrafi 3 u 4 u li jkunu għaddew minn trattament bis-sħana f’kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżommu stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.

    Artikolu 6

    Semen, ova u embrijuni

    1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat semen, ova u embrijuni tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra (‘semen, ova u embrijuni’) miż-żoni elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.

    2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

    (a)

    semen, ova u embrijuni prodotti qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni;

    (b)

    semen u embrijoni ffriżati ta’ bovini, semen iffriżat tal-porċina, u semen u embrijoni ffriżati tal-kaprini importati fil-Bulgarija skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE jew 92/65/KEE rispettivament, u li, mill-introduzzjoni tagħhom fil-Bulgarija nħażnu u ġew trasportati separatament minn semen, ova u embrijoni li mhumiex eliġibbli li jintbagħtu skont il-paragrafu 1;

    (c)

    semen u embrijuni ffriżati miksuba minn annimali bovini, porċini, ovini u kaprini miżmuma għal mill-inqas 90 jum qabel id-data ta’ u matul il-ġabra minn barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II li:

    (i)

    inħażnu f’kondizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data ta’ dispaċċ, u

    (ii)

    inġabru minn annimali donaturi li jinsabu f’ċentri jew f’azjendi li ilhom ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas tliet xhur qabel id-data ta’ ġbir tas-semen jew l-embrijuni u 30 jum wara d-data ta’ ġbir u li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona b’raġġ ta’ 10 km li fiha ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas 30 jum qabel id-data ta’ ġbir.

    (d)

    Qabel id-dispaċċ tas-semen jew l-embrijuni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta’ ċentri u timijiet huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

    3.   Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 88/407.KEE u li jakkumpanja s-semen bovin iffriżat mibgħut mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

    “Semen tal-bovini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*******).

    4.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9(b) tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 90/429/KEE u li jakkumpanja s-semen porċina ffriżat mibgħut mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

    “Semen tal-porċini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (********).

    5.   Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 89/556/KEE u li jakkumpanja l-embrijuni bovini ffriżati mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

    “Embrijuni tal-bovini konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*********).

    6.   Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 92/65/KEE u li jakkumpanja s-semen iffriżat tal-ovini u l-kaprini mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

    “Semen tal-ovini/kaprini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (**********).

    7.   Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 92/65.KEE u li jakkumpanja l-embrijuni ffriżati tal-ovini u l-kaprini mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

    “Embrijuni tal-ovini/kaprini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (***********).

    8.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9(c) tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 92/65/KEE u li jakkumpanja l-embrijuni tal-porċini ffriżati mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

    “Embrijuni tal-porċini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (************).

    Artikolu 7

    Ġlud

    1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat ġlud ta’ annimali tal-ispeċi tal-porċini (‘ġlud’) miż-żoni elenkati fl-Anness I.

    2.   Il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-ġlud li:

    (a)

    ġew prodotti fil-Bulgarija qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni; jew

    (b)

    ikunu konformi mar-rekwiżiti skont il-punt (2)(c) jew (d) tal-Parti A tal-Kapitolu VI tal-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; jew

    (c)

    kienu prodotti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I fi qbil mal-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u minn mindu ddaħħlu fil-Bulgarija maħżuna u trasporatati separatament minn ġlud mhux eliġibbli għal dispaċċ fi qbil mal-paragrafu 1.

    Ġlud tal-ħnieżer ittrattati għandhom ikunu separati minn ġlud mhux ittrattati ta’ annimali ta’ speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

    3.   Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-ġlud li jkunu għandhom jintbagħtu lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali li jkun fih il-kliem li ġej:

    “Ġlud konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [C(2011)70] 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*************).

    4.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ ġlud li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punti (1)(b) sa (e) tal-Parti A tal-Kapitolu VI tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.

    5.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ ġlud li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punt (2)(c) jew (d) tal-Parti A tal-Kapitolu VI tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fi qbil mal-Artikolu 9(1).

    Artikolu 8

    Prodotti oħra tal-annimali

    1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat prodotti tal-annimali tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u bijungulati oħra mhux imsemmija fl-Artikoli 2 sa 7 prodotti wara d-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u li jkunu ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness I, jew inkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

    Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat demel tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

    2.   Il-projbizzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhiex tapplikaw għal:

    (a)

    prodotti tal-annimali li:

    (i)

    kienu soġġetti għal trattament tas-sħana

    trattament bis-sħana f’kontenitur ermetikament issiġillat b’valur Fo ta’ 3,00 jew aktar, jew

    trattament bis-sħana li fih it-temperatura ċentrali titla’ sa talanqas 70 °C; jew

    (ii)

    kienu prodotti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I fi qbil mal-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u minn mindu ddaħħlu fil-Bulgarija nħażnu u ġew trasporatati separatament minn ġlud mhux eliġibbli għal dispaċċ fi qbil mal-paragrafu 1;

    (b)

    demm u prodotti tad-demm kif definiti fil-punti 4 u 5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li jkunu għaddew minn talanqas wieħed mit-trattamenti pprovduti bil-punti 4(a) tal-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, segwiti b’eżami tal-effikaċja, jew ġew importati skont il-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

