This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0019
2009/19/EC: Commission Decision of 9 January 2009 amending Decision 2008/655/EC as regards the approval of the emergency vaccination plans against bluetongue of certain Member States and fixing the level of the Community’s financial contribution for 2007 and 2008 (notified under document number C(2008) 8966)
2009/19/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Jannar 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/655/KE fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue ta’ ċerti Stati Membri u li tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2007 u l-2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8966)
2009/19/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Jannar 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/655/KE fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue ta’ ċerti Stati Membri u li tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2007 u l-2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8966)
ĠU L 8, 13.1.2009, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32020R0687
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008D0655 | Sostituzzjoni | artikolu 4.1PTD) | DATEFF | |
Modifies | 32008D0655 | Sostituzzjoni | artikolu 1L1 | DATEFF | |
Modifies | 32008D0655 | Żieda | artikolu 4.1 | DATEFF | |
Modifies | 32008D0655 | Sostituzzjoni | artikolu 2.1 | DATEFF |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32020R0687 | 14/07/2021 |
13.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta' Jannar 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2008/655/KE fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue ta’ ċerti Stati Membri u li tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2007 u l-2008
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8966)
(It-testi bil-Franċiż, bid-Daniż, biċ-Ċek, bl-Olandiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bil-Portugiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2009/19/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3), (4) u t-tieni inċiż tal-punt (5) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE tal-24 ta’ Lulju 2008 li tapprova l-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue ta’ ċerti Stati Membri u li tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2007 u l-2008 (3) approvat il-pjanijiet ta’ tilqim tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, tal-Ġermanja, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Lussemburgu, tal-Olanda u tal-Portugall u stabbilixxiet l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. |
(2) |
Fit-tieni semestru tal-2008 faqqgħet il-marda tal-bluetongue f’diversi Stati Membri. B’mod partikolari, fl-2008, għall-ewwel darba kien hemm tifqigħat ta’ bluetongue tas-serotip 8 fl-Awstrija u l-Iżvezja. Tifqigħ ġdid ta’ bluetongue tas-serotip 8 ġie identifikat fid-Danimarka u Spanja. Barra minn hekk, il-bluetongue tas-serotip 1 kompla jinfirex fi Franza, Spanja u l-Portugall. |
(3) |
Peress li t-tifqigħ fl-Awstrija u fl-Iżvezja seħħ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/655 (KE), dawn iż-żewġ Stati Membri ressqu l-pjanijiet ta’ tilqim tagħhom tard wisq biex jilħqu d-data tal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 4(2) ta’ dik id-deċiżjoni. Għalhekk dispożizzjonijiet relatati mar-rapporti intermedji, inkluż dawk dwar it-tnaqqis tal-kontribuzzjoni mill-Komunità ma għandhomx jiġu applikati għal dawk l-Istati Membri. |
(4) |
L-Istati Membri għarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar it-tifqigħ tal-marda. L-Istati Membri ppreżentaw il-pjanijiet ġodda jew emendati tagħhom għat-tilqim ta’ emerġenza u fihom indikaw in-numru approssimattiv ta’ dożi ta’ tilqim li għandhom jintużaw fl-2007 u fl-2008 u stima tal-ispejjeż biex isir dan it-tilqim. Il-Kummissjoni evalwat il-pjanijiet il-ġodda imressqa mill-Awstrija u l-Iżvezja u l-pjanijiet emendati mressqa mid-Danimarka, Spanja, Franza, l-Olanda u l-Portugall, kemm mill-aspett veterinarju u kif ukoll minn dak finanzjarju, u kkonkludiet li l-pjanijiet huma konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja relevanti tal-Komunità. It-tilqim tal-annimali kontra l-bluetongue fl-Istati Membri kkonċernati għandhu għalhekk jiġi approvat skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2000/75/KE. |
(5) |
L-eliġibbltà tan-nefqa hija bħalissa ristretta għal spejjeż imħallsa fil-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2008. Madankollu, l-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza jibqgħu sejrin sal-aħħar tal-2008. Għalhekk, l-avveniment operattiv biex isseħħ it-tilqim għandu jiddetermina l-eliġibbiltà tan-nefqa. Miżuri b’avveniment operattiv li jaqgħu fil-perijodu imsemmi hawn fuq huma eleġibbli għal kofinanzjament. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2008/655/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/655/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Il-pjanijiet għat-tilqim, magħmula minn dispożizzjonijiet tekniċi u finanzjarji, ippreżentati mill-Belġju, mir-Repubblika Ċeka, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mil-Lussemburgu, mill-Olanda, mill-Awstrija, mill-Portugall u mill-Iżvezja huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2008.” |
(2) |
Fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda kontra l-bluetongue fl-2007 u l-2008, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, l-Portugall u l-Iżvezja se jkunu intitolati għal kontribut speċifiku mill-Komunità għall-pjanijiet ta’ tilqima ta’ emerġenza kontra l-bluetongue imsemmi fl-Artikolu 1 li jammonta għal:” |
(3) |
Fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, l-ittra (d) tinbidel b’dan li ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied: “Madankollu, il-paragrafu 1(a) u (b) u l-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw għall-pjanijiet imressqa mill-Awstrija u l-Iżvezja”. |
Artikolu 2
Id-destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Renju tal-Olanda, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika Portugiża u lir-Renju tal-Iżvezja.
Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.
(3) ĠU L 214, 9.8.2008, p. 66.