This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1197
Council Regulation (EC) No 1197/2009 of 30 November 2009 amending Regulation (EC) No 2115/2005 establishing a recovery plan for Greenland halibut in the framework of the Northwest Atlantic Fisheries Organisation
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1197/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2115/2005 li jistabbilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1197/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2115/2005 li jistabbilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral
ĠU L 322, 9.12.2009, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 16/06/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0833
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005R2115 | Emenda | artikolu 6.1 | 16/12/2009 | |
Modifies | 32005R2115 | Sostituzzjoni | artikolu 6.3 | 16/12/2009 | |
Modifies | 32005R2115 | Sostituzzjoni | artikolu 6.2 | 16/12/2009 | |
Modifies | 32005R2115 | Żieda | artikolu 5BI | 16/12/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32019R0833 | 17/06/2019 |
9.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1197/2009
tat-30 ta’ Novembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2115/2005 li jistabbilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2115/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 (1) jimplimenta pjan ta’ rkupru għall-ħalibatt tal-Groenlandja adottat mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “NAFO”). |
(2) |
Fid-29 Laqgħa Annwali li saret f’Settembru 2007, in-NAFO adottat għadd ta’ emendi għal dan il-pjan ta’ rkupru. Dawk l-emendi għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri mtejba ta’ kif jiġi rrappurat il-qbid u miżuri addizzjonali ta’ kontroll biex jissaħħu l-ispezzjonijiet fuq il-baħar għal bastimenti deħlin u ħerġin miż-Żona Regolatorja tan-NAFO. |
(3) |
Għalhekk huwa neċessarju li r-Regolament (KE) Nru 2115/2005 jiġi emendat sabiex jimplementa l-emendi għall-pjan ta’ rkupru, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2115/2005 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej: “Artikolu 5a Dħul fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO 1. Il-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5(1) jistgħu jidħlu fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO biex jistadu għall-ħalibatt tal-Groenlandja biss jekk huma:
2. Fejn il-bastiment tas-sajd ikollu qabdiet minn barra ż-Żona Regolatorja tan-NAFO ta’ 50 tunnellata jew aktar abbord, għandu jikkomunika lis-Segretarjat tan-NAFO, permezz tal-posta elettronika jew fax, sa mhux aktar tard minn 72 siegħa qabel ma jidħol fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO:
3. Jekk bastiment ta’ spezzjoni, wara l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jindika li jkun biħsiebu jwettaq spezzjoni, dan għandu jikkomunika lill-bastiment tas-sajd l-koordinati ta’ punt ta’ kontroll fejn tkun tista’ ssir spezzjoni. Il-punt ta’ kontroll m’għandux ikun aktar minn 60 mil nawtiku mill-pożizzjoni li fih il-kaptan tal-bastiment jipprevedi li l-bastiment ikun ser jibda jistad. 4. Il-bastiment tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 2 jista’ jibda jistad f’kull wieħed mill-każjiet li ġejjin:
|
(2) |
L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Ghall-Kunsill
Il-President
B. ASK
(1) ĠU L 340, 23.12.2005, p. 3.