    (c)

    xaħam u xaħmijiet maħlula li jkunu għaddew mit-trattament bis-sħana stipulat bil-punt 2(d)(iv) tal-Parti B tal-Kapitolu IV tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

    (d)

    imsaren konformi mal-kundizzjonijiet fil-Parti A tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Direttiva 92/118/KEE u li jkunu tnaddfu, inbarxu, u mbagħad jew tmellħu, ġew ibbliċjati jew tnixxfru, u li wara jkunu tteħdulhom passi effikaċi biex ma jħallux li l-imsaren jerġgħu jiġu kkontaminati;

    (e)

    suf tan-nagħaġ, xagħar ir-ruminanti u lanżit tal-majjal li jkunu għaddew minn tindif fil-fabbrika jew li jkunu nkisbu mill-ikkunzar tal-ġlud u suf tan-nagħaġ mhux ipproċessat, xagħar ir-ruminanti u lanżit tal-majjal li jkunu magħluqin għal kollox fil-pakkeġġar u nexfin;

    (f)

    ikel tal-annimali domestiċi li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2 3 jew 4 tal-Parti B tal-Kapitolu II tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

    (g)

    prodotti komposti li mhumiex suġġetti għal aktar ipproċessar u li fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali, fil-fehma li t-trattament mhuwiex meħtieġ għall-prodotti finali li l-ingredjenti tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati b’din id-Deċiżjoni,

    (h)

    trofej tal-kaċċa skont il-punti 1, 3 jew 4 tal-Parti A tal-Kapitolu VII tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

    (i)

    prodotti tal-annimali ppakkjati maħsuba għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro jew tal-laboratorju;

    (j)

    prodotti mediċinali kif deskritti fid-Direttiva 2001/83/KE, tagħmir mediku manifatturat bl-użu ta’ tessut tal-annimali li jiġi kkawżat bħala mhux vijabbli kif imsemmi fl-Artikolu 1(5)(g) tad-Direttiva 93/42/KEE, prodotti mediċinali veterinarji kif definiti fid-Direttiva 2001/82/KE u prodotti mediċinali investigattivi kif definiti fid-Direttiva 2001/20/KE.

    3.   Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-prodotti tal-annimali msemmija fil-paragrafu 2 li jkunu għandhom jintbagħtu lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali li jkun fih il-kliem li ġej:

    “Prodotti tal-annimali konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (**************).

    4.   B’deroga mill-paragrafu 3, għandu jkun biżżejjed, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(a) sa (d) u (f) ta’ dan l-Artikolu li l-konformità mal-kondizzjonijiet tat-trattament imsemmija fid-dokument kummerċjali meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni rispettiva tal-Unjoni tkun approvata skont l-Artikolu 9(1).

    5.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(e), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara jew it-tindif fil-fabbrika jew l-oriġini mill-ikkonzar, jew inkella l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 1 u 4 tal-Parti A tal-Kapitolu VIII tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

    6.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(g) u li jkunu saru fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli tal-operat li tiżgura li l-ingredjenti pproċessati minn qabel jikkonformaw mal-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati b’din id-Deċiżjoni, għandu jkun biżżejjed li dan jitniżżel fid-dokument li jakkumpanja l-kunsinna, approvat skont l-Artikolu 9(1).

    7.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(i) u (j), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara li l-prodotti jkunu għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro jew tal-laboratorju, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku, bil-kundizzjoni li l-prodotti jkollhom tikketta li tgħid ċar “biss għall-użu dijanjostiku in-vitro” jew “biss għall-użu fil-laboratorju” jew bħala “tagħmir mediku”.

    8.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti komposti li jissodifaw il-kundizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali, li jkollu l-kliem li ġej:

    “Dawn il-prodotti komposti għandhom ħajja fit-tul f’temperatura tal-post jew li fil-manifattura tagħhom ikunu għaddew b’mod ċar minn proċess komplu ta’ tisjir jew trattament bis-sħana mas-sustanza kollha tagħhom, biex kull materjal nej ikun ġie żnaturat”.

    Artikolu 9

    Ċertifikazzjoni

    1.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija għandhom jiżguraw li d-dokument kummerċjali rekwiżit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kummerċ bejn l-Istati Membri jkun approvat permezz ta’ hemża ta’ kopja ta’ ċertifikat uffiċjali li jiddikjara li:

    (a)

    il-prodotti kkonċernati saru

    (i)

    fi proċess ta’ produzzjoni li kien ivverifikat u li nstab konformi mar-rekwiżiti xierqa fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar saħħet l-annimali u tajjeb biex jeqred il-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, jew

    (ii)

    minn materjali proċessati minn qabel li jkunu ġew iċċertifikati skont dan; u

    (b)

    dispożiżżjonijiet ikunu fis-seħħ biex tkun evitata l-possibilità ta’ kontaminazzjoni mill-ġdid bil-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer wara t-trattament.

