This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0146
Commission Directive 2009/146/EC of 26 November 2009 correcting Directive 2008/125/EC amending Council Directive 91/414/EEC to include aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole and triadimenol as active substances (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/146/KE tas- 26 ta’ Novembru 2009 li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/125/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol bħala sustanzi attivi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/146/KE tas- 26 ta’ Novembru 2009 li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/125/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol bħala sustanzi attivi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 312, 27.11.2009, p. 55–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008L0125 | Emenda | anness | 28/11/2009 |
27.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/55 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/146/KE
tas-26 ta’ Novembru 2009
li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/125/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol bħala sustanzi attivi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/125/KE (2) fiha żbalji terminoloġiċi fir-rigward tal-użi li jistgħu jiġu awtorizzati għall-aluminium phosphide, il-calcium phosphide u l-magnesium phosphide. Dawn l-iżbalji jridu jiġu kkoreġuti. |
(2) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 2008/125/KE hu kkoreġut kif ġej:
(1) |
F’parti A tas-seba’ kolonna (dispożizzjonijiet speċifiċi) tar-ringiela Nru 266 (aluminium phosphide) l-ewwel u t-tieni sentanza huma sostitwiti b’dan li ġej: “Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala insettiċida, rodentiċida, talpiċida jew leporiċida fil-forma ta’ prodotti lesti għall-użu li fihom aluminium phosphide. Għall-użu bħala rodentiċida, talpiċida jew leporiċida l-użi ta’ barra biss jistgħu jiġu awtorizzati.” |
(2) |
F’parti A tas-seba’ kolonna (dispożizzjonijiet speċifiċi) tar-ringiela Nru 267 (calcium phosphide) l-ewwel u t-tieni sentenza huma sostitwiti b’dan li ġej: “Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala rodentiċida u talpiċida fil-forma ta’ prodotti lesti għall-użu li fihom calcium phosphide.” |
(3) |
F’parti A tas-seba’ kolonna (dispożizzjonijiet speċifiċi) tar-ringiela Nru 268 (magnesium phosphide) l-ewwel u t-tieni sentenza huma sostitwiti b’dan li ġej: “Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala insettiċida, rodentiċida, talpiċida jew leporiċida fil-forma ta’ prodotti lesti għall-użu li fihom magnesium phosphide. Għall-użu bħala rodentiċida, talpiċida jew leporiċida l-użi ta’ barra biss jistgħu jiġu awtorizzati.” |
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2010 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2010.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 344, 20.12.2008, p. 78.