Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0381

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2009 tat- 8 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2092/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa mingħajr għadam li toriġina mill-Iżvizzera

    ĠU L 116, 9.5.2009, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/02/2013; Imħassar b' 32013R0082

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/381/oj

    9.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 116/16


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 381/2009

    tat-8 ta’ Mejju 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2092/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa mingħajr għadam li toriġina mill-Iżvizzera

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2092/2004 (2) għandhom jinħarġu ċ-ċertifikati ta’ awtentiċità li juru li l-prodotti joriġinaw fl-Iżvizzera qabel ċerti prodotti jkunu importati. L-isem tal-awtorità li toħroġ dawn iċ-ċertifikati jinsab fl-Anness III għal dak ir-Regolament. L-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li l-Anness III jista’ jiġi rivedut f’każ li tinħatar awtorità ġdida għall-ħruġ taċ-ċertifikati.

    (2)

    L-Iżvizzera nnotifikat lill-Kummissjoni li ħatret entità ġdida li se tkun awtorizzata toħroġ ċertifikati ta' awtentiċità.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 2092/2004 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 362, 9.12.2004, p. 4.


    ANNESS

    “ANNESS III

    Lista tal-awtoritajiet fil-pajjiżi li jesportaw li huma awtorizzati joħorġu ċertifikat ta' awtentiċità

    L-IŻVIZZERA

    Office fédéral de l'agriculture/Bundesamt für Landwirtschaft/Ufficio federale dell'agricoltura.”


    Top