This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1178
Commission Regulation (EC) No 1178/2008 of 28 November 2008 amending Council Regulation (EC) No 1165/98 concerning short-term statistics and Commission Regulations (EC) No 1503/2006 and (EC) No 657/2007 as regards adaptations following the revision of statistical classifications NACE and CPA (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1178/2008 tat- 28 ta' Novembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għall-medda qasira ta' żmien u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 u (KE) Nru 657/2007 fir-rigward ta' addattamenti wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjonijiet statistiċi NACE u CPA Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1178/2008 tat- 28 ta' Novembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għall-medda qasira ta' żmien u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 u (KE) Nru 657/2007 fir-rigward ta' addattamenti wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjonijiet statistiċi NACE u CPA Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 319, 29.11.2008, p. 16–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32020R1197
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31998R1165 | Emenda | anness A | 18/12/2008 | |
Modifies | 32006R1503 | Emenda | anness 1 | 18/12/2008 | |
Modifies | 32007R0657 | Emenda | anness | 18/12/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32012R0461 | Emenda | anness III | 21/06/2012 | |
Implicitly repealed by | 32020R1197 | 01/01/2024 |
29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 319/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1178/2008
tat-28 ta' Novembru 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għall-medda qasira ta' żmien u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 u (KE) Nru 657/2007 fir-rigward ta' addattamenti wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjonijiet statistiċi NACE u CPA
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta' Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għall-medda qasira ta' żmien (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(b), (e) u (j) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta' statistika Komunitarja għall-medda qasira ta' żmien dwar iċ-ċiklu tal-kummerċ. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 tat-28 ta’ Settembru 2006 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għall-medda qasira ta' żmien fir-rigward tad-definizzjoni tal-varjabbli, il-lista tal-varjabbli u l-frekwenza tal-kompilazzjoni tad-dejta (2), ipprovda definizzjonijiet metodoloġiċi ta' varjabbli użati fl-istatistika għall-medda qasira ta' żmien. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 657/2007 tal-14 ta' Ġunju 2007, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 dwar l-istatistika għall-medda qasira ta' żmien fir-rigward tat-twaqqif ta' skemi kampjun Ewropej (3), speċifika r-regoli u l-kundizzjonijiet fir-rigward tat-trasmissjoni ta' dejta mill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskemi kampjun għall-istatistika għall-medda qasira ta' żmien. |
(4) |
Jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tal-varjabbli, il-livelli ta' analiżi u aggregazzjoni li jridu jiġu applikati għal ċerti varjabbli u r-regoli u l-kundizzjonijiet għall-iskemi kampjun Ewropej wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006, li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti KE dwar setturi statistiċi speċifiċi (4), u r-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008, li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistika ġdida ta' prodotti skond l-attività (CPA) u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (5). |
(5) |
Il-miżuri stipulati f''dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1165/98
L-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1165/98 huwa emendat skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1503/2006
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1503/2006 huwa emendat skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Emenda għaar-Regolament (KE) Nru 657/2007
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 657/2007 jinbidel bl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 281, 12.10.2006, p. 15.
(3) ĠU L 155, 15.6.2007, p. 7.
(4) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65.
ANNESS I
L-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1165/98 huwa emendat kif ġej:
1. Taħt l-intestatura (c) Lista ta’ varjabbli, il-paragrafi 10 u 11 jinbidlu b’dan li ġej:
“10. |