    It-tali ċertifikazzjoni ta’ verifika tal-proċess tal-produzzjoni għandu jkun fiha referenza għal din id-Deċiżjoni, tkun valida għal 30 jum, tiddikjara d-data tal-iskandenza u tkun tista’ tiġġedded wara spezzjoni tal-istabbiliment.

    2.   Fil-każ ta’ prodotti għal bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw kunsinni konsolidati ta’ prodotti tal-annimali barra laħam frisk, laħam ikkapuljat, laħam separat mekkanikament u preparati tal-laħam, kull wieħed minnhom ikun eliġġibbli għal dispaċċ fi qbil ma’ din id-Deċiżjoni, ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jkun approvat bl-hemża ta’ kopja ta’ ċertifikat veterinarju uffiċjali li jikkonferma li:

    (a)

    il-post tad-dispaċċ kellu fis-seħħ sistema li tassigura li l-prodotti jistgħu jintbagħtu biss jekk ikunu traċċabbli għal evidenza dokumentarja ta’ konformità ma’ din id-Deċiżjoni, u

    (b)

    is-sistema li għaliha hemm referenza f’(a) kienet ivverifikata u misjuba sodisfaċenti.

    It-tali ċertifikazzjoni ta’ verifika tas-sistema ta’ traċċabbiltà għandu jkun fiha referenza għal din id-Deċiżjoni, tkun valida għal 30 jum, tiddikjara d-data tal-iskadenza u tkun tista’ tiġġedded biss wara li l-istabbiliment ikun għadda minn verifika b’riżultati sodisfaċenti.

    L-awtoritajiet veterinarji kompetenti tal-Bulgarija għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

    Artikolu 10

    Tindif u diżinfezzjoni

    Mingħajr ħsara għall-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-Bulgarija għandha tiżgura li l-vetturi li jkunu ntużaw għat-trasport tal-annimali ħajjin fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati wara kull operazzjoni, u għandhom jipprovdu l-provi ta’ din id-diżinfezzjoni, fi qbil mal-Artikolu 12(2)(d) tad-Direttiva 64/432/KEE.

    Artikolu 11

    Ċerti prodotti eżentati

    Ir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3, 4, 5 u 8 ma għandhomx japplikaw għal meta jintbagħtu miż-żoni elenkati fl-Anness I prodotti tal-annimali msemmija f’dawk l-Artikoli, kemm-il darba t-tali prodotti kienu:

    (a)

    jew ma ġewx prodotti fil-Bulgarija u baqgħu fil-pakkeġġar oriġinali tagħhom bl-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti, jew

    (b)

    prodotti fi stabbiliment approvat li jinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I minn prodotti proċessati minn qabel li ma joriġinawx minn dawk iż-żoni, li:

    (i)

    mindu ddaħħlu fit-territorju tal-Bulgarija, kienu trasportati, maħżuna jew proċessati separatament minn prodotti li ma jkunux eliġibbli għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I,

    (ii)

    ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali jew ċertifikat uffiċjali kif mitlub minn din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 12

    Kooperazzoni bejn l-Istati Membri

    L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jissorveljaw il-bagalji personali ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw minn dawk iż-żoni elenkati fl-Anness I kif ukoll f’kampanji ta’ tagħrif biex ma jħallux li jiddaħħlu prodotti ta’ oriġini mill-annimali fit-territorji ta’ Stati Membri għajr il-Bulgarija.

    Artikolu 13

    Implimentazzjoni

    L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

    Artikolu 14

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta’ Frar 2011.

    Artikolu 15

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2011.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

    (4)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.

    (5)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

    (6)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

    (7)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

    (8)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

    (9)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

    (10)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (11)  ĠU L 104, 13.4.2001, p. 6.

    (12)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49.

    (13)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

    (14)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.

    (15)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.

    (16)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

    (17)  ĠU L 228, 31.8.2010, p. 15.

    (18)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

    (19)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

    (20)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

    (21)  ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34.

    (22)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.


    ANNESS I

    Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija

    Ir-Reġjun ta’ Burgas


    ANNESS II

    Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija

    Ir-Reġjuni ta’ Yambol, Sliven, Shumen u Varna


    ANNESS III

    Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    Grupp

    ADNS

    Unità Amministrattiva

    B

    N/M

    Ħ

    FG

    WG

    Il-Bulgarija

    00002

    Ir-Reġjun ta’ Burgas

    ADNS

    =

    Animal Disease Notification System Code - Kodiċi ta’ Sistema ta’ Notifikazzjoni għall-Mard tal-Annimali (Deċiżjoni 2005/176/KE)

    B

    =

    laħam bovin

    N/M

    =

    laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż

    Ħ

    =

    laħam tal-ħanżir

    FG

    =

    annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezt suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer

    WG

    =

    annimali selvaġġi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer


    ANNESS IV

    Il-marka sanitarja msemmija fl-Artikolu 2(3):

    Id-dimensjonijiet:

    BG= 7 mm

    Nru tal-istabbiliment= 10 mm

    Dijametru estern taċ-ċirku= 50 mm

    Ħxuna tal-linja taċ-Ċirku= 3 mm

    Image

    Top