It-tagħrif dwar il-prezzijiet ta' produzzjoni u l-prezzijiet ta' importazzjoni (Nri 310, 311, 312 u 340) mhux meħtieġ għall-gruppi jew għall-kategoriji li ġejjin tan-NACE Rev. 2 rispettivament is-CPA: 07.21, 24.46, 25.4, 30.1, 30.3, 30.4 u 38.3. Barra minn hekk, it-tagħrif dwar prezzijiet ta' importazzjoni (Nru 340) mhux meħtieġ għad-diviżjonijiet 09, 18, 3 u 36 tas-CPA. Il-lista ta' attivitajiet mhux meħtieġa tista' tkun reveduta skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18. |
11. |
Il-varjabbli fuq prezzijiet ta’ importazzjoni (Nru 340) huwa kkalkulat fuq il-bażi ta’ prodotti tas-CPA. L-unitajiet tat-tip ta’ attività ta’ importazzjoni jistgħu jkunu klassifikati barra l-attivitajiet tat-Taqsimiet B sa D tan-NACE Rev. 2.”. |
2. It-test taħt l-intestatura (f) Livell ta' dettall huwa emendat kif ġej:
2.1. il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:
“7. |
Il-varjabbli tal-prezz ta’ importazzjoni (Nru 340) għandu jiġi trasmess għat-total tal-prodotti industrijali, it-Taqsimiet minn B sa D tas-CPA u l-MIGs iddefiniti skond ir-Regolament (KE) No586/2001 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 656/2007 mill-gruppi ta’ prodotti tas-CPA. Dan il-varjabbli ma għandux għalfejn ikun trasmess minn dawk l-Istati Membri li m’addottawx l-ewro bħala l-munita tagħhom.” |
2.2. il-paragrafi 9 u 10 jinbidlu b'dan li ġej:
“9. |
Il-varjabbli fuq is-swieq mhux domestiċi (Nri 122, 132 u 312) għandhom ikunu trasmessi skond id-distinzjoni bejn żona tal-ewro u żona mhux tal-ewro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definit bħala t-Taqsimiet B sa E tan-NACE Rev. 2, il-MIGs, il-livell ta’ Taqsima (ittra waħda), u ta' Diviżjoni b’żewġ ċifri tan-NACE Rev. 2. L-informazzjoni dwar in-NACE Rev. 2 D u E mhix meħtieġa għall-varjabbli 122. Barra minn hekk, il-varjabbli tal-prezz ta’ importazzjoni (Nru 340) għandu jiġi trasmess skond id-distinzjoni bejn żona tal-ewro u żona mhux tal-ewro. Id-distinzjoni għandha tkun applikata għat-total tal-industrija ddefinit bħala t-Taqsimiet minn B sa D tas-CPA, il-MIGs, il-livell ta' Taqsima (ittra waħda) u ta' Diviżjoni b'żewġ ċifri tas-CPA. Għad-distinzjoni bejn iż-żona tal-ewro u żona mhux tal-ewro, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ skemi kampjun Ewropej kif imfisser fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). L-iskema kampjun Ewropea tista’ tillimita l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-varjabbli tal-prezz ta’ importazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-ewro. Id-distinzjoni bejn żona tal-ewro u żona mhux tal-ewro għall-varjabbli 122, 132, 312 u 340 ma għandhiex għalfejn tkun trasmessa minn dawk l-Istati Membri li m’addottawx l-ewro bħala l-munita tagħhom. |
10. |
Dawk l-Istati Membri li l-valur miżjud tagħhom fit-Taqsimiet B, C, D u E tan-NACE Rev. 2 (rispettivament fit-Taqsimiet B, C u D tas-CPA għall-prezzijiet ta' importazzjoni) f’sena ta’ bażi partikolari jirrappreżenta inqas minn 1 % tat-total tal-Komunità Ewropea jridu jittrasmettu biss id-dejta għat-total tal-industrija, il-MIGs, u l-livell ta’ Taqsima tan-NACE Rev. 2, jew il-livell ta’ Taqsima tas-CPA.” |
ANNESS II
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1503/2006 huwa emendat kif ġej:
Taħt l-intestatura “Varjabbli: Prezzijiet ta' importazzjoni 340”, it-tielet inċiż tar-raba’ paragrafu jinbidel b'dan li ġej:
“— |
il-kopertura tal-prodott hija limitata għall-prodotti CPA B, C u D. Is-servizzi marbuta huma esklużi.” |
ANNESS III
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 657/2007 jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS
132 ORDNIJIET ĠODDA MHUX DOMESTIĊI
Stat Membru |
L-ambitu tad-dejta fl-iskema kampjuni Ewropea (NACE Rev. 2) |
Il-Belġju |
13, 14, 17, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 29 |
L-Irlanda |
14, 20, 21, 26, 27 |
Ċipru |
20, 21 |
Malta |
26 |
L-Olanda |
17, 20, 21, 25, 26, 28 |
Il-Finlandja |
17, 20, 21, 24, 26, 27, 28 |
312 IL-PREZZIJIET TA' PRODUZZJONI TAS-SUQ MHUX DOMESTIKU
Stat Membru |
L-ambitu tad-dejta fl-iskema kampjuni Ewropea (NACE Rev. 2) |
Il-Belġju |
08, 10, 11, 12, 13, 14, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 29, 31, 32, 35 |
L-Irlanda |
05, 07, 08, 10, 11, 18, 20, 21, 26 |
Ċipru |
10, 11, 20, 21, 26 |
Malta |
12, 14, 26 |
Il-Finlandja |
05, 07, 08, 16, 17, 19, 24, 26, 28 |
Is-Slovenja |
14, 16, 22, 25, 31 |
340 PREZZIJIET TA’ IMPORTAZZJONI
Stat Membru |
L-ambitu tad-data fl-iskema ta’ kampjuni Ewropea (CPA) |
Il-Belġju |
08.99, 10.32, 10.51, 12.00, 13.10, 15.12, 16.10, 19.20, 20.13, 20.14, 20.16, 20.59, 21.10, 21.20, 22.11, 22.19, 23.12, 23.14, 23.19, 23.70, 24.10, 25.73, 28.11, 28.24, 28.41, 28.92, 29.10, 29.32, 30.91, 31.00, 31.09, 32.50 |
L-Irlanda |
10.13, 10.82, 17.21, 17.22, 17.29, 20.42, 25.11, 26.11, 26.20, 26.30, 28.23, 32.50 |
Ċipru |
19.20 |
L-Lussemburgu |
26.20 |
Malta |
12.00 |
L-Awstrija |
16.10, 23.13, 25.11, 25.94, 26.20, 26.30, 28.11, 28.92, 35.11 |
Il-Portugall |
05.10, 06.10 |
Il-Finlandja |
07.29, 16.10, 22.21, 23.20, 24.10, 26.30, 28.22, 31.09, 35.11 |
Is-Slovenja |
24.10” |